Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544246
JAELLE BORG Il-grawnd tal-polo fil-Marsa jinsab fi stat tant ħażin li ma jistax jintuża — sitwazzjoni li qed tkompli tqajjem tħassib ser- ju fost dawk involuti fl-isport. Il-qaħda tal-ground tant hi ħażina li fl-aħħar ta' Frar li għadda, il-Malta Polo Club ressaq protest ġudizzjarju dwar id- dewmien inkwetanti fil-proġett tal-Marsa. Il-gazzetta Illum infurmata li l-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali, Fleur Abela, żaret is-sit biex tevalwa s-sitwazzjoni personalment u se tkun qed twettaq inkjesta uffiċjali fuq il-qagħda tal-grawnd tal-polo u l-korsa taż-żwiemel fl-aħħar ta dan ix-xahar. Fil-protest, il-klabb - imwaqqaf fl-1868 u wieħed mill-eqdem fid- dinja - wissa li d-dewmien kien qed jhedded l-istess eżistenza tiegħu. Il-klabb allega li minkejja skadenza ta' Ottubru 2025, it li xejn kien sar xogħol fuq il- polo pitch, u saħansitra l-uniku grawnd li seta' jintuża kien spiċċa jintuża bħala miżbla. Illum, skont informazzjoni li għandna, is-sitwazzjoni it li xejn inbidlet. Kelliem għall-klabb qal lil din il-gazzetta li talbu garanziji ċari dwar diversi aspetti fundamentali tal-proġett, inkluż li l-pitch il-ġdid jinbena skont standards internazzjonali kif irrakkomandat minn esperti barranin, sistema adegwata ta' irrigazzjoni u provista tal-ilma, kif ukoll pjan konkret għad-dawl u l-faċilitajiet infrastrutturali. IKOMPLI F'PAĠNA 3 www.illum.com.mt NRU 1006 €1.50 IL-ĦADD 5 T'APRIL 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 2 PAĠNA 7 Intervista ma' Joe Cuschieri, Kap Eżekuttiv ta' Project Green Il-provista tal-gass naturali likwifikat (LNG) lejn Mal- ta, fit-terminal f 'Delimara, għadha stabbli u mingħajr indikazzjonijiet ta' riskji immedjati minkejja l-iżvi- luppi ġeopolitiċi li qed jolqtu diversi reġjuni fid-dinja. Dan jirriżulta minn infor- mazzjoni pprovduta lil din il-gazzetta mill-Enemalta, li spjegat kif ir-riforniment tal- LNG isir tipikament bejn sitt u seba' darbiet fis-sena permezz ta' operazzjonijiet ta' ship- to-ship transfer, skont id-do- manda lokali għall-enerġija u l-ħtiġijiet operattivi. Il-provista tal-LNG f 'Delimara stabbli minkejja tensjonijiet ġeopolitiċi PROTEST ĠUDIZZJARJU MILL-MALTA POLO CLUB KONTRA D-DEWMIEN SERJU FIL- PROĠETT TAL-MARSA • IL-KORSA TAŻ-ŻWIEMEL FI STAT DIŻASTRUŻ • JIŻDIED IT- TĦASSIB DWAR RISKJI GĦAS-SIGURTÀ U L-KUNDIZZJONI ĠENERALI TAL-FAĊILITAJIET IL-MALTA POLO CLUB MINGĦAJR GRAWND DAWMIEN FIL-PROĠETT TAL-MARSA
