Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543798
intervista IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2026 • illum 06 "Il-parteċipazzjoni tiegħi fil- Logħob Olimpiku tax-Xitwa tista' tispira lill-oħrajn" Donald Trump jgħid li kien hemm theddida imminenti għall-Amerka. Kemm hija veritiera din? Il-Kurunell David Attard (KDA): Ma naħsibx li l-Iran- jani kienu lesti jagħmlu bom- ba nukleari. Pjuttost naħseb li nfetħet tieqa ta' opportunità fejn Iżrael kien qed jara l-Iran terġa' tarma, fejn żied il-kapaċità li jibni l-missili u infrastruttura għall-bomba nukleari miċ-Ċina sabiex jarma ruħu. Iżrael qatt ma kien se jaċċetta li l-Iran is- sir potenza nukleari. Iżrael kien qed jipprepara biex jagħmel l-attakk fuq l-Iran, kieku Iżra- el għamel dan mingħajr l-Istati Uniti bħala alleat kienet tkun problematika għaż-żewġ partiji- et, u allura ngħid li ħadu l-iniz- jattiva l-Iżraeljani b'konsultazz- joni mal-Amerikani u stennew il-ħin biex l-Amerikani jibnu l-forzi tagħhom fil-Lvant Nof- sani. Dan li qed naraw illum mhuwiex replay tat-12 day war; li kien hemm bejn l-Iran u Iżrael kienet gwerra. Din gwerra tota- li bejn l-Iran, Iżrael u l-Amer- ka. Infatti, l-Iran ma żammx lura, attakka bażijiet Amerika- ni u pajjiżi alleati tal-Ameri- kani Għarab. Iktar milli ż-żejt qed jiġi mhedded, tħares lejn dak li qed jiġri tinduna wkoll li għalkemm Iżrael ried jeħles mit-theddida li ġejja mill-Iran, l-Amerikani għandhom interess oltre. Fil-futur kollox ibbażat fuq min se jikkontrolla l-enerġi- ja minħabba ħafna affarijiet fost l-introduzzjoni tal-IA. Wara li Trump ħa kontroll tal-ikbar ris- ervi li hemm il-Veneżwela, issa qed jilgħab karta oħra li jekk jis- ta' jkisser ir-reġim Iranjan biex il-kumpaniji Amerikani jieħdu kontroll taż-żejt fl-Iran u jolqot iċ-Ċina u r-Russja. Mill-perspettiva tal- Ewropa, taqbel li l-Ewropa għal darb'oħra qiegħda f 'dilemma? Daniel Attard (DA): L-Ewropa żgur m'għandhiex vuċi waħda fuq dan is-suġġett għax l-is- tituzzjonijiet għandhom kom- pożizzjoni differenti bi gruppi politiċi differenti u mexxejja ta' pajjiżi differenti. Dilemma hawn, dibattitu għaddej. Hemm qasma bejn id-dibattitu ġeopolitiku. Filwaqt li jien nikkondividi fuq l-interessi ulterjuri tal-Ameri- kani kif qal il-Kurunell, infakkar ukoll illi din kienet kontinwazz- joni tal-politika tal-ewwel ter- minu presidenzjali ta' Trump. Fil-verità, kien Trump stess li fl-2018 irtira l-Istati Uniti mill- patt illi kellhom mal-Iranjani fuq il-programm nukleari. In- ħarsu wkoll lejn dak li għamel Iżrael, ġimgħat u xhur wara li naqset drastikament l-operazz- joni tagħha f 'Gaża. Jien nara dan bħala ħolqa oħra f 'kullana sħiħa. Aħna ffukajna fuq l-in- teressi tal-poplu Iranjan. Qabel dan il-programm, kelli laqgħa ma' rappreżentattiv tal-parti- ti Kurdi illi jekk se jkun hemm rivoluzzjoni ġewwa l-Iran se tkun immexxija probabbilment mal-Kurdi. Jidher illi qegħdin fl- eqreb mument li jkun hemm tali rivoluzzjoni. Għaddejjin diskuss- jonijiet bejn dawn il-minoritajiet u l-Amerikani sabiex ikun hemm għajnuna militari. Ir-reġim huwa fl-iżjed mument dgħajjef tiegħu, il-probabbiltà li jużaw il-missili tagħhom qed tonqos. Nista' nik- konferma li għaddejjin taħditiet sabiex ikun hemm rivoluzzjoni mill-minoritajiet fl-Iran. Kif tinterpreta t-tbassir ta' tibdil fil-prezzijiet taż-żejt? JPF: Din il-grafika turi kif kienu l-previżjonijiet qabel l-attakk għal dis-sena. Dan il-mudell juri xe- narji differenti ta' kif se tiżvolġi l-gwerra. Li joħroġ ċar huwa kemm hi vulnerabbli d-dinja, l-ekonomija mondjali, l-enerġija jekk jingħalaq l-Istrett ta' Ħor- "Jekk l-Iranjani jibqgħu jkunx hemm bidla