MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543385

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 15

02 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' FRAR 2026 • illum Fi tlett ijiem, operazzjoni estensiva mmexxija mill-Ministeru għall-Ambjent neħħiet aktar minn 600 tunnellata ta' skart L-età tar-responsabbiltà kriminali tirrifleti r-realtà? Jibda t-tindif tal-White Rocks: 600 tunnellata ta' skart imneħħija Adolexxenti ta' 16-il sena għandhom jidhru quddiem il-Qorti bl-istess mod bħal raġel ta' 30? Il-gazzetta Illum nidiet inizjattiva ġdida biex issaħħaħ il-kwalità tal-ġurnaliżmu bil-Malti permezz tal-esternalizzazzjoni ta' servizzi professjonali lingwistiċi u ta' reviżjoni. Dan il-proġett, appoġġjat mill-Kunsill Malti għall-Arti, jiffoka fuq it-titjib tal-ortografija, l-istil ġurnalistiku, iċ-ċarezza, is-sintassi u s-semantika fil-pubblikazzjonijiet tagħna, kemm stampati kif ukoll online. Permezz tal-ingaġġ ta' speċjalista kwalifikat fil-lingwa Maltija, il-kontenut kollu issa qed jgħaddi minn proċess professjonali ta' sub-editing u reviżjoni biex tiġi żgurata l-eżattezza, il-qari faċli, il-preċiżjoni analitika u l-aderenza ma' standards etiċi għoljin. L-inizjattiva tifforma parti mill-impenn kontinwu tagħna biex inżommu l-integrità tal-lingwa Maltija fil-ġurnaliżmu, filwaqt li nassiguraw rappurtar ċar, konċiż u sensittiv politikament. Permezz ta' investiment fl- eċċellenza lingwistika, l-Illum għandha l-għan li tkompli ssaħħaħ il-kredibbiltà tagħha u tipprovdi kontenut li jikkomunika b'mod effettiv u responsabbli mal-qarrejja tagħna. Nirringrazzjaw lill-Kunsill Malti għall-Arti għall-appoġġ tiegħu biex jgħinna ngħollu l-istandards tal-ġurnaliżmu bil-lingwa Maltija. Il-Kunsill Malti għall-Arti jappoġġja inizjattiva għat-titjib lingwistiku fl-Illum ILENIA DEBONO Bdiet operazzjoni kbira ta' tindif fil-White Rocks, b'aktar minn 600 tunnellata ta' skart imneħħija fi tlett ijiem biss hekk kif il-Gvern qed javvanza bil-pjanijiet tiegħu biex jittrasforma s-sit f 'park nazzjonali. Ix-xogħlijiet, immexxija mill- Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u t-Tindif Pubbliku, qed isiru permezz ta' sforz konġunt bejn Project Green u Clean Malta. L-inizjattiva għandha l-għan li tneħħi snin ta' skart akkumulat biex iż-żona ssir aktar sigura u aċċessibbli għall-pubbliku. Waqt żjara fuq is-sit, il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għat-Tindif Pubbliku Glenn Bedingfield ġew infurmati bil-progress tax-xogħlijiet. Uffiċjali spjegaw li sezzjonijiet kbar tas-sit, li qabel kienu mgħottija taħt skart u veġetazzjoni mkabbra żżejjed, issa ġew mikxufa. Dalli qalet li t-tindif jimmarka l-ewwel pass f 'viżjoni usa' għall- White Rocks, hekk kif il-gvern qed ikompli jfassal pjanijiet fit-tul wara konsultazzjoni pubblika li għadha għaddejja dwar tliet parks nazzjonali proposti. "Il-konsultazzjoni pubblika għadha għaddejja u ġew sottomessi ħafna ideat, partikolarment dwar il-White Rocks," qalet Dalli. "Għalhekk diġà nedejna l-ewwel inizjattivi, inkluż it-tneħħija ta' skart tal-kostruzzjoni u t-tindif ta' diversi żoni. Irridu li n-nies jibdew iżuru dan il-post, jesperjenzawh, u jkomplu jiżviluppaw ideat sabiex din iż-żona tassew issir park nazzjonali mill-poplu u għall-poplu." Bedingfield iddeskriva l-proġett bħala l-bidu ta' "kapitlu ġdid" li se jirritorna waħda mill-akbar meded ta' art fil-pajjiż lill-familji bħala spazju miuħ u aħdar. Qal li s-sit se jservi bħala "pulmun aħdar" fejn it-tfal jistgħu jilagħbu, il-familji jistrieħu u l-komunitajiet jiltaqgħu, u sejjaħlu investiment bla preċedent fil-kwalità tal-ħajja. Ladarba titlesta l-fażi tat-tindif, Project Green se jgħaddi għat-tieni stadju li jinvolvi analiżi dettaljata tas- sit, inklużi studji dwar it-topografija taż-żona, valutazzjonijiet tal-istrutturi eżistenti, u riċerka dwar il-flora u l-fawna lokali. il-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli (xellug) u