MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543385

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 22 TA' FRAR 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Il-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa tilqa' l-ewwel reċensjoni tar-reċensur il-ġdid Christopher Cutajar. Cutajar għażel li jitkellem dwar il-ktieb The Maltese in Corfu (1815-1831) ta' Arnold Cassola, u bejn storja u oħra ta' dawn il-Maltin f'art oħra li għamluha tagħhom, ifakkarna li l-bniedem b'fejn isib irid jaddatta u jagħmel li jista'. Minn gżira għal oħra: Il-Maltin f 'Korfù, mitejn sena ilu Il-ġrajjiet tal-Maltin li sabu ruħhom fi bnadi differenti tal- Mediterran fis-seklu dsatax, juru kif il-bniedem lest jitlaq art twelidu biex ifittex opportunitajiet ġodda, bejn biex isib il-ġid u anke biex jilħaq il- milja tiegħu. Hemm min jasal biex ikollu storja ferm iżjed avventuruża minn dik ta' ħaddieħor. L-istorja ta' Giuseppe Schembri hija waħda minnhom. Fis-sena 1815 insibuh jagħmilha ta' parrinu fil-gżira Griega ta' Korfù, fl-okkażjoni tal-magħmudija ta' tifla mwielda lil omm Naplitana u missier Sqalli. Dan l-istess Giuseppe għandu mnejn li kien kirurgu għas- servizz tal-Kavallieri ta' San Ġwann, biex imbagħad ingħaqad mas- Servizzi Ingliżi fl-1801 u pparteċipa fi spedizzjoni lejn l-Eġittu ma' kontinġent Ingliż. L-istorja riedet li l-Franċiżi ħatfuh bħala priġunier u tefgħuh fil-gżira ta' Capri 'l barra minn Napli, fl-1810. Ħajja mżewqa tassew tafux! Korfù hija gżira li tinsab fil- baħar Jonju u fiha kważi d-doppju tad-daqs ta' Malta. Tħares fuq il- Greċja u l-Albanija, u fuq in-naħa l-oħra, iżda ferm iżjed imbiegħda minnha, tħares lejn it-takkuna tal-Italja jew aħjar ir-reġjun tal- Apulia. Il-Professur Arnold Cassola stħarreġ l-Arkivji tal-Istat u dawk tad-Djoċesi Kattolika f 'Korfù biex jiem aħjar ġrajjet il-Maltin fuq din il-gżira bejn l-1815 u l-1831. Għaliex Korfù? Fl-1813, Sir omas Maitland inħatar Gvernatur ta' Malta, filwaqt li sentejn wara, hekk kif il-gżejjer Jonji ġew taħt il-Protettorat Ingliż, Maitland kien maħtur ukoll bħala l-mibgħut tal-Kuruna Ingliża f 'dawn il-gżejjer. Minn hemm ħarġet ir-rabta bejn Malta u l-gżira ta' Korfù, hekk kif il-Maltin bdew jaslu bil-baħar f 'Korfù u jintegraw tajjeb fuq din il-gżira. Mhux l-istess jista' jingħad għall-Maltin li provaw ifittxu xortihom f 'Kefalonia, gżira oħra akbar minn Korfù li tinsab 'l isfel minnha. Lill-Maltin ta' Kefalonia ċaqilquhom lejn Korfù fl-1831, għax xejn ma kienu milqugħin. Niesna kellhom ukoll l-isfidi tagħhom f 'Korfù. Dan nistgħu ngħiduh għal Giuseppe Bonnici li fl-1825 talab biex kemm hu u anke ibnu jitħallsilhom il-vjaġġ lura lejn Malta minn fond apposta għall-fqar, hekk kif spiċċa mingħajr tama għall-ġejjieni. L-istess nistgħu ngħidu għal Paolo Diacono li fis- sena ta' wara talab li jmur lura lejn Malta wara li bilkemm għamel ħames xhur f 'Korfù. X'marru jagħmlu? Iċ-ċensiment tal-1828 jurina kif il-ħiliet tal-Maltin kienu jvarjaw bejn baħħara, ħajjata, bennejja, ħaddiema fil-lavur tal-ġebel, mastrudaxxi, skarpana u seuri. Dan il-ktieb iwasslek