Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543916
L-ewwel attività għal din is- sena, organizzata mill-KRS Releasing (id-distributuri lokali tal-films) bi sħab mas-swali ċinematografiċi ta' Malta u Għawdex, se ssir nhar is-Sibt 21 ta' Marzu 2026. Għall-wiri se jkun hemm varjetà distinta ta' films addattati għat-tfal u l-familji bi prezz imraħħas, għall-wirjiet kollha ta' qabel is-7.00 p.m. fl-Eden Cinema, San Ġiljan, Embassy Cinema, il-Belt Valletta, Gallarija Cinema, Fgura, u Citadel Cinema, Victoria, Għawdex. Il-lista tal-films tinkludi produzzjonijiet riċenti bħal The Land Of Sometimes, Hoppers, GOAT, Stitch Head, Kangaroo, Looney Tunes: The Day The World Blew Up, Miss Moxy u diversi oħrajn. Il-maġġoranza ta' dawn il-produzzjonijiet huma animati. Xi informazzjoni qasira dwar dawn il-films li se jkunu esibiti dakinhar hi din: The Land Of Sometimes – Film animat b'fantasiji ħelwin dwar Alfie u Elise, tewmin li f 'lejliet il-Milied isibu arloġġ speċjali li jaqta' x-xewqat imħolli minn missierhom li mar għall-gwerra. Naturalment imdejqin, ma jafux kif se jgħaddu l-ħin, jibdew jixtiequ xi affarijiet mhux tas- soltu. B'hekk isibu ruħhom fuq vjaġġ f 'art stramba li fiha l-erba' staġuni jseħħu f 'ġurnata waħda. F'din l-avventura mużikali t-tewmin se jiskopru dinja fantastika u maġika mimlija b'karattri eċċentriċi, kif ukoll kariżmatiċi. Hoppers – Produzzjoni oħra animata tal-kumpanija Pixar/Disney. Tfajla ta' 19-il sena permezz ta' teknoloġija tittrasforma s-sena ta' ħsieb tagħha f 'beaver robotiku biex issir konxja tal-misteri li jeżistu fid-dinja tal-annimali lil hinn mill-immaġinazzjoni tagħha. Stitch Head – Kummiedja fantasija animata dwar xjentist miġnun li jinjora l-kreaturi kollha li ħoloq u jdawwar ħarstu lejn il-mostru li jmiss. Stitch Head, ta' rasu mimlija punti, l-ewwel ħolqien tiegħu waqt li jfittex għalfejn qed jgħix, jiddeċiedi li jindokra l-mostri l-oħra tax-xjentist. GOAT – Mogħża żgħira li tħobb toħlom b'affarijiet grandjużi jiġiha ċ-ċans biex tingħaqad mal-professjonisti li jilagħbu f 'logħba ta' intensità u kuntatt qawwi, sport iddominat mill-aktar annimali feroċi u ħfief. Kangaroo – Chris, li kien preżentatur ta' programm tat- TV, issa mwarrab u Charlie, tifla aboriġina indiġena, jibdew jaħdmu flimkien biex isalvaw u jrabbu grupp ta' frieħ ta' kangarù fid-deżert Awstraljan. The Day The Earth Blew Up: A Looney Tunes Movie – Porky Pig u Daffy Duck (tnejn mill- karattri ewlenin ta' Looney Tunes) waqt li jiżżuffjettaw fil-fabbrika lokali tal-bubble- gum, jiskopri pjan mill-aljeni li jikkontrollaw l-imħuħ tal- bnedmin u jkunu l-unika tama li jsalvaw lid-dinja. Miss Moxey – Qattusa mfissda u kelb li jdejjaq lin-nies, flimkien ma' għasfur veteran waqt vjaġġ lejn darhom fl-Ewropa t'Isfel jitgħallmu kif għandhom jaġixxu u jsiru ħbieb. Zootropolis 2 – Judy Hopps, fenka kuraġġuża pulizija u ħabiba l-volpi Nick Wilde, jingħaqdu biex isolvu każ ġdid diffiċli, l-aktar wieħed perikoluż u kkomplikat tal-karriera tagħhom. The Spongebob Movie: Search For Squarepants – Biex juri li issa sar adult, Spongebob jipprova juri lil Mr. Krabbs kemm sar kuraġġuż billi jsus wara The Flying Dutchman, vapur misterjuż mimli iħirsa li huma pirati feroċi, fl-aktar ibħra fondi li jeżistu. Heidi: Rescue Of The Lynx – It-tfajla Heidi li tgħix fuq il- muntanji Alpi taffaċċja forzi qawwija akbar mill-età tagħha biex tipproteġi lin-Nannu u l-lokal fejn tgħix minn negozjant bla skrupli u mill- fabbrika li tagħmel l-injam li jrid jistabbilixxi. Pets On A Train – Meta grupp ta' annimali ħallelin jimbarkaw fuq rutina ta' frodi komuni, isibu ruħhom involuti fuq serqa ġo ferrovija. Ikunu Falcon, speċi ta' volpi ħalliel mhux gwapp u Rex kelb rett tal-pulizija li jieħdu ħsieb biex isalvaw l-annimali kollha minn fuq din il-ferrovija għaddejja veloċi. Il-film għandu wkoll l-isem ta' Falcon Express. Għal din l-attività popolari li issa sabet postha fil-kalendarju annwali, wieħed jista' jaħseb għall-biljetti mit-13 ta' Marzu 2026. 14 films IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2026 • illum Carmel Bonnici Il-ġurnata taċ-ċinema għat-tfal – is-Sibt 21 ta' Marzu 2026 SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM TEMP GĦADA TEMP ILLUM Collis Williams, Valletta The Cross, Ħamrun Tal-Ħlas Pharmacy, Qormi Anici Pharmacy, Qormi The Local Dispensary Birkirkara St. Matthew's Pharmacy Gżira St. Julians Pharmacy San Ġiljan Norman's Pharmacy Sliema Brown's Pharmacy Naxxar Sgħajtar Pharmacy Mosta El Medina Chemist Qawra St. Monica Pharmacy Paola Milia's Pharmacy, Birgu Milia's Pharmacy Marsascala Blossoms Pharmacy Birżebbuġa St. Lukes, Pietà Abela's Pharmacy Victoria, Gozo - L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 15˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit imsaħħab Riħ Ħafif mill-Majjistral it- Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Viżibilità Tajba Baħar Ħafif għal moderat SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM GOZO FERRIES MĠARR ĊIRKEWWA Fil-ġurnata taċ-ċinema għat-tfal se jkun hemm varjetà distinta ta' films addattati għat-tfal u l-familji bi prezz imraħħas

