MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 15 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1543916

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 15

illum • IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2026 07 intervista mil-Lvant Nofsani, imma ż-żejt mil-Lvant Nofsani xorta jintuża għall- produzzjoni ta' prodotti oħra, u jkollu effett fuq il-prodotti. Fuq l-IMF imma dawn is-sussidji se jibqgħu għal dejjem? MD: Diġà qed ninvestu fl-en- erġija rinovabbli. Irridu nżiduha. Għandek l-enerġija mir-riġ. Il- baħar huwa fond u t-teknoloġija għadha għolja, imma aħna rridu nkunu pijunieri. In-nies li nkel- lem iridu l-prezzijiet stabbli, u aħna hekk se nagħmlu. Kellek industrija li rrilokat fit-Tuneżija fi żmien il-PN għax il-prezziji- et tad-dawl kien ogħla. In-nies magħna jafu li dik il-protezzjoni se ntuhielhom. Konna qed nitkellmu fuq miżuri li jistgħu jittieħdu fit-tul. X'inhuma l-pjanijiet fit-tul? MD: Id-deċiżjoni li nżommu l-enerġija stabbli. Fejn jidħlu prezzijiet ta' prodotti daħħalna l-COLA addizzjonali għal dawk ta' dħul baxx u medju li tingħata regolari. Aħna mhux €10 ta' dar- ba u ħames bozoz nagħtu bħal fi żmien Gonzi. Hemm pereżempju t-tfal tas-sekondarja li ngħataw laptop. Dik ukoll tgħin lill-familji li ma jkollhomx joħorġu dik il- €500 minn buthom. L-ekonomisti li jwissu lill- gvern bħall-Kummissjoni Ewropea u ekonomisti oħra dawn kollha żbaljati? MD: Jien kemm ngħid lill-familji jaraw kif għaddejja Malta, kif sejra l-ekonomija Mal- ta u x'qed jiġri f 'pajjiżi oħra. Kell- ek il-Bank Ċentrali ta' Malta li qal ukoll li l-aktar miżuri li għen- et lill-familji huma s-sussidji fuq id-dawl u l-ilma. Fil-qasma tal-enerġija alternattiva int tirrikonoxxi l-inizjattivi tal-gvern? Hemm bżonn ngħaġġlu aktar? MAS: Aħna madwar erba' snin ilu ħriġna bil-pjan tagħna għall-enerġija li jħares sal-2050. Aħna rajna li l-aħjar teknoloġi- ja għal pajjiżna huma l-offshore windfarms. Il-gvern xi sentejn ilu ħareġ request for proposals. S'is- sa għadna ma smajna xejn dwa- ru dak il-pjan. Nemmnu wkoll li hemm lok għal aktar enerġija mix-xemx. Għad hemm ħafna binjiet u spazji pubbliċi li jistgħu jintużaw għal dak il-għan. Hemm bżonn aktar investiment fin-net- work tagħna, b'batteriji biex jif- ilħu għal sorsi ta' enerġija rino- vabbli u jiflaħ għal ċerti peaks, eżempju bini aktar effiċjenti. Tant kien hemm bidliet teknoloġiċi malajr li ma nistgħux ngħaġġlu aktar? MAS: Hemm affarijiet li ilna nafu bihom għax kienu par- ti mill-politika tal-gvern. Nif- takar lill-Ministru jgħid xi erba' snin ilu li rridu nilħqu 60,000 karozza elettrika sal-2030, imma mbagħad għandna biss mad- war 400 charging point. Naħseb li l-problema hija n-nuqqas ta' ppjanar. Rajna ħafna manage- ment by crisis. Anke t-tisħiħ tan-network wara kriżi. Issa qed isir ċertu investiment iżda l-ew- wel ħallew il-kriżi tfeġġ. Dil-gwerra mhux storja qasira u allura ħa naraw aktar effetti. Forsi dan itina ċ-ċans nirriflettu li nnaqqsu l-infiq fuq iż-żejt u nonfquhom fuq affarijiet oħra? Jista' jkun naċċelleraw aktar. Fuq il-windfarms pereżempju hemm baħar fond. M'hemmx soluzzjoni oħra? Veru li aktarx mhux vijabbli? MD: Aħna ma qgħadniex nistennew il-kunflitt. L-investi- menti huma longterm, u jservuk 20, 30, 35 sena oħra. Mill-2013 sal-lum ingħalqet il-power sta- tion tal-Marsa, neħħejna l-heavy fuel