Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543385
1982 – Evil Under The Sun. Dirett minn Guy Hamilton. Jaħdmu Peter Ustinov (jerġa' bħala Hercule Poiroit), Jane Birkin, James Mason, Roddy McDowall, Sylvia Miles, Diana Rigg, Maggie Smith u oħrajn. Ir-raffinat ditective Belġjan ikun imqabbad minn kumpanija tas-sigurtà biex jinvestiga każ fejn attriċi tinqatel f 'hotel turistiku fil- Balkani maġenb il-Baħar Adrijatiku. Minkejja kritika favorevoli, din il-produzzjoni m'għamlitx l-istess suċċess tat- tnejn ta' qabilha. 1984 – Ordeal By Innocence. Dirett minn Desmond Davis. Jaħdmu Donald Sutherland, Sarah Miles, Christopher Plummer, Ian McShane, Diana Quick u Faye Dunaway. Dr Calgary (Sutherland), wara spedizzjoni, jerġa' lura d-dar u jmur ifittex wieħed li sentejn qabel tah rikba fil-karozza tiegħu u jsib li tawh il-mewt minħabba li qatel lil ommu. Forsi l-aktar proġett dgħajjef minn Murder On The Orient Express 'l hawn. 1988 – Appointment With Death. Id-direttur hu Michael Winner. L-atturi huma Peter Ustinov, Lauren Bacall, Carrie Fisher, John Gielgud, Piper Laurie u Hayley Mills. Ustinov jerġa' jinterpreta lil Poiroit. Meta gwardjana ta' ħabs li kienet tiddomina bil-kbir il-ħajja tat-tifla tagħha u lit-tlett itfal mit-tieni raġel tagħha tinsab mejta f 'sit arkeoloġiku ħdejn il-Baħar il-Mejjet, bosta jkunu dawk suspettati u l-investigatur Belġjan irid isib il-ħati jew ħatja. Produzzjoni b'andament elaborat. Id-direttur u attur Shakespearjan Kenneth Branagh ħa l-inkarigu li jidderieġi u anki jaħdem il-parti prinċipali ta' Hercule Poiroit fi tliet films ibbażati minn fuq xogħlijiet ta' din il-kittieba li l-volumi tagħha sal-preżent għadhom wisq popolari mal-qarrejja. Fl-2017 u l-2022 reġa' rxoxta għal fuq il-liżar ċinematografiku Murder On The Orient Express u Death On The Nile rispettivament, żewġ verżjonijiet ta' xeħta lussuża u elaborati daqs dawk oriġinali u b'kasts imponenti. Għat-tielet darba Kenneth Branagh ippoża ta' Poirot fl-2023 f 'A Haunting In Venice, ibbażat minn fuq in-novella ta' Agatha Christie Hallowe'en Party ukoll dirett minn dan il-protagonist u ambjent f 'din il-belt Taljana kollha kanali tal-ilma. Dan hu l-aktar film oskur, b'mumenti kważi tal-biża' u ta' misteru oskur li jimita l-produzzjoni tal-1973, Don't Look Now mill- ktieb ta' Daphne Du Maurier. Fil-bidu semmejt li fl-1926 imdejqa wara d-divorzju tal- ewwel raġel tagħha u anki għall- mewt ta' ommha, din l-awtriċi sparixxiet għal għarrieda għal 11-il jum u qajmet sensazzjoni sħiħa, kemm qalb il-poplu, kif ukoll fil-gazzetti dwar x'seta' ġara. Minn dan l-avveniment reali nħadem film fl-1979 bl-isem sempliċi ta' Agatha, b'andament fittizju li jieħu forma ta' thriller dirett minn Michael Apted. Vanessa Redgrave tinterpreta l-parti prinċipali ta' din il- kittieba ta' drammi misterjużi, Dustin Hoffman ikun reporter Amerikan u Timothy Dalton fil-parti ta' Archibald Christie l-ewwel raġel tagħha. Skont il-UNESCO Index Translationum Christie tibqa' l-aktar kittieba individwali fost kulħadd li l-kotba tagħha l-aktar li gew maqlubin f 'lingwi diversi. Fost unuri li ħadet, anki wara mewtha, insibu l-Mystery Writers of America Grand Master Award fl-1955, unuri għal Witness For the Prosecution, The Spider's Web. And Then There Were None u diversi oħrajn għal The Mouse Trap. In-novelli tagħha l-aktar dawk tas-super investigaturi Hercule Poiroit u Miss Marple għadhom jiġu stampati għax għalihom hemm domanda kbira. Ħafna mix-xogħlijiet tagħha matul is- snin ġew trasmessi għal fuq it- televiżjoni u anki għar-radju. Agatha Christie kienet għamlet dawn il-kwotazzjonijiet pjuttost sarkastiċi: 1) "Jiena magna taz-zalzett, il- magna perfetta taz-zalzett!" 2) Arkeoloġista huwa l-aqwa raġel li mara jista' jkollha. Aktar ma tikber fiż-żmien aktar ikun interessat fiha!" 14 films IL-ĦADD 22 TA' FRAR 2026 • illum Carmel Bonnici Agatha Christie – Kittieba rinomata għan-novelli tal-misteru L-AĦĦAR PARTI SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA The Mirror Crack'd

