MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543289

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 15 TA' FRAR 2026 • illum opinjoni "Filwaqt li l-kandidati jisfurzaw ħafna biex jikkomunikaw mal-avotanti, id- diskussjonijiet interpersonali u r-rappurtaġġ tal-kampanja mill-midja wkoll jipprovdu informazzjoni importanti " Avukat MARK SAID L -elezzjonijiet huma fattur distintiv tad-demokrazija rappreżentattiva tagħna. Teoretikament, iċ-ċitta- dini jistgħu jixħtu l-vot tagħhom sabiex iżommu lil min hu fil-poter kontabbli u biex jagħżlu rappreżentanti ġodda li huma kompetenti u allineati mal-prefer- enzi tagħhom. Fil-prattika, l-elezzjonijiet jiġġeneraw biss eżiti bħal dawk peress li l-votanti jistrieħu fuq tagħrif biżżejjed biex jiddeċiedu. Jekk dan hux minnu jew le jaf ikollu konsegwenzi soċjali u ekonomiċi drammatiċi, peress li l-kwalità u l-ideoloġija ta' min jiġi elett iħallu impatt fuq il-politika li jħaddnu. Il-ġimgħat ta' qabel l-elezzjoni jirrappreżentaw perjodu kruċjali, fejn l-elettorat jiġi mgħarraq bl-informazzjoni u l-propaganda. F'kull elezzjoni naraw partiti u kandidati ġodda, u anke l-proposti u l-kredenzjali ta' dawk li jkunu ħarġu qabel jafu jkunu nbidlu. It-tagħrif waqt il-kampanja jista' jgħin lill-votanti janalizzaw lil min hu fil-poter, iqabbu l-kwalitajiet u l-qagħdiet tal-kandidati kollha, u jikkunsidraw mill-ġdid il- preferenzi politiċi tagħhom. Filwaqt li l-kandidati jisfurzaw ħafna biex jikkomunikaw mal-avotanti, id-diskussjonijiet interpersonali u r-rappurtaġġ tal-kampanja mill-midja wkoll jipprovdu informazzjoni importanti. Min-naħa l-oħra, però, il- kampanji jaf ikollhom effett minimu, peress li bosta nies ikunu ġa ilhom li ddeċidew lil min jivvutaw, ibbażat fuq l-identità tal-gruppi u l-affiljazzjoni mal- partit. F'kull elezzjoni, il-votanti ż-żgħażagħ u inqas edukati jafu jkunu aktar influwenzati mill- informazzjoni u l-propaganda fil-kampanja, imma l-votanti li jkollhom rabta qawwija ma' xi partit ikunu inqas hekk inklinati. Sa it snien ilu, il-kapaċità tal- kampanja elettorali li tinfluwenza lill-votanti f 'Malta kienet fqira minħabba l-partiġġjaniżmu, u tonqos malli jasal il-jum tal- votazzjoni. Il-konsegwenza kienet li n-nies baqgħu leali lejn partit politiku wieħed, u rreżistew jaqsmu l-kamp, hekk kif il-partiġjaniżmu tagħhom żdied attivament aktar ma jasal il- mument li jixħtu l-vot tagħhom. L-internet, però, ippermetta lin- nies li jkollhom aċċess ikbar minn qatt qabel għall-informazzjoni dwar l-elezzjoni, u tahom il-ħila li jesprimu l-opinjoni tagħhom, jinteraġixxu mal-kandidati u jinvolvu ruħhom attivament fil- kampanja elettorali. Il-pjattaformi tal-midja soċjali qed jagħtu vuċi lin-nies li kieku normalment ma kinux jieħdu sehem fid-dibattitu politiku. Huma pjattaformi utli għall- partiti politiċi biex jippromovu l-aġenda tagħhom lill-elettorat u biex jimmobilizzaw bażi aktar wiesgħa t'appoġġ għall- kawża tagħhom. L-ispiża tal- komunikazzjoni mal-votanti taf tkun ħafna inqas permezz ta' dan il-mezz milli bix-xandir, dment li hemm disponibbli pjattaformi fejn jistgħu jintwerew videos u kummentarji b'xejn, biex ma nsemmux ukoll il-midja soċjali. Il-partiti politiċi ż-żgħar b'riżorsi limitati u l-kandidati indipendenti, partikolarment, jistgħu jibbenefikaw minn din it- tip ta' komunikazzjoni. Il-midja diġitali taf timmina r-regolamenti applikabbli għall- kampanja elettorali, speċjalment ir-regoli li japplikaw għar- reklamar fuq ix-xandir. Ukoll, f 'pajjiż bħal tagħna li jimponi perjodu ta' skiet elettorali fl- aħħar jum ta' qabel l-elezzjoni, maħsub biex