MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 5 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544246

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 5 T'APRIL 2026 • illum analiżi Spiss is-suġġett tal-migrazzjoni u l-immigranti jispiċċa minfuħ fuq li minfuħ fl-aħbarijiet, fuq il-midja soċjali u f 'fora politiċi. Hemm min ipinġi lill-immi- granti bħala xi theddida għall- pajjiż jew għall-Unjoni Ewropea (UE) kollha. Hemm min iħallat kollox u ma jagħmilx differenza bejn it-tipi differenti ta' immigrazzjoni. Hemm min jaħseb, jew inkella apposta biex iqajjem paniku, li kull immigrant huwa 'illegali', jew daħal fil-pajjiż b'mod irregolari. Hawn min filwaqt li jitkellem fuq l-importanza tad-dinjità tal-per- suna donnu jinsa li anke l-immi- granti huma persuni li jistħoqqil- hom jiġu trattati b'dinjità. U la qegħdin fil-perjodu tal- Għid ma nistgħux ma ninnutawx li fost dawk il-politiċi li jiġru jtellgħu ritratti tagħhom jippużaw waqt xi wirja sagra, ma' xi statwa jew fil-filliera ta' quddiem waqt xi funzjoni reliġjuża, min-naħa l-oħra ma jiddejqu xejn mal-ew- wel ċans li jkollhom donnhom iwaħħlu fl-immigranti għal kol- lox mis-sema 'l isfel. Huwa faċli li twaħħal fi grupp partikolari, li jitqies barrani u differenti mill-votanti tiegħek. Saħansitra fuq programm fuq it-televixin Malti iddarras għax fil-purċiss- jonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira rat 'il-barranin'. X'aktarx ta' ġilda skura biex għarfithom. Sinjal ta' integrazz- joni kulturali jiddawwar kontra min iħossu komdu jintegra. Hemm min jitfantas jara 'l-barra- nin', l-istess x'aktarx ta' ġilda sku- ra, fl-iskejjel, imma ma jsemmix il-fatt li dawn it-tfal huma inte- grati fis-soċjetà Maltija bl-għeruq u x-xniexel. It-taħlit dejjem kien, u fl-aħħar mill-aħħar huwa tajjeb. Mingħajr taħlit, soċjetà u pajjiż imut, jimmoffa u jitmermer. Il-ġimgħa li għaddiet, is- suġġett tal-migrazzjoni kien fl-aħbarijiet għax il-Parlament Ewropew approva regolament dwar ir-ritorn ta' immigranti li m'għandhomx dritt jibqgħu fl-UE. Ir-regolament huwa dwar ċertu grupp ta' immigranti, fil-fatt grupp żgħir ħafna ta' immigranti meta kkumparat mal-immigranti regolari. Għalhekk il-bżonn tar-rego- lament ġie kkritikat mill-gruppi parlamentari progressivi għax qisuh bħala ddisinjat apposta biex ikompli jqajjem paniku dwar l-immigranti u jxerred viżjoni ta' UE fortizza li tfarfar l-isfidi fuq ħaddieħor b'mod pjuttost kolonjali. Il-vot għadda bil-voti tal-gruppi taċ-ċentru lemin u tal- lemin estrem, jiġifieri tal-Partit Popolari Ewropew (PPE), xi ċentristi mill-grupp parlamen- tari Renew flimkien mal-lemin estrem. Il-membri parlamentari Ew- ropej Maltin tal-Labour u l-PN fuq dal-vot ingħaqdu flimkien u vvutaw favur. Il-pass li jmiss huwa li dar-regolament jiġi diskuss mill-gvernijiet, fil-Kun- sill tal-Unjoni Ewropea, li huwa ffurmat mill-ministri responsab- bli mis-suġġett li jkun qed jiġi diskuss. Għaqdiet internazzjonali sost- new li r-regolament ifarfar ir-re- sponsabbiltajiet tal-pajjiżi tal-UE fuq pajjiżi ifqar billi jħallsuhom biex jagħmlu xogħolhom, b'diver- si riskji. Il-kritika tal-Amnesty International u oħrajn Skont Amnesty