oil u ċ-ċumnija minn De- limara. Anke fl-enerġija rin- novabbli tlajna minn 10MW għal 270 MW sal-lum, 17.2% tal-enerġija tagħna. Ovvja li l-heatwave tal-2023 aċċellerat l-investiment fin-network, iżda kien beda qabel. Lestejna l-ew- wel interconnector li l-gvern ta' qabilna lanqas biss kien għadu ġab il-permessi, lestejna l-imp- jant tal-LNG li l-Oppożizzjoni qalet li m'għandniex bżonnhom. Allaħares m'għandniex id-di- versifikazzjoni tas-sorsi. Għad- dejjin bit-tieni interconnector. Għaddejjin bil-prequalification questionnaire tal-offshore wind. Inżommu f 'moħħna li t-te- knoloġija tal-floating offshore hija ħafna aktar għolja. Daħlu tliet joint ventures. Huwa proġett kbir, naraw li jseħħ wara l-2030. Irridu naraw l-affordabbiltà imma rridu nkunu ppreparati. Bħalissa kuparat fixed bottom wind turbines u fuq l-art. Imma ħa nibqgħu għaddejjin għal meta t-teknoloġija timmatura. MAS: Dwar l-LNG u dwar il-kuntratt korrott tkellimna u l-offshore companies. Qed nindunaw fid- dipendenza fuq ħaddieħor f 'mumenti bħal dawn. Kulħadd jaf li s-soluzzjoni hi li nduru għal sorsi alternattivi? MD: 270 MW rinnovabbli. In- terconnector wieħed, 200 MW minn interconnector. Rinnovab- bli jtukx il-ħin kollu, għalhekk għandek bżonn sorsi differenti. Hemm inċentivi għall-karoz- zi elettriċi, u n-nies jirrispondu tajjeb. Dwar il-liberalizzazzjoni tal- prezz tal-enerġija, din narawha fil-fuels f 'pajjiżi oħra. MAS: Il-fuel ilu mill-2007 liberalizzat. Anke l-gass. Iżda l-gvern jirregola s-suq u jekk irid jissussidjah. Din mhux għażla. Għandna deroga li se tiskadi fl- 2027 biċ-ċans li tiġi mġedda għal tmien snin oħra għall-aċċess għal operaturi fuq in-network. Aċċess għal ġeneraturi li jipprovdu en- erġija nadifa. Għandna regola- tur diġà imma ma jiddefendix lill-konsumatur pereżempju jekk jinqata' d-dawl, il-gvern jagħti kumpens‚ buona grazia tiegħu, minflok jintervjeni r-regolatur. Jekk mhux se nippreparaw din se tiġi fuqna u ma nkunux ipprepa- rati. MD: Aħna ma naqblux li mmorru għal-liberalizzazzjoni fl-2027. 43% tal-kont fil-Belġju huma distribution costs. Bil-lib- eralizzazzjoni tiżdied din l-ispiża għall-konsumaturi. Il-kwistjoni tal-kriżi tal- gwerra fl-opinjoni tiegħek tagħmel il-klima aktar idonea biex tissejjaħ elezzjoni jew le? MAS: Ma narax kif dan il-kun- flitt internazzjonali għandu jaċċellara elezzjoni ġenerali. Din mhix kriżi li qed tolqot il-kli- ma politika ta' pajjiżna. Fejn jidħol il-kunflitti, il-gvern u l-Oppożizzjoni hemm pjuttost konverġenza u qed iħarsu l-in- teress nazzjonali. Jekk tissejjaħ elezzjoni ġenerali ikun biss għax hekk ikun jaqbel għal Robert Ab- ela u l-Partit Laburista u mhux minħabba l-kriżi internazzjonali. Interconnector jissemma l-ħin kollu iżda għandu żvantaġġ li l-prezz tal- interconnector minn barra jkun għali ħafna meta jkun hemm kriżi. Int konxja ta' din il-problema? MD: Għalhekk għandna d-di- versifikazzjoni tas-sorsi. Aħna nħaddmu s-sistema tal-orħos costs. Aħna naraw il-prezzijiet differenti minn sorsi differenti kif ikunu u nħalltu minn sorsi differenti biex inżommu l-prez- zijiet baxxi. Daqqa l-LNG ikun orħos u ġieli l-interconnector ikun orħos. fuels mil-Lvant Nofsani, għalhekk il-kunflitt il-prezzijiet tal-enerġija u l-fuels tagħna" Saviour Balzan ma'Miriam Dalli u Mark Anthony Sammut

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 15 March 2026