Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543289
Carmel Cacopardo 11 editorjal IL-ĦADD 15 TA' FRAR 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt M 'aħniex ħażin daqskemm naħsbu. M'aħniex perfetti u forsi għalhekk importanti li jasal il-Karnival biex nidħqu it bina nfusna. U forsi xi kultant nim- maġinaw li rridu nsiru perfetti meta nafu lkoll li din mhux possibbli. Ejja għal darba napprezzaw il- limitazzjonijiet u l-kisbiet tagħna. Iċ-ċokon ta' pajjiżna, in-nuqqas ta' riżorsi, kif ukoll il-popolazzjoni kbira, jagħmlu l-affarijiet aktar diffiċli. Irridu napprezzaw li f 'dan il- pajjiż żgħir għandna l-ġid u anki l-opportunitajiet. Xogħol, negozji mexxejja, edukazzjoni, kura medika tajba, postijiet għar-rikreazzjoni, pajjiż modern u konnettività għal pajjiżi oħra. Għandna wkoll pajjiż demokratiku, sistema ġuridika indipendenti u pajjiż ħieles u tolleranti. Problemi għandna kemm trid u anke ftit medjokrità, imma xejn differenti minn pajjiżi oħra. Ħafna drabi ninsew li, pereżempju, it- traffiku u l-bini huwa frott tal-mod kif qed ngħixu u tal-andament tal- ekonomija. Li huwa żgur hu li jekk irridu għandna l-lussu li nieqfu ftit u nikkontemplaw sew fuq il-futur ta' pajjiżna u fuq l-għażliet li rridu nieħdu. Jekk nieħdu spunt mill-istqarrija tal-ADPD dwar capping għat- turiżmu, nistgħu nifhmu eżattament xi rridu nfissru b'għażliet differenti. Huwa veru li l-ADPD huwa partit irrelevanti imma ħafna mill- argumenti ta' dan il-partit ta' erbgħa min-nies mhumiex. Jekk l-Awtorità tal-Ippjanar, il- MTA u l-banek ma jifformulawx policy ċara ta' fejn sejrin bit-turiżmu u nkomplu noħorġu permessi u self għal lukandi ġodda, mela verament qisna vapur mingħajr boxxla. Qisna mhux qed nagħrfu li l-kwalità trid tiġi qabel il-kwantità. Ekonomikament verament sejrin tajbin, imma huma f 'każijiet bħal dawn li rridu nużaw moħħna u ma niklux iktar milli nistgħu nieklu. Malta trid issib l-aħjar mod kif timxi 'l quddiem. Irridu nkunu konxji mill-fatt li mhux kollox għal dejjem. Irridu nikkalibraw il- kostruzzjoni, l-igaming u s-ser vizzi finanzjarji. Irridu naraw kif nippjanaw u f 'liema direzzjoni rridu nieħdu l-edukazzjoni. Irridu wkoll neżaminaw id-dipendenza fuq ċerti setturi. Għandna bżonn ħassieba u ekonomisti biex ifasslu pjan reali għall-futur. Malta għamlet il-mirakli minħabba l-kapaċità u r-reżiljenza tal-Maltin u l-bżulija tagħhom. Irridu noqogħdu attenti li ma noqtlux it-tiġieġa li tbid il-bajd tad- deheb. Ċert li kapaċi ma nagħmlux dan l-iżball. M'aħniex ħażin daqskemm naħsbu