u għaqdi- et oħra, flimkien ma' bidliet proposti għar-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil, dan ir-regolament dwar ir-ritorn jagħmilha possibbli li persuna tiġi deportata kontra r-rieda tagħha lejn pajjiż mhux tal-UE. Lejn pajjiż li miegħu m'għandha l-ebda rabta jew li qatt ma żaret. Dawn il-miżuri japplikaw ukoll għall-familji u t-tfal. Kritika qawwija ta' Amnesty hija dwar il-ħolqien tal-hekk imsejħa "ċentri ta' ritorn", simili għal ħabsijiet barra mit-ter- ritorju tal-UE. Dawn x'aktarx iwasslu għal detenzjoni arbi- trarja u ċaħda ta' aċċess għal garanziji legali. Barra mill-pos- sibbiltà ta' ksur serju tad-dritti- jiet tal-bniedem f 'dawn il-pajjiżi terzi. L-istejjer dwar il-moħqrija u vjolenza f 'ċentri fil-Lib- ja, it-Tuneżija u pajjiżi oħra, huma tal-waħx. Xi rapporti jiddokumentaw immigranti li litteralment imħollija fid-deżert mingħajr ilma jew l-ebda tip ta' għajnuna. Biex ma nsemmux ukoll l-istat ħażin taċ-ċentri f 'ċerti pajjiżi, iġene baxxa u ffullar li jġib il- mard u d-disperazzjoni. Ir-rego- lament jobbliga lill-istati membri tal-UE jqisu li meta jintemm per- jodu ta' residenza legali għandha toħroġ ordni ta' deportazzjoni mingħajr ma jikkunsidraw alternattivi oħra bħal pereżemp- ju permessi ta' residenza għal raġunijiet umanitarji jew famil- jari. Saħansitra r-regolament jippermetti li jinħarġu ordnijiet ta' deportazzjoni mingħajr pajjiż speċifiku ta' ritorn. Il-proposta ddgħajjef ukoll il-protezzjoni għal persuni li ma jistgħux jiġu deportati, pereżempju persuni mingħajr stat. Dan għandu effett devastanti fuq tfal li l-uniku pajjiż li għexu fih huwa pajjiż tal-UE, l-unika skejjel li attendew, li tgħallmu u integraw ma' sħabhom huwa fil-kultura u s-soċjetà ta' pajjiż tal-UE. Tippermetti wkoll id-de- tenzjoni tat-tfal, minkejja li dan imur kontra d-drittijiet tat-tfal. In-numri – min jiġi u minn fejn? Il-politiċi li mbuttaw dan ir-regolament jinsistu li l-UE qed taffaċċja kriżi ta' migrazzjo- ni irregolari. Imma huwa veru li l-fruntieri tal-UE jinsabu f 'kol- lass minħabba żieda fil-migrazz- joni irregolari? Il-bini tal-ħitan mal-fruntieri jgħin biex iwaqqaf jew inaqqas il-migrazzjoni irregolari? Kemm mir-refuġjati u dawk li jfittxu l-ażil fid-dinja qed jimmiraw lejn l-UE? Skont informazzjoni, statis- tika u rapporti tal-UE stess il-maġġoranza tal-migranti jidħlu fl-UE legalment. Ħafna mill-migranti irregolari ma jaqsmux il-fruntieri esterni tal-UE b'mod irregolari. Isiru ir- regolari għax idumu aktar minn dak li tippermettilhom il-visa jew permess. Huwa fatt li hemm bil-bos- ta aktar migranti legali minn dawk irregolari fl-UE. Dawn jiddeċiedu li jilqgħu opportuni- tajiet ta' xogħol li joffru l-pajjiżi Ewropej stess. Minn analiżi tal-istatistika minn Matthew Vella fil-Maltatoday online fil-5 ta' Ġunju 2023, minn mistoqsi- ja parlamentari ħareġ li 25% tal-ħaddiema kollha barranin (inkluż mill-UE) bejn l-2013 u l-2023, jiġifieri 48,000 ħaddiem kien hawn temporanjament tant li għamlu biss tnax-il xahar jaħdmu Malta. Bħala medja, il-ħaddiema Il-migrazzjoni fl-Unjoni Ewropea jew politika popolista a skapitu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 5 April 2026