biex tqalleb ukoll qalb il-kunjomijiet ta' dawk li kienu passiġġieri abbord il- vjaġġi lejn Korfù. Jgħidilna b'dawk li żżewġu, tgħammdu jew qagħdu parrini ġaladarba kienu hemm. Jidher li l-Maltin tant integraw, li kienu diġà qed jiżżewġu persuni minn ġnus oħra f 'dan il-perjodu bikri tal-wasla tagħhom biswit il- Greċja. Niesna ma kellhomx xkiel burokratiku żejjed biex isibu ruħhom f 'Korfù, meta mqabbla ma' suġġetti oħra Ingliżi tal-istess perjodu. Dan hekk kif lanqas kien hemm il-ħtieġa li jinħarġilhom passaport, iżda minflok kien jinħariġlek ċertifikat li tgawdi minn saħħa tajba mingħajr is-suspett ta' pesta jew distempra li tittieħed. Meta tqalleb qalb l-ismijiet ta' dawk li għamlu l-vjaġġ f 'dan il-perjodu tinduna kif l-ismijiet tal-Maltin kienu tista' tgħid kollha mnebbħa mit-Taljan, hekk kif l-influwenza Ingliża kienet għadha fil-bidu tagħha. L-akbar opra li l-Maltin huma msemmija għaliha f 'Korfù hija l-Palazz ta' San Mikiel u San Ġorġ, li nbena bil-ħila tal-Maltin bejn l-1819 u l-1824. Il-ġebla tal- franka ġiet esportata minn Malta lejn Korfù apposta għalhekk. Ix-xogħol tal-iskultura marbut miegħu sar mill-Maltin Vincenzo u Ferdinando Dimech, mal-Korot Pavlos Prosalentis. Dan il-Palazz serva bħala s-sede tal-mibgħut tal-Kuruna Ingliża, kif ukoll tas- Senat u l-Parlament għall-gżejjer awtonomi tal-Jonju. B'hekk il- ħtiġijiet amministrattivi setgħu jinqdew permezz tal-Palazz, li llum il-ġurnata jservi bħala l-Mużew tal- Arti Ażjatika. Ħakmiet Korfù kien maħkum mill- Venezjani bejn l-1386 u l-1797. B'hekk in-nies ta' Korfù matul iż-żmien issellfu bosta kliem mill- ilsien ta' Venezja li ntiseġ ħaġa waħda mal-Grieg biex inħoloq id- djalett Korot fil-lingwa Griega. Bħalma l-Franċiżi għamlu perjodu ta' sentejn jaħkmu lil Malta fl-aħħar tas-seklu tmintax, hekk ukoll seħħ f 'Korfù bejn l-1797 u l-1799. Il-Monarkija Ingliża ħadet f 'idejha d-drittijiet sovrani fuq il- gżejjer tagħna permezz tal-Artiklu 7 tat-Trattat ta' Pariġi, li sar fl- 1815. Dan minkejja li bit-Trattat ta' Amiens tal-1802 il-Kavallieri ta' San Ġwann kienu reġgħu ġew mistiedna jmexxu lil Malta mill- ġdid wara li jinħatar Gran Mastru. L-istorja ta' Korfù fil-perjodu 1815- 1864 kienet tista' tgħid waħda simili għal tagħna taħt l-Ingliżi, sakemm fl-1864 Korfù ngħaqdet mal-Greċja u l-Ingliżi baqgħu jagħmlu użu mill-Port ta' Korfù. Ġrajjiet niesna e Maltese in Corfu (1815- 1831) mhux għal kulħadd. Inqisu bħal saff ieħor imnaddaf minn arkeologu waqt li jkun qed jissokta jiem ġrajjiet niesna. Saff li jikxef kif id-destin tal-bniedem huwa wkoll frott iċ-ċirkustanzi tal-istorja. Jixħet dawl fuq meta hija meqjusa l-ewwel sena li fiha tfaċċaw il- Maltin ġewwa Korfù u juri wkoll xi pjan kellhom in-Nazisti għall- Maltin ta' Korfù, meta ħadu f 'idejhom lill-gżira Griega hekk kif ma baqgħetx f 'idejn it-Taljani fl- 1943. Iżda ma ħassejtx illi għandi nirrakkonta l-ispunti kollha li tagħtina din ir-riċerka, għaliex x'jiswa li l-arkeologu tnewwillu l-pinzell f 'idu jekk qajla tħallilu xi ħaġa ġdida x'jiskopri!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 February 2026