MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543916

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Il-band leġġendarja Scorpions b'kunċert f 'Malta Sa ma l-mewt tifridna Kull żwieġ jgħaddi minn perjodi sbieħ u oħrajn ibsin; dawn tal- aħħar mhuma xejn ħlief testijiet li kull koppja trid tgħaddi minnhom b'suċċess sabiex il-wegħdiet ta' lealtà li jkunu saru jiġu onorati. Kemm baqa' koppji li lesti jagħmlu sagrifiċċju u jagħżlu lil żwieġhom l-ewwel u qabel kollox? Fid-dawl ta' dan, x'valur għad għandu ż-żwieġ fil-ħajja tal-lum? Dawn huma it mir- riflessjonijiet li se jintwerew fid- dramm kontemporanju ispirat mill- Ġimgħa Mqaddsa 'Sa Ma l-Mewt Tifridna'. Josue u Mariah, koppja miżżewġa li f 'għajnejn il-poplu huma l-għira ta' kulħadd, waslu fl- aħħar ta' vjaġġ u jinsabu fiċ-ċans li jirbħu premju li jwassal għall- ħelsien ... minn xiex? F'dan l-aħħar stadju se jkollhom jaffaċċjaw il-frotta pprojbita li se tqanqal problemi li xkupaw taħt it-tapit. Hemm limitu sakemm il-verità li injoraw tista' tiġi evitata. X'verità kattiva jkollhom jaffaċċjaw? Jista' jsalva ż-żwieġ tagħhom b'nofs verità? Josue, reliġjuż minn mindu kien żgħir, ifittex li jkun perfett bħal Ġesù Kristu u ma jagħmel xejn ħlief is-sewwa. Li kieku kulħadd jgħix bħalu, kieku d-dinja timxi fuq ir-rubini ... jew le? X'diffikultajiet isib ruħu fihom Josue meta jkollu jagħżel jekk iwettaqx ġustizzja jew jaħfer? U minn xiex tgħaddi Mariah minħabba l-'qdusija' ta' Josue? Huwa possibbli li jekk tagħmel is-sewwa, tista' tkisser lil ta' madwarek? L-udjenza se tiskopri wkoll fost l-oħrajn kif tista' taffettwa ż-żwieġ meta tkun Ġuda b'kilba għall-flus. Fil-vjaġġ li se jgħaddu minnu Josue u Mariah se sseħħ żvolta li l-udjenza mhux se tkun qed tistenna. Żvolta li se tiddetermina verament kemm huma lesti li jonoraw il-wegħdiet li għamlu u jibqgħu flimkien ... sa ma l-mewt tifridhom. Bħalma Kristu bata għall-imħabba u l-fidwa tal- bniedem, se jirnexxilhom jġorru s-salib ta' żwieġhom? 'Sa Ma l-Mewt Tifridna' se tittella' fit-18 ta' Marzu fit-8.00 p.m., fid- 19 ta' Marzu fis-6.00 p.m, u fis- 27, 28 u 29 ta' Marzu fit-8.00 p.m. fil-Black Studio, Malta School of Drama and Dance, Tal-Pietà. Id- dramm se jittella' bi produzzjoni ta' Karl A. Schembri u Stefan Galea Debono. Il-kitba hija ta' Karl A. Schembri u d-direzzjoni ta' Stefan Galea Debono. Fost l-atturi nsibu lil Mark Mifsud, Alison Abela, Karl A. Schembri u Kurt Harmsworth. Il- biljetti jistgħu jinkisbu minn https:// www.ticketline.com.mt/bookings/ Shows.aspx?ProductionId=1288. Dal-grupp leġġendarju tar-rock mill-Ġermanja fforma f 'Hanover fl-1965 Id-dramm jeżmina x'valur għad għandu ż-żwieġ fil-ħajja tal-lum ILENIA DEBONO Il-band Ġermaniża tar- rock Scorpions se tagħmel kunċert f 'Malta fis-16 ta' Ġunju. Il-grupp leġġendarju se jdoqq fil-Malta Fairs and Conventions Centre (MFCC), f 'Ta' Qali, f 'kunċert li mistenni jkun wieħed mill-akbar kunċerti rock tas-sena. Il-grupp Scorpions iddefinixxa ġenerazzjonijiet ta' fans tar-rock madwar id- dinja. Il-katalgu tagħhom jinkludi kanzunetti klassiċi bħal Wind of Change, Rock You Like a Hurricane, Still Loving You, No One Like You u Send Me an Angel. Il-wirjiet live tagħhom huma magħrufa madwar id-dinja għall-ħoss qawwi tagħhom, il-preżenza enerġetika fuq il-palk u r-rabta qawwija mal-udjenzi. Wara li biegħu aktar minn 100 miljun diska u daqqew fi wħud mill-aktar venues prestiġjużi fid-dinja, il-grupp Scorpions jibqa' wieħed mill-aktar bands influwenti u dejjiema fl- istorja tar-rock. Dal-grupp leġġendarju tar-rock mill-Ġermanja fforma f 'Hanover fl- 1965 mill-kitarrist Rudolf Schenker. Il-line-up klassiku tagħhom bejn l-1978 u l-1992 kien jinkludi lil Schenker fuq rhythm guitar, Klaus Meine bħala vocalist, Matthias Jabs fuq lead guitar, Francis Buchholz fuq bass u Herman Rarebell fuq drums. Dan il-line-up wassal lill- band għall-fama globali b'taħlita ta' hard rock u heavy metal. Il-band għadha attiva fis-snin 2020 b'Schenker u Meine bħala membri kostanti, u ħarġet albums reċenti bħal Rock Believer (2022). L-MFCC se jinbidel f 'arena rock sħiħa, bi produzzjoni elettrizzanti b'ħoss ta' livell dinji u viżwali dinamiċi. Il-prezzijiet tal-biljetti jvarja minn €75 għal €120, b'biljetti għal tal-apposta għall-aċċessibbiltà ta' €75 validu għad-detentur u l-persuna li tassisti. L-avveniment qed jiġi organizzat minn Greatt u NnG Promotions.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 March 2026