Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544377
illum • IL-ĦADD 12 T'APRIL 2026 07 intervista "Kulħadd jaqbel li Għawdex hija gżira reġjun. Għandna npoġġu l-kunċett ta' gżira reġjun fil- kostituzzjoni. Għax Għawdex għandu insularità doppja. Għandu jkollu l-gvern reġjonali tiegħu." għamel passi ta' ġgant' - Clint Camilleri doppja. Imma mmorru oltre. Kulħadd jaqbel li Għawdex hija gżira reġjun. Għandna npoġġu l-kunċett ta' gżira reġjun fil-kostituzzjoni. Għax Għaw- dex għandu insularità doppja. Għandu jkollu l-gvern reġjon- ali tiegħu. Wara l-Ministeru għal Għawdex, irridu Kunsill Reġjonali elett mill-Għawdx- in b'poteri eżekuttivi. Hemm il-kwistjoni ta' fondi wkoll. Clint Camilleri: Ma sarx Għawdex reġjun waqt l-acces- sion ta' Malta fl-Unjoni Ewro- pea fi żmien gvern Nazzjonal- ista. Fuq aspetti differenti, tkab- bir soċjali u kulturali, hemm l-edukazzjoni u s-saħħa. X'għamel il-gvern biex stu- denti Għawdxin ikollhom l-ist- ess edukazzjoni bħall-Maltin? Dwar is-saħħa Għawdex kien iċ-ċentru ta' kontroversja dwar is-settur. Clint Camilleri: Gvern investa bis-saħħa fl-edukazzjoni. Ħafna skejjel jew inbnew mill-ġdid jew sar refurbishment. Ta' Kerċem, in-Nadur, ir-Rabat. Lil hinn mill-ġebla. Fejn tidħol l-edu- kazzjoni terzjarja qed ninċen- tivawha bis-sħiħ. Hemm ċerti sfidi għall-istudenti Għawdxin u għalhekk tajna €280 fix-xa- har biex l-istudenti Għawdxin ngħinuhom ikopru l-ispejjeż fl-ivvjaġġar, fil-kera u f 'affarijiet oħra. Il-fast ferry kien indispen- sabbli għall-istudenti tagħna. Sar investiment enormi fil-padiljun akwatiku sportiv. Sar investiment qawwi fis- saħħa. Ftaħna tliet health cen- tres. Sar investiment fl-isptar ġenerali. Qabel l-Għawdxin kellhom jinżlu Malta għall-MRI, issa anke Maltin jiġu għall-MRI f 'Għawdex. Kif tħares lejn dak li ġara fil-qasam tas-saħħa u l-edu- kazzjoni f'dawn l-aħħar 14-il sena? Chris Said: Fis-saħħa, il- gvern wiegħed u ma wettaqx. Daħaq bil-poplu Għawdxi, biegħ is-saħħa tal-Għawdxin. L-Isptar Ġenerali ta' Għawdex suppost s'issa lest b'400 sodda. Mur illum, l-istess sptar li bena gvern Nazzjonalista fis-sittini- jiet għandek illum. Taw il-flus lill-barranin u ħarbu bil-flus. Il-wegħda ta' sptar ġdid qed inessuhielna. Kimoterapija f 'Għawdex għadu ma bediex wara tlettax-il sena. Il-kartel- luni għadhom hemm imma għadha ma saritx. Allaħares ma kienx hemm xi titjib, allaħares ma żdidux is-servizzi. Tajjeb li hemm tliet kliniċi f 'Għawdex, tajjeb, imma oħrajn ingħalqu. Tan-Nadur ingħalqet. Dwar l-edukazzjoni, il-ħolma tal-edukazzjoni f 'Għawdex, il-ħolma ta' Anton Tabone li meta kien ministru insista li jiftaħ iċ-ċentru tal-Università f 'Għawdex. Iċ-ċentru tal-Uni- versità f 'Għawdex kellu jsir es- tensjoni tiegħu. Ilu shell għaxar snin issa. Aħna rridu li korsijiet ġodda, ċerti korsijiet isiru minn Għawdex. Hemm ħafna uni- versitajiet b'aktar minn kampus wieħed. Dwar Vitals u Steward, u klin- iċi li ngħalqu. Clint Camilleri: L-akbar investiment kien l-investiment ta' Barts li ġġenera xejn anqas minn €80 miljun. Aħna wkoll nixtiequ li l-Università ta' Malta