MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543385

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

intervista IL-ĦADD 22 TA' FRAR 2026 • illum 06 51% tal-popolazzjoni qed tgħix fis-solitudni Il-Vision2050 huwa suġġett illi bdejna nisimgħu dwaru ġimgħat ilu. Xtaqt nistaqsik mistoqsija li naħseb li smajtha; imma din mhijiex ambizzjuża ż-żejjed li nitkellmu dwar viżjoni fuq medda ta' 25 sena meta m'hemmx garanzija ta' suċċess jew kontinwità? Aħna determinati li jkun suċċess, u biex nimu għalfejn wasalna għal dan il-proċess tajjeb illi nif- hmu minn fejn tlaqna. Bħalma nafu fl-2013 kien hemm bidla fil-gvern, dak iż-żmien il-Partit Laburista kien wiret sitwazzjoni ekonomika xejn feliċi. Il-qagħad kien splodut, it-tk- abbir ekonomiku kien it li xejn u l-kontijiet tad-dawl kienu għoljin. Dakinhar ridna nagħtu boost lill-ekonomija. Il-Partit Laburis- ta dak iż-żmien ħadem sabiex iġib l-investiment lejn pajjiżna u matul l-ewwel ħames snin ibbaża l-ekonomija fuq in-numri; kemm fuq in-numri ta' turisti u kemm fuq in-numru ta' investimenti. Il-Pro- dott Gross Domestiku ġibnieh f 'konverġenza mal-medja Ewropea, il-qagħad qridnieh, l-investiment ġibnieh u l-ekonomija kabbarnieha. Imbagħad, kif rajna li l-gvern kellu pedamenti sodi, bdejna nib- bażaw fuq il-kwantità. Bħala Min- istru tal-Ekonomija waqt il-pan- demija, l-għan tiegħi kien li nsalvaw lill-ekonomija u li ma nitiflux dak illi ksibna. Ħriġna b'saħħitna għaliex kellna ekonomija b'saħħitha. Bħala gvern rajna li nqabbdu lil Boston Expert Group sabiex jagħmlu stud- ju sabiex naraw kif nistgħu nimxu 'l quddiem lejn l-istess għan. Inti semmejt il-konverġenza mal-Ewropa, però għandu jkun hemm ukoll konverġenza lokali. Ikolli nsemmi lill- elementi politiċi avversarji għaliex intom bħala gvern tridu taraw li kulħadd ikun fi qbil ma' din il-viżjoni sabiex tassiguraw li jkun hemm kontinwità. Kif tħares lejha din? Il-wegħda li għamilt jiena bħa- la ministru inkarigat sabiex infas- sal din il-viżjoni hija li din mhi- jiex se tkun viżjoni ta' ministru iżda se tkun viżjoni ta' gvern. Dan il-messaġġ wassaltu wkoll lill-kor- pi kostitwiti, u attwajtu fil-prattika. Stidint lill-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-ekonomija fuq panel sabiex nisimgħu u niddiskutu flimkien. Mhuwiex faċli, iżda nista' ngħid illi bid-determinazzjoni rnexxielna nġibu konverġenza ma' kulħadd. Saru pataflun ta' konsultazzjonijiet mal-korpi kostitwiti. Nitlob matu- rità sabiex issa li qbilna fuq il-miżuri nibdew nimxu 'l quddiem. Dment li jkun hemm qbil, mhijiex se tagħmel differenza liema partit politiku jkun fil-gvern. Ħa nirreferik għal kitba tal-Prim Ministru f'ġurnal li dehret f'Jannar li għadda. Huwa sostna fuq it-tkabbir ekonomiku sostenibbli, fuq it-tijib fis-servizzi, fuq sistema edukattiva li tħares 'il quddiem u fuq l-ambjent. Fi ftit kliem, dan huwa l-qafas tal-viżjoni? L-iktar parti diffiċli kienet li taqbad dawk il-miżuri kollha – madwar 1,800 miżura ddettaljati – u tgħaqqadhom f 'dokument ip- pubblikat li jkun kemm jista' jkun 'Għażilna 2050 apposta, Fuq XTRA, Saviour Balzan jintervista lil Silvio Schembri, Ministru tal- Ekonomija, Intrapriża u Proġetti Strateġiċi Ivan Bartolo, kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall- Akkomodazzjoni Soċjali, il-Ġlieda Kontra l-Faqar, l-Esklużjoni Soċjali u l-Pensjonijiet, iressaq abbozz ta' liġi fuq is-solitudni Qegħdin nitkellmu dwar is-solitudni, illi hija xi ħaġa li forsi meta konna nitkellmu dwar temi politiċi konna nsibuha stramba li nitkellmu dwar dawn l-affarijiet, iżda dalgħodu stess kien hemm inizjattiva minn Ivan Bartolo, kelliem tal-Oppożizzjoni, illi ppropona qafas ta' leġiżlazzjoni għal dan is-suġġett. Għalfejn ħassejt li din l-inizjattiva tista' tiġi indirizzata permezz ta' abbozz ta' liġi? Kif taf, jiena