Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543289
"Ġimgħa tal- Ġustizzja Soċjali — inizjattiva li nedejt jien sabiex niżgura li d-dinjità tal-bniedem, il- ġustizzja soċjali u l-vuċijiet tal- aktar vulnerabbli jibqgħu fiċ-ċentru tal-kuxjenza nazzjonali tagħna" opinjoni illum • IL-ĦADD 15 TA' FRAR 2026 09 Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Ġlieda Kontra l-Faqar, Esklużjoni Soċjali u Pensjonijiet IVAN BARTOLO I l-ġimgħa li riesqa fuqna, għalija bħala Deputat hija ġimgħa importanti ħafna. Matul din il-ġimgħa jitwassal il-messaġġ li l-Ġustizzja Soċjali mhix frażi li titpoġġa kif ġieb u laħaq għas-simpatija, jew biex nidhru puri. Ġustizzja Soċjali hija sejħa għall-azzjoni. Din il-ġimgħa hija bidu ta' vjaġġ li jeħtieġ impenn, kuraġġ, dedikazzjoni u, fuq kollox, li nemmnu lkoll li ħidmietna tista' ssir KELMA, billi nisfidaw l-inġustizzji, niddefendu l-ugwaljanza u nħaddnu d-diversità. Jekk trid taħdem għall-Ġustizzja Soċjali, l-ewwel u qabel kollox trid tfittex liż- żgħir ... Ħallih jagħmillek unur, ħallih iqisek daqs ħuk. Huma biss jistgħu jgħallmuk timxi t-triq tal- Ġustizzja Soċjali. Matul din il-ġimgħa se jiġu ppreżentati Private Members Bill, rakkomandazzjonijiet u Legal Notices sabiex il-politika ssir kelma. Nittamaw li dawn ir-rapporti u studji ma jiżolqux minn idejn l-awtoritajiet. L-istudji li joħorġu minn żmien għal żmien juru ċar li l-piż fuq iċ-ċittadin iż- żgħir żdied u qed ikompli jiżdied. Għada t-Tnejn, tiaħ il- kampanja madwar mejda fejn sejrin niddiskutu s-solitudni fl-isfond tal-ġustizzja soċjali. Wara ssir preżentazzjoni tal- Private Members Bill lill-President tal-Kamra Dr Anġlu Farrugia. Permezz ta' dan il-Private Members Bill, is-soċjetà Maltija qiegħda turi li teħtieġ impenn nazzjonali aktar ċar u ambizzjuż biex jiġu introdotti programmi edukattivi nazzjonali, xierqa għall-età, li jsaħħu l-ħsieb kritiku, il-ħiliet tal-ħajja, il- litteriżmu emozzjonali, is-sens tal-valur u l-kura personali. Ġimgħa tal-Ġustizzja Soċjali — inizjattiva li nedejt jien sabiex niżgura li d-dinjità tal-bniedem, il-ġustizzja soċjali u l-vuċijiet tal-aktar vulnerabbli jibqgħu fiċ-ċentru tal-kuxjenza nazzjonali tagħna. Tul dawn it-tmien snin, din il-ġimgħa saret spazju, mhux biss għar-riflessjoni, iżda wkoll għall-involviment, ir- responsabbiltà u l-azzjoni. Matul il-jum tat-Tlieta, filwaqt li sejrin nippreżentaw diversi riżoluzzjonijiet u avviżi legali, se nagħmlu wkoll żjara fil- Faċilità Korrettiva ta' Kordin, Legal Aid Office, fost oħrajn. L-istituzzjonijiet jeżistu biex jipproteġu liċ-ċittadini, mhux biex jintimidawhom. U hawn ukoll irridu nwasslu messaġġ li l-Ġimgħa tal-Ġustizzja Soċjali mhijiex slogan, iżda esperjenza reali. Il-Ġimgħa tal-Ġustizzja Soċjali teżisti proprju biex taffaċċja dawn ir-realtajiet. Tfakkarna li l-ġustizzja soċjali mhijiex slogan astratt, iżda esperjenza reali — iffurmata mill-aċċess għall-ġustizzja, il- protezzjoni soċjali, id-dinjità fid- detenzjoni, l-inklużjoni fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-kompassjoni fit-tmexxija. Id-demokrazija titkejjel mhux minn kemm jitħaddem poter, iżda minn