MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544377

Contents of this Issue

Navigation

Page 5 of 15

intervista IL-ĦADD 12 T'APRIL 2026 • illum 06 Fuq Xtra, Saviour Balzan jintervista lill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u l-kelliem tal- Oppożizzjoni Chris Said 'Fejn tidħol il-konnettività, dal-gvern għamel Saviour Balzan ma' Clint Camilleri u Chris Said Kull darba li nitkellmu dwar Għawdex nisimgħu fuq l-aktar kwistjoni li tolqot 'l-Għawdxin: il-konnettività. X'għamel dal- gvern biex jiġġustifika li għamel mill-aħjar għall-konnettività ta' pajjiżna? Clint Camilleri: Tul dawn l-aħħar snin rajna lill-Għaw- dex jittrasforma, minn gżira li baqgħet lura, minn gżira fejn il-qagħad kien għoli, għal gżira li llum għandha tkabbir ekono- miku akbar minn dik ta' Malta. Il-qagħad niżel b'mod drastiku minn 760 għal taħt id-90 ruħ. Ix-xogħol sploda. Rajna żieda ta' 7,000 impjieg f 'Għawdex, minn taħt l-10,000 għal 17,000. Fejn tidħol il-konnettiv- ità, dal-gvern għamel passi ta' ġgant. Bdejna fejn l-unika konnessjoni bejn il-gżejjer kienet permezz ta' tliet vapuri tal-Gozo Channel bi 15,000 vjaġġ fis-sena. Illum żidna l-vjaġġi għal 'il fuq minn 35,000 vjaġġ fis-sena. Introduċejna s-sistema l-ġdida tal-fast ferry. Illum il-ġurnata hija sistema li ħadd ma joħlom jgħix mingħa- jrha. Inħarsu 'l quddiem għal vjaġġi bejn Għawdex, Buġibba u Tas-Sliema. Daqt se naraw il-mitjar, faċilità li se toħloq ukoll l-investiment f 'Għawdex. Dan is-suċċess fil-konnettiv- ità biddel il-mod kif jgħixu l-Għawdxin. Qabel kellek dawk kollha li jaħdmu u jistudjaw Malta prattikament kollha jgħixu mit-Tnejn sal-Ġimgħa Malta, issa bil-fast ferry ħafna baqgħu jgħixu Għawdex għax jivvjaġġaw kuljum lejn il-gżira bil-fast ferry minflok jgħixu Malta. Int semmejt l-impjiegi. Il-kri- tika f 'pajjiżna hi li ħafna nies qed jaħdmu mal-gvern f 'Għaw- dex. Fl-2012 50% kienu mal-pri- vat. Illum telgħet għal 60% jaħdmu mal-privat. Jekk tara l-ekonomija li qed toħloq l-im- pjiegi, għandek xogħol pro- fessjonali u diġitali, high-end jobs, €400 miljun fl-ekonomija. It-trasformazzjoni saret għaliex il-gvern investa bis-sħiħ, Għaw- dex huwa ħaj tul is-sena kollha. Fit-turiżmu ż-żidiet il-qawwija huma fix-shoulder months. Hemm affarijiet li huma differenti minn Malta. Dwar il-konnettività. X'tistenna? Chris Said: Dwar il-konet- tività, fuqha jiddependi kollox. Tliet vapuri għamilhom il- gvern Nazzjonalista. 80 miljun lira Maltin, l-akbar investiment. Dal-gvern ir-raba' vapur għab- biena bin-Nikolaus. Il-Fast ferry inneħħilu l-kappell lill-minis- tru. Imma ilna 14-il sena ġejjin bil-mitjar. Mhix xi ħaġa ġdida tal-mit- jar. Illum kulħadd jaqbel li ħelikopter mhux vijiabbli imma ajruplan fixed-wing vijabbli. Dwar il-vapuri għandna bżonn ħames vapuri u vapur tal-merkanzija li jaħdem lejn il-Freeport. Kien hemm vapur tal-merkanzija minn Sa Maison — imma minn mindu waqaf