MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543916

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 15

13 arti u kultura IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Għidli naqra: Il-band Delirium F'din is-sensiela, il-gazzetta titkellem ma' bands lokali fuq ix-xena tal-mużika f'Malta u fuq l-istorja tal-band innifisha L-istorja tal-band Delirium bdiet fl-2019 ILENIA DEBONO Minn fejn bdiet l-istorja tal-band? L-istorja tal-band bdiet fl-2019 mid- drummer Karen Micallef u eks pjanista Maria Borg taħt l-isem Delirium. Il-line up jikkonsisti b'Matthew Cilia (eks kantant), Maria Borg (eks pjanista), Ethan James German (eks kitarrista), Aidan Falzon (bass) u Karen Micallef (drums). Il-band fl-2022 ħarġet żewġ vidjows mużikali bl-ismijiet "War is Blood" u "Medusa". Fl-istess sena l-band ukoll ħarġet l-ewwel album tagħha bl-isem ta' "State of Delirium". Il-band eventwalment biddlet l-isem minn Delirium għal Delirium MT u wkoll maż-żmien esperjenzat xi bidliet fil- membri li wasslu għall-membri kurrenti; Noel Zarb fuq kitarra u kant, Aidan Falzon fuq bass u Karen Micallef fuq drums. Il-band għadha kif lestiet tirrekordja t-tieni album tagħha fejn aktar dettalji u avviżi mistennija jitħabbru fl-2026. Kontu tafu lil xulxin qabel ma kontu fil-band flimkien? Iva, Karen u Aidan kienu jafu lil xulxin qabel kienu fil-band kif ukoll anka eks membri. Kif għażiltu l-isem tal-band? Fl-2019, konna qed niddiskutu xi ideat għall-isem tal-band, kif ukoll ideat u temi għall-ewwel album. Dak iż-żmien kienet ħarġet l-idea li l-band tissemma Delirium. Eventwalment wassal għall-isem tal-ewwel album tal-band "State of Delirium". Liema hu l-iżjed proġett għal qalbkom? Hemm diversi proġetti li huma għal qalbna li jinkludu l-vidjows mużikali, l-albums, kif ukoll il-kunċerti li aħna kburin u onorati li ħadna sehem fihom. Naturalment kollox fih ix-xogħol u s-sagrifiċċju tiegħu iżda meta fl-aħħar tara kollox qed jingħaqad dejjem inħossuna kburin bix-xogħol li għamilna. X'inhu l-pass li jmiss? Taħt il-line up li jikkonsisti mit-trio ta' Noel Zarb fuq kitarra u kant, Aidan Falzon fuq bass u Karen Micallef fuq drums, il-band riċentement għadha kif lestiet mir-recording tat-tieni album tagħha; proġett li huwa megħjun mill-Kunsill Malti għall-Arti, u mistenni joħroġ fl-2026. Huwa ppjanat ukoll li jinħareġ xi materjal qabel it-tnedija tal- album u anki merch tal-band. Iżda l-iktar importanti hu li sempliċement nieħdu gost bil-mużika u b'dak li qed nagħmlu. Liema hi l-ikbar ispirazzjoni tagħkom? Kull membru għandu l-ispirazzjoni tiegħu. Aidan Falzon huwa ispirat minn diversi bassisti li prinċipalment jinkludu lil Cliff Burton, Geezer Butler u Flea. Huwa ispirat ukoll minn bands klassiċi bhal Black Sabbath, Iron Maiden u Metallica, filwaqt li jispirawh ukoll bands iktar moderni bħal Machine Head, Trivium u Mastadon. Aidan jisma' diversi ġeneri differenti li jaqgħu taħt il-kategorija tal-ġeneru metal. Karen Micallef hija ispirata minn diversi drummers differenti iżda l-iktar li jispirawha jinkludu lil Ringo Starr, Dave Lombardo, Neil Peart u Eric Carr. Karen tisma' diversi ġeneri li jaqgħu taħt il-kategorija tal-metal iżda l-iktar li hija ispirata minnhom huma bands aktar klassiċi bħal Black Sabbath, Megadeth u Judas Priest. Ukoll jogħġbuha bands bħal Kiss, e Beatles, u Led Zeppelin. Noel Zarb huwa ispirat minn bands metal klassiċi li jinkludu l-Black Sabbath, Ozzy Osbourne, Judas Priest u Iron Maiden iżda wkoll minn diversi bands moderni wkoll bħal Slipknot, Trivium, Bring Me e Horizon u Architects. Noel jisma' diversi ġeneri differenti iżda l-iktar ġeneri favoriti tiegħu bħalissa jinkludu Metalcore u Melodic Death Metal. Il-membri kollha għandhom preferenzi simili kif ukoll differenti. Dil-varjetà għenet fil-formazzjoni tal-mużika li ġiet irrekordjata fuq l-album li se joħroġ fl-2026. Ix-xena tal-mużika lokali toffri opportunitajiet lill-artisti li għadhom jibdew? Ix-xena mużikali toffri diversi opportunitajiet differenti. Kif xi darba kien hemm nies li kienu emmnu fina u tawna ċans biex inkunu nistgħu nuru x'nafu, hija importanti li bands li għadhom jibdew ikollhom l-istess opportunità. Kulħadd irid jibda minn xi mkien. Kieku tistgħu tbiddlu xi ħaġa fix-xena mużikali Maltija, xi tkun? Ix-xena mużikali Maltija tinvolvi ħafna nies b'talenti kbar, u huwa importanti li jkun hawn aktar opportunitajiet u aktar skemi li jistgħu jgħinu lill-mużiċisti lokali biex ikomplu jikbru lokalment u anka internazzjonalment.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 March 2026