fir-reġim, Fuq XTRA, Saviour Balzan jitkellem ma' Daniel Attard, il-Kurunell David Attard, Ian Borg u JP Fabri ILENIA DEBONO Fl-età ta' 20 sena, Jenny Axisa Eriksen irrappreżentat lil Malta fil-Logħob Olimpiku tax- Xitwa għall-ewwel darba fl-istorja. Mal-gazzetta ILLUM hi tkellmet fuq l-esperjenza tagħha u l-miġja tagħha sal-Olimpjadi fejn ikkompetiet fil-cross country skiing. "Onestament, kienet surreali," Axisa Eriksen iddeskriviet l-esperjenza tagħha. Hi qalet li l-fatt li naqqxet isimha fl-istorja sportiva ta' Malta saħħet l-esperjenza. Qalet ukoll li ħasset sens ta' responsabbiltà kif ukoll ta' unur, hekk kif hi rrappreżentat pajjiż li m'għandux sports xitwin. Axisa Eriksen imxiet bil-bandiera Maltija waqt iċ-ċerimonja tal-uħ bħala l-unika atleta f 'isem Malta f 'dawn il-logħbiet. L-atleta ta' dixxendenza Maltija u Norveġiża ilha tipprattika l-iskiing mill-età ta' sentejn fin-Norveġja, fejn dan l-isport hemmhekk huwa komuni. Imbagħad ta' seba' snin, hi ssieħbet ma' klabb tal-iskiing u kkompetiet f 'xi konkorsi lokali. Hi qalet li bħala tifla kienet tidolizza atleti Norverġiżi f 'dan l-isport bħal Marit Bjørgen u Petter Northug. "Meta kbirt, it-taħriġ żdied għal darbtejn fil- ġimgħa," hi qalet, hekk kif meta għalqet il-15-il sena ddeċidiet li tikkommetti ruħha għal dan l-isport. Ta' 16-il sena, Axisa Eriksen issieħbet fi skola speċjalizzata fejn setgħet tagħti prijorità lill- isport kuljum, flimkien mal-istudji akkademiċi tagħha. Hi qalet li għamlet snin sħaħ tipprattika għal dak il-mument fl-Olimpjadi, li dam biss nofs siegħa. Nofs siegħa mimljin adrenalina, qalbha tħabbat mija mija, fejn wara li rnexxielha tikkalma n-nervi, tgħix l-esperjenza kollha. L-idea li tikkompeti fil-Logħob Olimpiku ġiet mingħand omm Axisa Eriksen li minn dejjem ħeġġet lilha u lil oħtha sabiex jikkompetu f 'isem Malta, idea li baqgħet f 'moħħ l-atleta u issa li kibret it ieħor, din il-ħolma saret realtà. L-għażla li tirrappreżenta lil Malta, fid-dawl tal- għeruq multikulturali tagħha, kienet ispirata mill- identità tagħha. "Li nirrappreżenta lil Malta kienet xi ħaġa kbira għalija għax għenitni ngħaqqad l-isport mal-għeruq tiegħi. Barra minn hekk, kont naf ukoll li stajt ngħin lil Malta bl-ewwel debutt f 'logħob xitwi, u forsi nispira atleti żgħażagħ li ma jarawx lilhom infushom f 'dawn id-dixxiplini." Fuq dan il-punt, hi rrikonoxxiet li hija sfida kbira għal atleti Maltin sabiex jikkompetu f 'logħbiet xitwin hekk kif m'hawnx aċċess naturali għal silġ jew borra, avolja issa hawn numru ta' alternattivi artifiċjali sabiex wieħed itella' sigħat ta' prattika. "Naħseb ukoll il-fatt li l-Kumitat Olimpiku appoġġa l-parteċipazzjoni tiegħi fl- Olimpjadi Xitwin jista' jkollu effett pożittiv billi jispira oħrajn sabiex joħolmu, jaħdmu u jimmiraw sabiex jikkompetu fil-futur." Axisa Eriksen għamlet referenza għal attività li organizza l-kumitat fi skola lokali tal-isport tal-curling sabiex iħajjar studenti jidħlu fi sports xitwin. Fl-aħħar, Axisa Eriksen elaborat fuq il-futur tagħha. "Għadni żgħira ħafna, u għadni kif bdejt nikkompetti fuq livell tal-kbar," hi qalet li l-futur joffrilha opportunità tkompli fl-isport tant għal qalbha li jitlob ħafna sigħat u dedikazzjoni. Madankollu hemm xi ħaġa oħra għal qalbha. Hi tixtieq tistudja l-mediċina, impenn ieħor li jitlob ħafna dedikazzjoni. Għalhekk, hi qalet li mhux ċerta hux se tkompli fl-isport, hekk kif qed titħarreġ inqas minħabba s-sigħat li qed tiddedika għall-iskola. L-ewwel atleta li rrappreżentat lil Malta f'dan il-logħob, Jenny Axisa Eriksen, titkellem mal-gazzetta ILLUM Jenny Axisa Eriksen irrappreżentat lil Malta fil-cross country skiing

