MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 22 March 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544022

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 15

10 aħbarijiet IL-ĦADD 22 TA' MARZU 2026 • illum opinjoni F 'soċjetà moderna, siste- ma tas-saħħa b'saħħitha mhijiex biss servizz pubbliku essenzjali, iżda wkoll riflessjoni diretta tal-valuri u l-prijoritajiet ta' pajjiż. F'Malta, is-saħħa tal-poplu tibqa' fil-qalba tal-politika soċjali u tal-viżjoni nazzjonali għall-futur. Dan jidher ukoll fid-direzzjoni strateġika li l-Gvern Laburista qed jieħu permezz tal-Viżjoni Maltija 2050, li tqiegħed sistema tas-saħħa moderna, sostenibbli u innovattiva bħala wieħed mill-pilastri ewlenin tal-iżvilupp nazzjonali. Matul dawn l-aħħar snin, il-Gvern Malti kompla juri impenn ċar biex jinvesti b'mod konkret f 'sistema tas-saħħa aktar moderna, aktar effiċjenti u aktar aċċessibbli għal kulħadd, b'investiment kontinwament jikber sabiex jassigura li s-saħħa tibqa' prijorità filwaqt li jiġu assigurati, kemm il-kwantità kif ukoll il-kwalità fis-servizz tal- kirurġija. Żieda sostanzjali fl- operazzjonijiet fl-aħħar xhur M'hemmx dubju li l-ħtieġa tal- ammont ta' operazzjonijiet li qed isiru f 'pajjiżna qed ikompli jiżdied u l-kapaċità kirurġika f 'pajjiżna trid tkompli tagħmel tajjeb, mhux biss għall-kwantità iżda li jkunu addattati b'mod kwalitattiv bit- teknoliġi l-ġodda li qed jinħolqu. Is-sena 2024 rat rekord ġdid ta' 62,635 operazzjoni mwettqa fl-Isptar Mater Dei — żieda ta' 6% meta mqabbel mas-sena ta' qabel. Dan juri l-impenn tal- Gvern u l-impenn talprofessjonisti tas-saħħa. Aktar minn hekk, fl-2025 il-Gvern Malti nieda ehim estensiv ma' tliet sptarijiet privati biex jiġu esternalizzati ċerti emerġenzi u operazzjonijiet. Dan sar bħala strateġija sabiex jitnaqqsu l-ħinijiet ta' stennija u biex Mater Dei jiffoka aktar fuq każijiet serji. Teknoloġiji ġodda fis-saħħa Is-settur tas-saħħa Malti qed jesperjenza żvilupp rapidu fl-użu tar-robotika, kemm fil-kirurġija, kif ukoll fil-kura fit-tul u fit- teknoloġiji mediċi avvanzati. Din il-bidla qed issir permezz ta' investimenti privati, proġetti governattivi u kollaborazzjonijiet ma' istituzzjonijiet akkademiċi. Mater Dei kien wieħed mill-ewwel sptarijiet pubbliċi li introduċa kirurġija robotika, b'attenzjoni inizjali fuq operazzjonijiet relatati mal-kanċer, u interventi fuq il- bużżieqa u l-kolonn. Dan kollu u interventi oħra għandhom iwasslu għal riżultati aħjar għall-pazjenti. Aktar kapaċità kirurġika fl- isptarijiet ewlenin Il-kura tas-saħħa f 'pajjiżna tinsab għaddejja minn waħda mill-akbar trasformazzjonijiet infrastrutturali u operattivi tal- aħħar snin, bit-tkabbir tal-kapaċità kirurġika u tas-servizzi madwar il-pajjiż kollu. Il-proġetti ewlenin jinkludu l-espansjoni f 'Mater Dei, l-iżvilupp kontinwu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, kif ukoll il- proċess ta' rilokazzjoni ta' servizzi lejn l-Isptar San Luqa u ċ-Ċentru l-ġdid ta' Raħal Ġdid. Il-gvern nieda pjan strateġiku li jinkludi Espansjoni tad-Dipartiment tal-Emerġenza, li għandu jirdoppja minn 35 għal 70 cubicle, investiment li jaqbeż