tinvesti fil-kampus t'Għawdex. Imma hemm ukoll korsijiet li ma jilħqux ċerti numri u ma jistgħux jinbdew. Fl-aħħar mill-aħħar bil-konettività aħjar, bl-inċentivi, uliedna se jkomplu jimxu 'l quddiem. L-isptar ġdid gidba li xi ħadd seraq €400 miljun. Mhux vera li nsterqu skont l-arbitraġġ inter- nazzjonali. Anzi qal li l-gvern kien baqagħlu jagħti. Turiżmu: in-numri tajbin, irridu mmorru lil hinn mis-sa- jf u nifirxu mas-sena kollha. L-aħħar statistika turi li n-num- ri żdiedu fil-ħarifa, fix-xitwa u fir-rebbiegħa. Chris Said: Ilhom iwiegħdu sptar ġdid. Fejn hu dan l-isptar wara 14-il sena sħaħ? Sptar ġdid ma jeżistix. It-turiżmu u l-ambjent mar- butin ma' xulxin. Dal-bilanċ tlifnieh? Taqbel li gvern irid jagħmel ħafna aktar għall-ippjanar f'Għawdex? Li m'għamilx biżżejjed għall-ip- pjanar f'Għawdex? Clint Camilleri: Dwar it-turiżmu rridu nkomplu nifirxu fix-xitwa, il-ħarifa u r-rebbiegħa. Għandna l-pjan 'Għawdex gżira ta' villaġġi'. Dan il-gvern ma' żied l-ebda pulzier wieħed fiż-żona tal-iżvilupp. Rajna u rreaġixxejna għas-swieq għax ma rridux ninsew minn fejn tlaqna. Meta rajna li Għaw- dex ma kien hemm negozju ta' xejn, niżżilna r-rata tal-VAT, u rġajna introduċejnieha. Xprun- ajna fejn imur is-suq, bl-inizjat- tiva tal-first time buyers, grant ta' €40,000 f 'UCA. Qed ninves- tu b'hekk bis-sħiħ fejn jidħlu l-karatteristiċi Għawdxin. Chris Said: Ma sibniex il-bi- lanċ għax irridu nħarsu t-tiġieġa li ttina l-bajda tad-deheb. Illum il-popolazzjoni ta' Għawdex żdiedet minn ftit anqas minn 30,000 għal aktar minn 40,000. Żdied il-bini. Il-gvern qed jibgħat in-nies jgħixu Għaw- dex fid-djar tas-social housing. Mhux qed ngħid li ħażin, imma qed jibdel it-tessut soċjali. Iżid il-pressjoni tal-popolazzoni. Il-gvern ma kienx kapaċi joħloq parkeġġ wieħed ħlief fi skola li bena l-gvern Nazzjonalista. M'hawnx skwadra tad-droga f 'Għawdex. Ma jfissirx li ma kienx hemm droga qabel imma kellem lill-Għawdxin u jgħid- ulek li Għawdex qed jegħreq fid-droga. Jidher li hawn id-dagħdigħa tal-elezzjoni. X'inhuma l-pros- petti tal-PN f'Għawdex? Chris Said: Il-prospetti huma tajbin. Il-PN ġab lil Għawdex lura f 'elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Kollox qed jindi- ka li l-PN se jkun il-partit tal-maġġoranza f 'Għawdex. Dan ifisser problemi għall-PL għax għandek tliet ministri minn Għawdex, il-Ministru Camilleri, tal-Agrikoltura u tas- Saħħa. Jekk din it-trend tkompli għaddejja dan ifisser li xi ħadd minnhom jitlef postu. Hemm din it-trend għax il-kap tal-PN huwa Għawdxi u għalhekk qed ikollu effett pożittiv fuq l-eletto- rat Għawdxi. Il-prospetti tal-PL f'Għawdex? Int ġejt b'elenku ta' affarijiet li saru f'Għawdex. Se jkunu rikonoxxenti? Clint Camilleri: L-Għawdxin jixtarru, janalizzaw u fil-kwi- et ta' darhom jiddeċiedu. Jien nemmen li l-PL bix-xogħol, proġetti u riformi fil-gżira ta' Għawdex, kif ukoll bil-pro- gramm li rridu nħarsu 'l quddi- em, dak il-ġid li għamilna rridu nagħmlu verżjoni aqwa u aħjar tiegħu. Aħna l-PL dejjem saqajh mal-art. Se nkunu qegħdin naħdmu biex il-poplu jagħtina l-fiduċja.

