MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 February 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543385

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

illum • IL-ĦADD 22 TA' FRAR 2026 07 intervista "Kuntent ħafna li t-tkabbir ekonomiku huwa sitt darbiet akbar mill-medja Ewropea, però llum fhimna li ladarba hemm il-flus, irridu niffokaw fuq il- kwalità tal-ħajja" sempliċi u aċċessibbli sabiex jif- hmu l-pubbliku. Għall-ewwel dar- ba fil-pajjiż se nippubblikaw dawk illi jissejħu l-Key Perfomance In- dicators; dak kollu li rridu nilħqu se jkun pubbliku online sabiex int bħala ġurnalist u n-nies li qegħdin jisimgħuna jkunu jistgħu jżommu responsabbli lilna bħala gvern fuq il-miżuri kollha li qegħdin inwet- tqu. Inti qiegħed tgħid 'se naraw kemm mill-miżuri se jiġu implimentati u kif se jiġu implimentati', imma dan kważi huwa manifest tal-gvern. Jekk għall-argument ikun hemm gvern ieħor, niddubita kemm gvern ieħor se jimxi fuq din il- viżjoni u naħseb illi jiskartah, mhux hekk? Nimek iżda trid tikkunsidra li l-iżjed Key Perfomance Indica- tors importanti u dettaljati li huma mniżżla fid-dokument iridu jint- laħqu sas-sena 2035 u mhux sas-se- na 2050. Għażilna 2050 apposta għaliex għandna ċerti miri li diġà hemm qbil illi se jintlaħqu, fosthom il-carbon neutrality tal-ekonomija tagħna li trid issir sa dik is-sena fuq direttiva tal-Unjoni Ewropea. Dawn it-tiri jridu jintlaħqu xorta u diġà huma stabbiliti, ikun hemm min ikun hemm fil-gvern. Im- bagħad huwa sta għall-poplu sabiex jiddeċiedi min hu kapaċi jwettaq dawk il-miżuri. Meta tiġi biex tikkwantifika dawn il-miżuri kollha, tara li m'hemmx biss miżuri ta' prinċipju politiku iżda hemm ukoll miżuri ta' investiment. Dawn il-kalkoli fiskali seħħew jew għadhom fil-proċess illi jiġu kkalkulati? Dawn seħħew. Jien semmejt il- punt illi kull ministeru u kull dipar- timent fassalna strateġija dettaljata li anke tinkludi l-baġits rekwiżiti sabiex dawn l-istrateġiji jiġu attwa- ti. Li kien nieqes biss hija viżjoni li bħal umbrella tgħaqqad dawn l-is- trateġiji kollha fi strateġija waħda. Dan hu eżerċizzju li qiegħed fuq strateġiji u studji dettaljati li diġà huma pubbliċi. Rajna wkoll x'tip ta' industri- ja rridu għal pajjiżna, mhux biss mill-element ekonomiku iżda anke mill-element soċjali. Iva, id-det- tall fejn jidħlu kalkoli fiskali diġà qiegħed hemm għaliex irridu naraw li niddipartixxu minn viżjoni ta' gvern minn ħames snin għal ħames snin. Meta l-investituri barranin ja- raw din il-viżjoni, huma jitħeġġew sabiex jiġu hawn ħalli jinvestu. Kien hemm kritika minn ekonomista magħruf li qal li din il-viżjoni jeħtieġ li jkollha valuri; valuri dwar il-mod kif naġixxu bħala politiċi, għażliet ta' politika, il-kultura tal-istituzzjonijiet u r-rispett lejn dawn l-istituzzjonijiet, kif ukoll iċ-ċiklu elettorali. Dawn huma teoriji, però hemm bżonn illi nitkellmu wkoll dwar valuri. Taqbel ma' din il-kritika? Noħodha bħala osservazzjoni ġusta u naqblu magħha; tant hu hekk li għall-ewwel darba wkoll qegħdin nitfgħu piż fuqna bħa- la gvern li ma nibqgħux inkejlu s-suċċess tagħna bil-Prodott Gross Domestiku. Bħala ministru kuntent ħafna li t-tkabbir ekonomiku huwa sitt darbiet akbar mill-medja Ewropea, però llum imna li ladarba hemm il-flus, irridu niffokaw fuq il-kwalità tal-ħajja. Għażilna tliet parametri li bih se nibdew niddeterminaw is- suċċess ta' pajjiżna. Dawn huma l-Indiċi tal-Iżvilupp Uman; qegħdin naraw illi sal-2035 nitilgħu mill-25 post għall-20 post, u li sa 24 sena oħra nitilgħu mal-aq- wa għaxar pajjiżi; id-Dħul Medju Disponibbli tal-Unjoni Ewropea; sabiex naraw kemm qiegħed jibqa' flus fil-but tan-nies; u l-esperjen- za tal-ħajja; fejn irridu nitilgħu mal-aqwa ħamsa fl-Ewropa. Dawn huma miżuri ambizzjużi ħafna. Taħseb illi huwa possibbli li dawn jintlaħqu? Tajjeb ukoll illi nsemmu l-popolazzjoni li dejjem qiegħda tiżdied b'influss ta' ħaddiema minn pajjiżi terzi li nafu li niddependu fuqhom. Taħseb illi din se tkun waħda mill-isfidi l-kbar meta nitkellmu dwar il-viżjoni? Huma ambizzjużi ħafna però huma realistiċi għaliex huma miri bbażati fuq studji li għamilna. Rig- ward il-kwistjoni tal-popolazzjo- ni aħna diġà għandna l-Politika tal-Migrazzjoni tax-Xogħol li hija politika ddedikata għal dan. Jid- dispjaċini li l-Oppożizzjoni ħadet pożizzjoni populista u qiegħda tagħti x'tiem li jekk jitilgħu huma se jkeċċu l-barranin kollha 'l barra mill-pajjiż meta nafu li din mhijiex xi ħaġa reali. Insemmilek illi aħna qegħdin naraw kif inħajru investiment ta' kwalità li jiddependi fuq inqas nies, fosthom l-espansjoni tal-ST Micro- electronics illi se tirdoppja fid-daqs filwaqt illi mhu se jiżdiedu l-ebda nies għaliex qegħdin inħarsu lejn awtomizzazzjoni. apposta, ċerti miri li diġà hemm qbil illi se jintlaħqu' AVVIŻ TA' SEJĦIET GĦALL-PROPOSTI TA' PROĠETTI TAĦT Il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) għal Malta 2023-2027 Il-Ministeru responsabbli għall-Fondi Ewropej niehda sejħa għall-proposti ta' proġetti taħt l-intervent hekk kif indikat hawn taħt: • Intervent 73.1: Investiment mhux produttivi fl-azjendi agrikoli (Afforestazzjoni) Ir-raba' sejħa ta' dan l-interventi ser tagħlaq il-Ġimgħa 29 ta' Mejju 2026 f'nofsinhar. Min jixtieq japplika huwa mistieden jirreferi għal https://fondi.eu/ fejn jista' isib il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni, kif ukoll l-linji gwida u l-applikazzjoni ta' din is-sejħa. Għal aktar informazzjoni dwar is-sejħa, ikkuntattja lis-Servizzi Ewropej f'Malta (SEM) fuq info.sem@gov.mt jew billi ċċempel fuq 2779 7300.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 February 2026