għaddew għaxar snin u qatt ma reġa' beda. Trakkijiet kollha jridu jitilgħu saċ-Ċirkewwa miċ-ċentru ta' Malta. Hemm ukoll il-Port tal-Im- ġarr li sar minn Gvern Nazzjon- alista. Kienu jgħidu li kbir wisq imma issa sar żgħir. Il-gvern ilu 14-il sena fil-gvern u għadhom se jibdew l-istudji dwar kif se jespandu l-port. Dwar is-suq tax-xogħol? Chris Said: Fuq is-suq tax-xogħol, iva żdiedu. Is-sitt mitt impjegat fil-community work scheme, kważi elf impjegat security fid-dipartimenti, u eluf oħra, jidhru li qed jaħdmu mal-privat imma fil-fatt im- ħallsin mill-gvern. Sabu metodu kif jaħbu n-numru li fil-fatt jaħdmu xorta għall-gvern. Jaħdmu ma' kuntratturi imma b'kuntratt mal-gvern. Il-PN jiggarantixxi li jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol f 'Għawdex. Int għandek sitwa- zzjoni fejn paga medja f 'Għaw- dex hija anqas minn dik f 'Mal- ta. Għaliex f 'Malta mill-gvern jitilqu għal mal-privat, imma f 'Għawdex jitilqu mill-privat biex imorru mal-gvern? Il-pagi baxxi. Rigward il-kreazzjoni tax-xog- ħol f'Għawdex? Clint Camilleri: Fi żmien gvern Nazzjonalista kellek rekord ta' qagħad f 'Għaw- dex. Rekord ta' nies imorru jirreġistraw l-ETC. Illum m'għadekx issib impjegati. Min iħaddem iġib ħaddiema bar- ranin. Il-gvern intervjena biex il-ħaddiema jkunu fis-setturi li hemm bżonnhom. Ras għal ras fi żmien gvern Nazzjonalista, il-paga medja kienet €10,000, illum €24,000. Irrid immur lura fuq il-konnettività — bil-ġener- azzjoni tax-xogħol, b'ekonomija li qiegħda tikber b'rata akbar minn dik ta' Malta, u bid-diver- si inizjattivi kulturali li bihom qed nattiraw eluf ta' Maltin u turisti. F'sena 7.4 miljun persu- na qasmet lejn Għawdex. Nedejna pjan biex il-gvern jixtri żewġ vapuri ġodda, studjati apposta għal Għawdex. Se nkunu qed nagħmlu retro- fitting tal-vapuri l-oħra. Vapur tal-merkanzija minn Ras Ħanżir fil-Freeport għal Għawdex. Fuq il-mitjar x'qed tipprovaw tattiraw? U l-konnessjoni permanenti? Clint Camilleri: Dwar il-mit- jar, approvat mill-PA. Se ntawlu r-runway minn 180 metru għal 450 metru. Se jkun jista' jieħu ajruplani ta' 11 jew 12-il passiġġier. Se jkun ifisser triq oħra, aktar konnettività għal Għawdex. Hemm il-possibbiltà li jintuża għal destinazzjonijiet oħrajn. Hemm interess qawwi minn skejjel tal-avjazzjoni li qed isibu diffikultà joperaw fl-ajruport ta' Malta minħabba t-traffiku f 'dan l-ajruport. Il-permanent link jien nibqa' naqbel magħha, imma ma qgħadniex nistennew għal proġett fit-tul. Iffokajna fuq affarijiet oħra. Chris Said: Il-permanent link fuq l-ixkaffa. Fuq Għawdex, hemm element ta' konverġenza? Chris Said: Jien konvint li kemm il-Ministru Camilleri u kull ministru qablu għandhom għal qalbhom lil Għawdex. Jien li jdejjaqni li qisha telgħet ix- xemx erbatax-il sena ilu. Fejn tidħol il-konnettività din hija kollox minħabba l-insularità

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 April 2026