Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543557
illum • IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2026 07 intervista "Fil-każ ta' Consuelo Scerri Herrera, ressqu mozzjoni fil- parlament meta kien għad m'hemmx ftehim. L-aħħar ħaġa li jista' jiġri hija li ġudikatur jiġi suġġett għal dawn id- diskussjonijiet, fuq il-kwalifiki tiegħu. Dan aħna ma rriduhx." Iż-żewġ terzi hija validissima meta għandek sitwazzjoni bħal din fejn ħadd mhu qed jaqbel? JG: Jekk hemm rieda, tajba iva. Ridt niċċara żewġ punti tal-min- istru. Tal-mozzjoni li kellu jġib- ha biex ma joħloqx problemi, se nkunu iżjed ċari. Il-mozzjoni li nġiebet ta' Consuelo Scerri Her- rera ġiet meta l-gvern kien jaf li għad m'hemmx qbil, u l-pariri li kien hemm kienu tali li nistgħu nibqgħu niddiskutu, anke jekk il-pariri li kelli jien minn nies professur fil-liġi kostituzzjonali, li ma kienx hemm bżonn mozz- joni pendenti biex il-Prim Im- ħallef jibqa' f 'postu. Il-mozzjoni ġiet qabel u ħadd ma jaf għala, ittieħed il-vot, u l-gvern kien jaf li l-vot kien se jkun hekk. Tant hu hekk li mbagħad sfortuna- tament, l-Ispeaker ħareġ b'dak ir-ruling li ssorprenda xi ftit lil kulħadd li nista' ngħid anke l-Prim Ministru. Kien f 'dak il-mument li għadna l-Ispeaker ma jinterpretax il-kostituzzjoni, imma r-ruling tiegħu għandu ċertu gravitas. Ma kienx hemm bżonn il-votazzjoni. Wara r-rul- ing tal-Ispeaker kien hemm bżonn ċarezza. L-allegazzjoni fl-ittra ta' Wenzu Mintoff hi li l-għażla ma tridx tkun waħda li tgħolli l-istatura ta' Alex Borg. Dan hu l-ħsieb fil- kamp tal-gvern li l-għażla ma tridx tkun waħda li tagħmel dan? JA: Jien mhux se nikkummen- ta fuq il-kontenut tal-ittra imma se nitkellem fuq il-fatti … li kellna l-pożizzjoni tagħna bħa- la l-gvern, li l-Oppożizzjoni ma kellhomx raġuni għala rriut- aw isem. Aħna rressaqna t-tieni isem abbażi dawk il-kriterji u wara laqgħa mal-Oppożizzjoni kkonverġejna fuq numru ta' krit- erji. L-għażla tal-persuna, ma taħsibx li hemm wisq konsiderazzjoni lejn l-għeruq politiċi ta' dak li jkun? JA: Nibqa' ninsisti li le, l-għaż- la hija oġġettiva. Inti semmejt kemm hi possibbli taż-żewġ ter- zi. Ma' Adrian Delia, il-Prim Im- ħallef laħaq ehim fi it ħin fuq il-Prim Imħallef attwali. Aħna għandna sett ta' kriterji li nimxu magħhom. Kif tispjega l-kummenti tal- Imħallef Wenzu Mintoff? JA: Mhux se nikkummenta fuqhom dawn. Hemm numru ta' istituzzjonijiet li ħloqniehom aħna li jipprunanzjaw ruħhom fuqha. Ir-rispett lejn il-ġudikatu- ra jitlob li jien ma nikkummen- tax fuqhom. Inti għandek opinjoni fuq il-kummenti tal-Imħallef Wenzu Mintoff? JG: Dażgur li għandi kum- menti fuqhom, ħafna u diversi. L-ewwel nett dawn mhux kum- menti imma dikjarazzjonijiet li għamel taħt ġurament. Hu qed jgħid li f 'dan l-inkontru li l-Prim Ministru qed jorbot din l-għażla biex jieħu vantaġġ politiku. Issa jekk din vera, il-proċess li qed nagħmlu huwa kollu għalxejn. Għandi ħafna xi ngħid. Il-Prim Ministru wieġeb billi stqarr li