is-€17-il miljun; tkabbir tal-ITU (Intensive erapy Unit) b'żieda ta' 40% fis- sodod, flimkien ma' konverżjoni ta' kmamar u spazji oħra fi swali speċjalizzati; rilokazzjoni ta' servizzi bħall-Outpatients u Day Surgery lejn iċ-Ċensu Moran Centre u l-Campus ta' St Luke's sabiex jinħelsu sa 600 sodda ġdida għall-pazjenti f 'Mater Dei. Waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Viżjoni 2050 hija propja l-espansjoni tal-kapaċità kirurġika nazzjonali. Dan jista' biss isir jekk pajjiżna jibqa' ekonomikament b'saħħtu u jsir investiment fl- ammonti ta' teatri li joperaw, investiment fir-riċerka tar- robotika u l-Intelliġenza Artifiċali fl-operazzjonijiet u titjib fl-operat ta' diversi faċilitajiet mediċi ewlenin, fosthom l-Isptar Mater Dei, l-Isptar ta' Għawdex u l-Isptar ta' San Luqa. Ma jonqosx ukoll li jsir investiment fir-riżorsi umani li jikkumplimentaw dan kollu sabiex l-ammonti tal-operazzjonijiet kirurġiċi Maltin u Għawdxin jibqgħu jiżdiedu fil-kwantità iżda jżommu u possibbilment ikomplu jkabbru l-livell ta' kwalità li jipprovdu. Dawn il-passi se jwasslu biex tiżdied il-kapaċità ta' operazzjonijiet li jsiru kuljum, b'riżultat li jitnaqqsu l-listi ta' stennija u jiżdied l-aċċess għall- kura speċjalizzata. L-investiment f 'faċilitajiet moderni u teknoloġija medika avvanzata juri b'mod ċar li l-Gvern qed jippjana, mhux biss għall-preżent, iżda wkoll għas- snin li ġejjin. Is-Saħħa fil-qalba tal-Viżjoni 2050 Il-bidliet u l-investimenti li qed naraw illum fis-settur tas-saħħa ma ġewx b'kumbinazzjoni. Dawn huma parti minn pjan usa' u ambizzjuż li l-Gvern Laburista qed iwettaq sabiex Malta tibqa' timxi 'l quddiem b'kunfidenza u b'viżjoni ċara. Fil-fatt, permezz tal-Viżjoni 2050, il-Gvern qed jippjana minn issa għal pajjiż aktar modern, aktar innovattiv u aktar reżiljenti. Il-Gvern Laburista qed juri b'azzjonijiet konkreti li jemmen f 'sistema tas-saħħa li tħaddan l-innovazzjoni, li tinvesti fit-teknoloġija u li tqiegħed lill-pazjent fiċ-ċentru ta' kull deċiżjoni. Minn investiment fis- Saħħa Diġitali u fl-Intelliġenza Artifiċjali, għandha twassal sabiex jitjieb il-livell ta' interventi kirurġiċi li jeħtieġu ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Din hija l-essenza tal-Viżjoni 2050: pajjiż li jħares 'il quddiem, li jinvesti fin-nies tiegħu u li jkompli jibni fuq il-progress miksub sabiex kull ċittadin ikollu l-opportunità jgħix ħajja aktar b'saħħitha, aktar sigura u b'aktar kwalità. Il-Viżjoni 2050 qed toffri pjan ambizzjuż fis-settur tas-saħħa li jmur lil hemm minn perjodu qasir ta' ħames snin biss. Pjan li jkompli jikkumplimenta x-xogħol li sar fix-xhur u s-snin li għaddew, viżjoni li se tkompli tassigura li l-interventi jkomplu jsiru b'xejn, fil- ħin u b'livell ta' kwalità sabiex kull pazjent Malti u Għawdxi jingħata s-servizz mediku li jixraqlu. Viżjoni 2050 għall-kwantità u l-kwalità fil-kapaċità kirurġika ta' pajjiżna Il-bidliet u l-investimenti li qed naraw illum fis-settur tas-saħħa ma ġewx b'kumbinazzjoni Kandidat tal-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali JESMOND BONELLO

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 22 March 2026