MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 8 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543798

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 15

05 analiżi illum • IL-ĦADD 8 TA' MARZU 2026 M'hemmx dubju li f 'dawn l-aħħar jiem l-Iran qiegħed fuq fomm kulħadd. Xi ħaġa li forsi għall-ewwel ħsibna li qiegħda 'l bogħod minna, iżda fil-pront intbaħna li hija aktar viċin milli stajna qatt naħsbu. Din il-gwerra qiegħda taffettwa mhux biss il-partijiet involuti, iżda reġjun sħiħ li huwa dak tal-Lvant Nofsani. Mill-mezzi tal-midja qed naraw kif persuni li kienu qed jgħixu ħajja normali bħalna ġew affettwati minn lejl għan- nhar, inkluż turisti. Dak li qed iseħħ se jaffettwa l-għejxien, mhux biss tan-nies tal-Lvant Nofsani, iżda wkoll tal-Ewropa u anke globalment. M'iniex se nidħol tant fil-mertu ta' x'inhu ġustifikat jew le, però li hu żgur huwa li ċertament ma nistgħux nieħdu l-paċi u s-sigurtà bħal qisha xi ħaġa ta' dejjem, imma hija ħaġa li kulħadd irid jaħdem għaliha. L-istess japplika għall- Ukrajna; konflitt li ilu sejjer is-snin u qed jaffettwana lkoll, għalkemm fil-bidu kien hemm min esprima l-opinjoni li dan il-kunflitt mhux se jdum. Rajna avveniment f 'dawn l-aħħar jiem fuq bastiment merkantili li ġew attakkati viċin is-Search & Rescue Area ta' pajjiżna. Dan ikompli jikkonferma li kwalunkwe konflitt huwa aktar viċin tagħna milli aħna naħsbu. Il-Gvern Nhar it-Tnejn li għadda l-Prim Ministru Robert Abela għamel stqarrija ferm tajba fejn apparti li ta informazzjoni dwar l-iżviluppi saħaq fuq l-isforzi li saru mill- awtoritajiet Maltin sabiex jiġu mħarsa l-interessi ta' Malta u tal-Maltin u l-Għawdxin li setgħu jew jistgħu jintlaqtu direttament. Robert Abela ta aċċertazzjonijiet ċari li l-Gvern aġixxa tajjeb u fil-pront. Huwa fil-fatt semma li aktar minn mija u tletin [130] persuna ta' nazzjonalità Maltija għamlu talba formali sabiex jitilqu mir-reġjun. Robert Abela kompla jispjega li l-Gvern Malti jista' jiflaħ għal din id-daqqa wkoll għaliex għandu ekomonija b'saħħitha a kawża ta' politika ta' qawmien ekonomiku ta' Gvernijiet Laburisti sa mis-sena 2013 u għalhekk Malta hija waħda fost l-aktar ekonomiji b'saħħithom fl- Ewropa. Hu serraħ ras kulħadd li se jibqa' jgħin b'mod effettiv fejn hemm bżonn, hekk kif kien għamel fi żmien il-pandemija b'sussidju kontinwu tal- prezzjiiet tal-enerġija. L-Oppożizzjoni Ħadt pjaċir ukoll li l-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg ta garanzija li l-Parlament huwa unit f 'dan ir-rigward u li qed jagħti l-appoġġ kollu tiegħu lill-Gvern sabiex jaffaċċja l-effetti kollha li jista' jkun hemm fil-konfront ta' din il-kriżi. Kien mument pożittiv anke għalija bħala MP u anke bħala President tal-Kumitat Permanenti Parlamentari tal- Affarijiet Barranin u Ewropej li nara l-Kamra magħquda. Kif nistgħu ninlaqtu? Hemm diversi modi li dan il-kunflitt jista' jolqotna. L-ewwel ħaġa hija permezz tal- inflazzjoni u dan għaliex jogħla l-prezz tal-enerġija. Jogħlew ukoll diversi oġġetti importanti minħabba li m'hemmx dubju li se jogħla l-prezz tagħhom. Effett ieħor jista' jkun li jonqos it-turiżmu għaliex dan hu settur li huwa bbażat fuq is- sigurtà u s-serħan il-moħħ, u għalhekk ċertament li persuna se toqgħod pass lura milli tivvjaġġa fl-isfond ta' dak li qed jiġri. Il-Ġnus Magħquda M'hemmx dubju wkoll li dak li qed iseħħ qed idgħajjef aktar il-Ġnus Magħquda. Dan għaliex dan l-attakk seħħ mingħajr ma ntalbet Riżoluzzjoni tal-Ġnus Magħquda. Ftit ġimgħat ilu segwejna lis- Segretarju Ġenerali Guiterrez iwissi li l-Ġnus Magħquda qiegħda taffaċċja problemi finanzjarji li saħansitra qed jheddu l-eżistenza tagħha. Għal darb'oħra nwissi li fil-kamp tal-politika barranija ma jistgħux jibqgħu jiddgħajfu l-multilateriżmu u l-istituzzjonijiet internazzjonali għaliex dawn jagħtu l-aktar