ma jkunx hemm rappurtaġġ dwar il-kampanja jew fuq ir-riżultati tas-sondaġġi ta' qabel l-elezzjoni, u ċ-ċaqliq tar-rappurtaġġ elettorali u tal- kampanja fuq il-pjattaformi diġitali, għamluha aktar diffiċli biex jiġi mmoniterjat il-ħarsien ta' dawn ir-regolamenti. U d-diffikultà tikber peress li bosta ksur tas-skiet elettorali għandhom l-oriġini tagħhom minn siti elettroniċi li joperaw barra mill- ġurisdizzjoni Maltija. Propaganda, messaġġi politiċi u opinjonijiet politiċi qed ifaqqsu fl- intermedjarji oskuri tal-internet. Peress li b'din il-qagħda ġdida, fejn mhux biss jospitaw udjenza li l-partiti politiċi jixtiequ jilħqu, imma wkoll jimmiraw għal firxa aktar wiesgħa t'utenti, dawn l-intermedjarji qegħdin fil-quċċata ta' ġerarkija ġdida potenti. L-aħħar elezzjonijiet li kellna kienu mimlija xettiċiżmu dwar jekk il-politiċi jgħidux il-verità, imma qed ifeġġ dibattitu ġdid dwar il-politika wara li toħroġ il-verità bbażata fuq fatti, u l-irwol tal-midja soċjali fil-promozzjoni tax-xnigħat u l-falsitajiet. Il-bażi fattwali tal-politika, infatti, qed tiġi sostnuta grazzi għall-etika ġurnalistika u s-sistema ta' fact-checking. Però, il-fatt li issa ħafna mit-tagħrif elettorali jinsab indipendentement mill-iskrutinju u kummentarji editorjali, pereżempju, joħloq dubji kbar dwar l-effiċjenzi ta' dik l-etika u s-sistema. Il-fatturi li jinfluwenzaw lill- votanti fl-elezzjonijiet ġenerali huma importanti għall-politiċi, għall-maniġers tal-kampanja u l-propagandisti. Li wieħed jiem aħjar dawn il-fatturi huwa speċjalment importanti llum il-ġurnata, meta l-interazzjonijiet soċjali iktar u iktar qed isiru permezz tal-midja soċjali, b'qasma akbar politika, u fejn il- votanti veru flessibbli u l-politiċi indipendenti qegħdin dejjem jonqsu. F'ambjent politiku bħal dan, li wieħed jindaga l-fatturi li jħallu impatt fuq l-elezzjoni u l-metodi li jistgħu jintużaw bi it spejjeż matul il-kampanja, huwa ferm sinifikanti minn qatt qabel. Għarfien aħjar tal-fatturi li jinfluwenzaw lill-votanti jgħin lill- kampanji b'ħin u finanzi limitati sabiex jallokaw aħjar ir-riżorsi tagħhom. Il-kandidati jkollhom it żmien matul il-kampanja, partikolarment matul il-ġimgħat kruċjali qabel jum il-votazzjoni, u l-kampanji tal-partiti jippruvaw jallokaw bl-aħjar mod l-ispazju għall-kandidati. Allura dak l-ispazju għandu jiġi utilizzat fil-visti f 'kull dar, fil-laqgħat tal- massa, jew inkella fir-reklamar personali? Il-kampanji għandhom allokati riżorsi finanzjarji limitati, u li jinġabru l-fondi b'donazzjonijiet spiss huwa diffiċli. L-għadd ta' nies li jiddeċiedu lil liema kandidat jivvutaw matul l-aħħar ġimgħat ta' qabel l-elezzjoni, diffiċli tikkalkulah direttament. Infatti, huwa kważi impossibbli għall-votanti li jassessjaw il-probabbiltà li jibqgħu mad-deċiżjoni tagħhom li jkunu ġa ħadu fejn jixħtu l-vot, inkella li jiakru eżatt meta jkunu ħadu d-deċiżjoni finali. Fi żmien meta qed tinħass il-frustrazzjoni bl-istatus quo, pereżempju, il-kandidati mingħajr l-esperjenza politika tradizzjonali jistgħu jisfruttaw l-ewwel kandidatura tagħhom billi jappellaw lill-votanti li jixtiequ bidla radikali. Naturalment, il-kandidati, partiti u min jorganizza l-kampanji jużaw tattiċi differenti it qabel l-elezzjoni sabiex jippruvaw jinfluwenzaw kif int għandek tivvota. Fl-aħħar mill-aħħar, però, huwa dak li jinxteħet fil-kaxxa tal-voti li l-aktar li jgħodd! X'jinfluwenza lill-elettorat? L-internet ippermetta lin-nies li jkollhom aċċess ikbar minn qatt qabel għall-informazzjoni dwar l-elezzjoni

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 February 2026