s-Segretarju Parlamentari għat-Tindif Pubbliku Glenn Bedingfield (lemin) fuq is-sit tal-White Rocks ILENIA DEBONO Aktar kmieni dan ix-xahar, numru ta' minorenni dehru quddiem il-Qorti akkużati li attakkaw minorenni ieħor b'mod brutali. Madankollu mhux l-allegati aggressuri kollha dehru quddiem il-Qorti hekk kif it minnhom kienu taħt l-età tar-responsabbiltà legali. L-età tar-responsabbiltà legali f 'Malta hija 14. Kull min jagħmel att kriminali taħt l-età ma jistax jidher quddiem il- Qorti hekk kif huma meqjusa bħala mhux kapaċi jagħmlu att ta' ħażen. Il-Qorti tista' tiddeċiedi li l-kustodju – l-omm, il-missier, jew min jieħu ħsieb lit- tfal – ta' dak iż-żagħżugħ jidher quddiemha u jekk il-Qorti tgħid li r-reat sar, il-kustodju jingħata r-responsabbiltà tal-ħarsien tad- delikwenti b'multa jekk dan ma jsirx. Żgħażagħ bejn l-14 u s-16-il sena jistgħu jidhru u jeħlu b'responsabbiltà legali. Madankollu jistgħu jiġu eżentati jekk il-Qorti ssib li d-delikwenti m'għamilx ir-reat b'ħażen. Il- "ħażen" fid-dinja legali ifisser li d-delikwenti kien konxju tal-gravità tar-reat, kif ukoll tal- konsegwenzi li jġib dan ir-reat. Jekk jinstab ħati li għamel dan b'ħażen, is-sentenza tkun waħda iżjed ħanina. Din tal-aħħar tgħodd ukoll għal żgħażagħ li jinstabu ħatja ta' reat bejn is-16 u t-18-il sena mingħajr konsiderazzjoni jekk din saritx b'ħażen jew le. Il-Qorti tista' tagħżel ukoll li ma tibgħatx żagħżugħ bejn is-16 u t-18-il sena l-ħabs u tirrikorri għal piena oħra jekk tkun l-ewwel offiża. L-età tar-repsonsabbiltà kriminali f 'Malta kienet disa' snin, fejn fl-2014 Malta introduċiet riforma sabiex din titla' għal 14 wara ħafna pressjoni minn istituzzjonijiet internazzjonali. L-istess riforma kienet tinkludi salvagwardji għal tfal taħt l-14-il sena minn proċeduri kriminali billi tirrikonoxxi li dawn għadhom immaturi fir-rigward ta' żvilupp. Yana Marie Busuttil, studenta tal-liġi, kitbet fit-teżi tagħha kif is-sistema preċedenti fejn l-offiża tal-minorenni kienet tidher fuq il-kondotta bdiet twassal għal dawn id-delikwenti jiġu esklużi mis-soċjetà li jwassal għal ċans li dawn jerġgħu jagħmlu offiża. Hi qalet li din ir-riforma ħolqot sfidi legali u soċjali, inkluż f 'każijiet fejn hemm sfruttament ta' minorenni minn adulti sabiex jagħmlu ċerti reati hekk kif il- minorenni jistgħu jiġu eżentatti minn id il-ġustizzja. F'pajjiżi oħra, l-età tar- responsabbiltà kriminali tvarja. Fil-Mauritius, m'hemmx età minima għar-responsabbiltà kriminali u tfal taħt l-14-il sena jistgħu jingħataw sentenza ta' priġunerija jekk il-Qorti ssib li huma konxji tal-ħażen li għamlu. F'pajjiżi bħat- Tanżanija, il-Yemen u l-Emirati Għarab Magħquda, l-età tar- responsabbiltà kriminali hi seba' snin. Imbagħad hemm pajjiżi bħall-Iran fejn l-età minima hija disa' snin għall-bniet u 15- il sena għas-subien. Fl-Ewropa, il-maġġoranza tal-pajjiżi l-età minima hija 14-il sena, fejn hemm oħrajn fejn hi 16-il sena u oħrajn fejn tinżel sa disa' snin. L-età minima tar-Renju Unit, pajjiż li kellu influwenza kbira fuq il-leġiżlazzjoni ta' Malta, hija għaxar snin, waħda mill-iżgħar fl-Ewropa. Il-qrati Maltin huma iżjed laxki ma' minorenni fejn huma magħrufa li jagħtu sentenzi oħra mhux ta' priġunerija imma jduru fuq rimedji riabilitattivi. Busuttil issemmi każ fejn tfajla ta' ġuvni ta' 18-il sena ma affaċċjax konsegwenzi legali għal meta allegatament abbuża sesswalment lil oħtu ta' 16-il sena meta hu kellu 14-il sena minħabba l-età tiegħu. Hi semmiet kif fl-2023, il-Qorti Maltija rrikonoxxiet li hemm bżonn ta' aġġornament fil-liġijiet li jikkonċernaw minorenni, speċjalment meta wieħed jinnota li żgħażagħ ta' 16-il sena jistgħu jiżżewġu (bil-permess tal-ġenituri), jivvutaw fl- elezzjoni ġenerali, jilħqu sindki u issa daqt jista' jkollhom in- negozju tagħhom. Madankollu huma minorenni quddiem il- Qorti kriminali. L-età tar-responsabbiltà legali f 'Malta hija 14

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 February 2026