se jissottometti ruħu mal-Kummis- sarju tal-Istandards. Qal ukoll li se jkun qiegħed jitlob li t-ter- minu tal-preskrizzjoni li hemm fuq ir-reviżjoni li jista' jsir ta' għemil. Din bżar fl-għajnejn. Inti mhux kemm tiġi hawn u tgħid- li se nneħħi l-preskrizzjoni biex tkun tista' tinvestigani. Din ma tistax tneħħiha għax ordni ta' liġi pubblika. Inti ma kontx ixxokkjat fuq il-pubblikazzjoni ta' dak li ntqal? JG: Id-dikjarazzjonijiet fihom infushom huma xokkanti. Il-fatt li ġara dan li ġara hija xi ħaġa li ċertament ma kontx qed nisten- na. L-għażla tal-ismijiet kienet kostretta għar- rappreżentant tal-ġustizzja u l-kap tal-partit? JA: Le, id-diskussjoni tiskatta bejn dawn imma abbażi tal-krit- erji imma bl-istess mod li kienu magħqudin huma, konna aħna wara n-nomina ta' Consuelo Scerri Herrera. Il-kwistjoni tal- ittra. Anke issa, għax Joe Giglio qalilna għax il-Prim Ministru wieġeb. Sal-bieraħ stess il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-Prim għadu jrid iwieġeb. Apparti l-fatt li l-Prim Ministru ssuġġetta ruħu. Il-kwistjoni tal-preskrizzjoni ma naqbilx miegħu, din kwistjoni ta' etika fejn lill-Kummissarju tal-Istandards qallu biex ma jil- limitax ruħu fl-investigazzjoni. Il-Prim Ministru ilu jwieġeb kull mistoqsija li saret mill-mistoqsi- jiet fil-midja. Mark Chetcuti se jibqa' għaddej sakemm ikun hemm elezzjoni jew ikun hemm konverġenza? JA: Jien nibqa' nittama li l-ma- turità tirrenja. Il-punt huwa x'in- hu mistenni minni? Li jressaq isem. Jien ressaqt żewġ ismijiet, u qed nistenna mill-Oppożizzjoni. Illum Mark Chetcuti qed iżomm il-pożizzjoni grazzi għall-emen- da li ressaqna konna aħna. Kemm għandek libertà li tasal fuq isem? JG: Għandi l-istess libertà li għandu hu. Wara kull diskussjoni mmorru l-grupp parlamentari. Fl-aħħar mill-aħħar dan mhux vot tiegħi jew tiegħu imma tal- grupp parlamentari kollu. Din l-istorja mhux se tmut hawn. Ma taħsibx li hawn xi żball xi mkien fir-riċetta? JA: Il-kwistjoni hija li hemm bżonn riflessjonijiet fuq il-prove- dimenti kostituzzjonali hekk kif wasalna f 'din is-sitwazzjoni wara l-bidla taż-żewġ terzi. Għand- na sitwazzjoni fejn l-Oppożizz- joni trid tirrikatta l-pożizzjoni tal-gvern. Jiena naqbel mal-an- ti-deadlock mechanism, kemm kritikawni. Nemmen li għandu jkun hemm anti-deadlock mech- anism fil-karigi kollha. X'inhu l-pass li jmiss? JG: Napprezzaw u nimu l-im- portanza tal-għażla. M'għandniex ikollna ismijiet hemm barra ta' ġudikaturi li qed jiġu ġġudikati fuq il-kwalifiki tagħhom hemm barra waqt li jippresedu fuq każi- jiet. Jekk hemm il-ġenwinità, nist- għu naslu mingħajr anti-deadlock mechanism. Jekk m'għandniex xi jmexxina, għandna naslu. Għandu jirriżenja Wenzu Mintoff? JA: Hemm istituzzjonijiet li nħolqu u jieħdu ħsieb huma. Jien mhux ħa nesprimi opin- joni; m'iniex se nippreġudika l-proċess. nesprimi opinjoni; m' iniex se nippreġudika l-proċess," Jonathan Attard dwar l-ittra ta' Wenzu Mintoff Saviour Balzan ma' Joe Giglio u Jonathan Attard