kemm dan jiġi ristrett b'għaqal. Soċjetà ġusta tmexxi b'umiltà, tisma' b'empatija, u tqiegħed id-dinjità tal-bniedem fiċ-ċentru tal-ħajja pubblika — mhux bħala slogan, iżda bħala realtà li tgħix. Il-programm ta' din is-sena jirrifletti dan l-impenn billi jiġbor flimkien l-istituzzjonijiet, is-soċjetà ċivili, il-komunitajiet lokali u l-individwi madwar l-istess mejda. Kulħadd mistieden jipparteċipa fid-diskussjonijiet u jisma' vuċijiet li wisq drabi ma jinstemgħux. Il- parteċipazzjoni hija essenzjali. L-Erbgħa 18 ta' Frar 09:30 – Diskussjoni dwar il- ġustizzja soċjali bil-parteċipazzjoni ta' kelliema esperti flimkien ma' mistiedna speċjali Analisa Minetti fis-Sala tal-Kunsill taċ- Ċentru Ċiviku tal-Mosta. Minetti hija kantanta Taljana u atleta Paralimpika li kisbet fama fl-1998 wara li rebħet il-Festival tal-Mużika ta' Sanremo bil-kanzunetta Senza te o con te. Affettwata mir-retinite pigmentosa u mid-deġenerazzjoni makulari, gradwalment tilfet id-dawl ta' għajnejha u aktar tard daħlet fid-dinja tal-isport kompetittiv. Hija rrappreżentat lill-Italja fil-Logħob Paralimpiku ta' Londra fl-2012, fejn rebħet midalja tal-bronż fl-1500 metru. Minbarra l-mużika u l-atletika, hija wkoll kittieba, personalità televiżiva u attivista favur ir-reżiljenza, id- diżabilità u l-inklużjoni. Wieħed jistenna, taħlita ta' preżentazzjonijiet formali u diskussjoni miuħa, bi qsim ta' esperjenzi u perspettivi dwar il- ġustizzja soċjali. 12:30 – Konferenza tal- Aħbarijiet iddedikata lis-soċjetà ċivili, li tirrikonoxxi lill-NGOs bħala msieħba essenzjali fl- indirizzar tal-faqar, id-diżabilità u l-esklużjoni soċjali. Il-Ħamis 19 ta' Frar 08:30 – Quddiesa fil-Knisja ta' Madonna tal-Vitorja, il- Belt Valletta, iċċelebrata mill- Eċċellenza Tiegħu l-Isqof George Frendo, magħruf għall-ħidma pastorali tiegħu fost komunitajiet vulnerabbli fl-Albanija. 09:30 – Konferenza fil-Kamra tad-Deputati, il-Belt Valletta. Djalogu nazzjonali dwar il-ġustizzja, id-dinjità u r-responsabbiltà. Il-Ġimgħa 20 ta' Frar – Jum il- Ġustizzja Soċjali 18:30 – Ċerimonja tal-Premju tal-Ġustizzja Soċjali fil-Palazz ta' San Anton, Ħ'Attard, taħt il- patroċinju distint tal-Eċċellenza Tagħha Myriam Spiteri Debono, President ta' Malta. Dan l-avveniment ta' għeluq jonora l-impenn, il-kuraġġ u s-servizz favur il-ġustizzja soċjali. Din hija l-ġimgħa tal-Ġustizzja Soċjali, ma jfissirx li m'għandniex nibqgħu nitkellmu matul is-sena kollha. Imma din il-ġimgħa b'mod speċjali irridu nperrċu l-Ħniena, inperrċu l-Imħabba, inperrċu l-ġustizzja soċjali. Ilkoll kemm aħna għandna nibqgħu nsostnu dan il-kliem bil-għan li kulħadd jibda JITKELLEM bil-lingwa tagħna. Din hija l-ġimgħa tal- ġustizzja soċjali, ma jfissirx li m'għandniex nibqgħu nitkellmu matul is-sena kollha. Imma din il-ġimgħa b'mod speċjali rridu nperrċu l-ħniena, inperrċu l-imħabba, inperrċu l-ġustizzja soċjali. Ilkoll kemm aħna għandna nibqgħu nsostnu dan il-kliem bil- għan li kulħadd jibda JITKELLEM bil-lingwa tagħna. Min jixtieq aktar informazzjoni dwar din il- kampanja favur il-ġustizzja soċjali għandu jċempel fuq 99450877 jew 99680020. Ġimgħa importanti għal kull politiku