kelliem tal-Oppożizzjoni għall-akko- modazzjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, u allura nista' nassoċja dak illi kont qiegħed nagħmel qabel u dak li assenjali issa Alex Borg bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista; is-solitudni. Dan l-abbozz ilni naħseb dwaru u minn dakinhar bqajt għaddej billi niltaqa' ma' professjonisti u anke ma' nies involuti fis-settur tal-akkomodazzjoni, fejn tara persuni li jgħaddu minn sfidi relatati mal-akko- modazzjoni soċjali li bla dubju ta' xejn iħossuhom weħidhom minkejja ċerti skemi li diġà hemm. Qiegħed nifhem x'inti tgħid, però meta għandek nies illi huma weħidhom minħabba sitwazzjonijiet fiskali jew mentali, kif il- leġiżlazzjoni tista' tindirizza din il-problema? Meta jiena din il-ġimgħa kont proprju madwar mejda nitkellem dwar dan l-abbozz tal-liġi, qrajt artiklu li jgħid illi l-psikologi jgħidu li l-iktar as- pett solitari dwar l-irtirar mhuwiex li tkun waħdek, imma li tirrealizza li ħafna mir-relazzjonijiet tiegħek kienu bbażati fuq il-qrubija u mhux fuq veru komu- nikazzjoni. Din hija xi ħaġa li jista' jgħaddi minnha kulħadd; minnek bħala preżentatur popolari fuq it-televiżjoni sa anke l-politiċi. Bħala Partit Nazzjonalista ridna li nkunu inno- vattivi u noħorġu b'dan l-abbozz ta' liġi li sab l-ap- provazzjoni tal-grupp parlamentari b'mod unan- imu. F'dan l-abbozz ta' liġi rajna li jkun hemm kummissarju li jiżgura li kull politika tal-gvern titkejjel skont l-importanza tagħha fuq l-esklużjoni soċjali u s-solitudni. Ipproponejna wkoll mudell ekonomiku ġdid. Għaliex minkejja li wieħed dejjem jisma' fuq il-flus, dak il-persuna li qiegħed jaħdem il-part-time sa- biex ilaħħaq, fejn qegħdin jispiċċaw uliedu? Il-mara x'qiegħed isir minnha? Il-problema hija sfida kbi- ra u kien diġà sar rapport dwar il-benesseri soċjali mill-Università ta' Malta fl-2019 li sab illi madwar 44% tal-popolazzjoni tesperjenza forma ta' soċjali. Meta niġu għall-2022, din ir-rata telgħet għal 54%. Illum għandna 51% li qegħdin jgħixu fis-solitud- ni inkluż 5% li qegħdin jgħixu fis-solitudni severa; dawn ma joħorġux mid-dar u anke jwettqu attakki fuqhom infushom. Għalhekk nixtieq li dan l-abbozz iseħħ. Li tgħidu bħala Partit Nazzjonalista li tridu tfasslu qafas iktar sod sabiex tiġi indirizzata s-solitudni nifhimha, imma l-leġiżlazzjoni nnifisha m'iniex nifhimha. Ħa ntik eżempju żgħir. Jiena meta kont sindku tal-Mosta ħloqt fl-2015 il-Mosta Solidali u din hija għal qalbi ħafna. Jiena fi it snin bnejt komunità ta' xi 500 ruħ mill-popolazzjoni tal-Mosta li b'mod konsistenti konna niltaqgħu u magħna kien ikollna professjonisti sabiex kulħadd jgħid dak illi jħoss, u dan kien ikun servizz offrut mingħajr ħlas. Jiġifieri biex nifhem sewwa, inti qiegħed tipprova tobbliga lill-entitajiet li jistgħu jkunu kunsilli lokali, dipartimenti, aġenziji ta-gvern u jistgħu jkunu anke kumpaniji privati, sabiex ma ninsewx din il-problema billi nieħdu dawn il-miżuri. Din il-ġimgħa żort il-ħabs u nixtieq infaħħar l-in- izjattivi soċjali illi mhux dejjem joħorġu, illi qegħ- din isiru fil-ħabs. Ma ninsewx illi 70% tal-ħabsin jerġgħu jidħlu lura b'reat jew ieħor. Jien insaqsi; min jaf għalfejn? Hawn barra qegħdin naċċettawhom? Fil-ħabs qegħdin isibu l-għajnuna kollha li għandhom bżonn? Allura hemm xi ħaġa li mhijiex taħdem jekk għandna din ir-rata. Inti ħadt din l-inizjattiva, imma fit-triq man- nies, x'rispons kellek mingħand in-nies? Din mhijiex kwistjoni ta' politika partiġġjana u din hija xi ħaġa li rridu nagħmlu flimkien għal Mal- ta. Nikkonferma li kelli reazzjoni pożittiva immens. Fil-ġimgħat li ġejjin se nibdew niddiskutuha fil-par- lament. Jiena nixtieq li nibdew naħdmu fuqha iżda dak imbagħad sta għall-gvern. Ivan Bartolo

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 February 2026