Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543385
Kienet mara magħrufa għall-altruwiżmu tagħha, champion tal- bowling ta' livell nazzjonali, social worker, u sid ta' bar. Imma fl- 1993, ħajjitha ntemmet b'mewta li b'xejn ma tista' tintesa 05 analiżi illum • IL-ĦADD 22 TA' FRAR 2026 Il-qtil makabru ta' Sylvia King OMIĊIDJI LI BAQGĦU JISSEMMEW Sylvia King kienet Maltija ta' 36 sena. Mara indipendenti, rispettata u determinata. Kienet topera ħanut f 'Wied il-Għajn, kienet social worker u kienet f 'livell għoli fil-bowling — sport li it jiem qabel mewtha kienet rebħet il-kampjonat nazzjonali tiegħu. Imma fit-3 ta' April 1993, l-istorja tagħha nqatgħet brutalment. Sylvia King ġiet maħruqa ħajja f 'wieħed mill- aktar delitti makabri li qatt rat Malta. L-aħħar dehra Kollox beda meta Sylvia telqet mill-ħanut tagħha, Lemon 'n Lime, f 'Wied il-Għajn. Sigħat wara, għall-ħabta tas-7.00 p.m., il-Pulizija sabu karozza kompletament meqruda min-nar f 'żona magħrufa bħala l-Kunċizzjoni, fil-limiti tar- Rabat. Meta wasal fuq il-post, l-espert forensiku Anthony Abela Medici sab karozza għadha taħraq, pjanċa — bin-numru 5001 — u ġisem maħruq kompletament, impossibbli li jiġi identifikat viżwalment. Fost l-irmied instabu ġiżirajjen tad-deheb, inkluż waħda f 'forma ta' bowling pin, ċrieket, u biċċa ħadida żgħira li ġiet identifikata bħala l-kurkett ta' bra. Minnufih qam is-suspett: il- vittma kienet Sylvia King. Il-ħtif Fl-istess jum, rapport ieħor kien daħal fl-għassa ta' Ħaż-Żabbar. Xufier ta' taxi qal li lemaħ żewġt irġiel jaħtfu mara minn Honda Civic bajda fl-akkwati tal-impjant ta' Sant'Antnin, eżatt għall-ħabta tas-1.45 p.m. — l-istess ħin li Sylvia telqet mix-xogħol. Ix-xufier qal li l-mara kellha ħalqha mgħotti bit-tape. Il-konfoffa tikxef ruħha L-investigazzjoni wasslet għand Tony Baldacchino, li kien kera karozza Vauxhall f 'ismu, għalkemm kien Joseph Harrington li mar biex jikriha — iżda ma kellux liċenzja tas- sewqan fuqu. Meta ġie arrestat, Baldacchino talab li jkellem direttament lill- Kummissarju tal-Pulizija ta' dak iż-żmien, George Grech. Dak li rrakkonta kien xokkanti. Skont Baldacchino, hu u Harrington kienu ilhom jissorveljaw lil Sylvia għal ġimgħa. Dakinhar, stennewha ħierġa, imblukkawlha t-triq u ħatfuha. Saqu bil-karozza tagħha stess, ippruvaw jifgawha, u meta ma rnexxilhomx, Harrington iddeċieda li jaħraqha ħajja. Baldacchino qal li pprova jwaqqfu. Imma Harrington ferrex il-petrol u tah in-nar. "Kienet għadha tieħu n-nifs" Il-konklużjonijiet forensiċi kienu kruċjali. Il-patologi xehdu li fil-pajp tan-nifs ta' Sylvia nstab nugrufun — prova ċara li kienet għadha ħajja meta nħarqet. L-identità tagħha ġiet ikkonfermata permezz ta' rekords dentali miksuba mill-Irlanda, fejn kienet għexet għal xi snin. Motiv personali u ġuri separati Harrington kien għaddej minn problemi fiż-żwieġ. Martu kienet tiffrekwenta lil Sylvia, u x-xhieda fil-Qorti wrew li Harrington kien ossessjonat li jkun jaf fejn kienet tinsab martu. Kien saħansitra hedded lill-qraba tal-vittma. Baldacchino nstab ħati fl-1997 ta' kompliċità u ngħata 14-il sena ħabs. Harrington, f 'ġuri separat fl-2000, ġie kkundannat ħabs għal għomru. Joseph Harrington miet fil- ħabs fl-2014. Tony Baldacchino, li nħeles qabel, instab mejjet f 'appartament f 'Buġibba, x'aktarx minn doża eċċessiva ta' eroina. Imma Sylvia King — mara li kienet tgħin lin-nisa spikkat fl-isport — baqgħet simbolu ta' vjolenza brutali li qatt ma kellha sseħħ. Erbat ijiem qabel inqatlet, kienet fuq quddiem nett: rebbieħa, attiva, ħajja. Illum, aktar minn 30 sena wara, il-mistoqsija tibqa' ttenni: kif seta' delitt daqshekk krudili seħħ fostna? Sylvia KIng kienet mara indipendenti, rispettata u determinata