kemm l-Istati sovrani żgħar bħal Malta għaliex japplikaw b'mod effettiv il-prinċipju tas-sovranità u l-prinċipju li kull stat, qiegħed fejn qiegħed, kbir kemm hu kbir, b'saħħtu militarment jew ekonomikament kemm hu b'saħħtu, jiġi trattat l-istess. Għalhekk pajjiżna għandu interess ċar li jippromovi l-multilateriżmu fl-Ewropa u fid-dinja. L-effetti tal-attakki fuq l-Iran EDWARD ZAMMIT LEWIS Membru Parlamentari għall-PL u President tal-Kumitat Permanenti Parlamentari tal-Affarijiet Barranin u Ewropej l-Ewropa jridu jlestu għal kwalunkwe eventwalità b' iżjed sigurtà' Minn dak li ntqal s'issa fuq is- sitwazzjoni, Aquilina Spagnol qal li l-Iran ilha taħdem sabiex tarma lilha nfisha b'armi nukleari, kif ukoll li t-tmexxija tal-Iran hija waħda imprevedibbli u malinn b'referenza diretta għar-reġim teokratiku li ilu bir-renji tal-pajjiż f 'idejh mir- rivoluzzjoni tal-1979. "Mill-bidu tar-reġim Iżlamiku Iranjan wara li mbotta 'l hemm it-tmexxija monarkika tas-Shah Pahlavi, l-Iran wettaq episodju ta' ostilità kontra l-Amerka saħansitra bi qtil ta' ċittadini u suldati Amerikani. Dan l-aġir Iranjan ma kienx biss minħabba differenzi ta' ideoloġija politika u twemmin reliġjuż imma anke minħabba pika ta' poter, fejn l-Irajn dejjem ra l-influwenza Amerikana fir-reġjun bħala theddida għall-ambizzjonijiet tiegħu li jkun il-potenza superjuri fil-Lvant Nofsani," irrakkonta l-Eks Ambaxxatur. Hu kompla fejn qal li r-relazzjoni b'saħħitha bejn l-Amerka u Iżrael ma għenitx il-perspettiva tal-Iran rigward l-Istati Uniti. Aquilina Spagnol qal li minħabba t-twemmin fundamentali Iżlamiku tar-reġim tal-Iran, l-istess reġim ma setax iniżel l-Istat ta' Iżrael b'territorju ġeografiku fil-Lvant Nofsani b'saħħa politika u militari li bdiet twassal għall-pajjiżi Għarab tal-Golf sabiex jersqu iżjed lejn l-istat Lhudi. Aquilina Spagnol irrikonoxxa l-ostilità bejn l-Iran u l-pajjiżi l-oħra tal-Golf minħabba raġunijiet ta' etniċità fejn l-Iranjani ġejjin mill-etniċità Persjana u l-pajjiżi ġirien tal-Iran ġejjin mil-etniċità Għarbija. Barra minn hekk, hu qal li għalkemm dawn il-pajjiżi jħaddnu r-reliġjon Iżlamika, l-Iran tħaddan interpretazzjoni differenti ta' dan ir-reliġjon, dik magħrufa bħala Shia fejn il-pajjiżi l-oħrajn iħaddnu d-diviżjoni Sunni. Hu kkonkluda l-lista ta' raġunijiet bl-iżjed waħda taħraq, dik ta' politika fejn l-Iran jattakka pajjiżi tal-Golf minħabba l-ħbiberija tagħhom mal-Amerka, b'bażijiet militari Amerikani imma wkoll l-investiment kummerċjali kbir Amerikan. Id-diplomatiku enfasizza l-irwol tal-Amerka f 'dan il-kunflitt fejn qal li s-superpotenza hija l-perċimeż wara dan kollu, li avolja kien Iżrael li waddab l-ewwel ġebla lejn l-Iran, hu ċert li kien hemm ehim politiku u militari preċiż bejn l-Amerka u Iżrael qabel ma sar dan kollu. "Ikun żball jekk wieħed iħares lejn l-Amerka bħala aggressur biss, jew bħala pajjiż li għandu biss interessi kummerċjali fir-reġjun," analizza Aquilina Spagnol. Huwa ddeskriva s-sitwazzjoni preċedenti fil-peniżola Għarbija bħala "kaldarun ibaqbaq", u li din l-inizjattiva jista' għandha l-mira li t-tmexxija tal-Iran tinbidel għal waħda iżjed moderata bi prinċipji iżjed liberali u koperattivi, valuri li jħaddnu pajjiżi tal-Lvant. Aquilina Spagnol qal li t-triq tal- paċi hija ideali għal dan ir-reġjun polarizzat avolja r-reġim Iranjan mhux qed jgħin sabiex jintlaħaq kompromess, u għalhekk tmexxija iżjed "moderata u moderna fl- Iran tkun ta' għajnuna". Huwa qal li l-bażijiet militari Amerikani mhux qed jgħinu din is-sitwazzjoni taħraq, u li minflok il-pajjiżi tal- Golf għandhom jarmaw ruħhom weħedhom sabiex ikunu kapaċi jiddefendu lilhom infushom mingħajr għajnuna barranija. Il-Professur Philip von Brockdorff (xellug) u l-Eks Ambaxxatur Clive Aquilina Spagnol

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 8 March 2026