Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544377
02 aħbarijiet IL-ĦADD 12 T'APRIL 2026 • illum BirdLife Malta twissi dwar nuqqasijiet serji fl-infurzar Il-kaċċa illegali tiżdied waqt il-passa tar-rebbiegħa 'Ma naħsibx li jkun ġust li tispiċċa tankra ċatra simili f 'din iż-żona' - Sindku ta' Għajnsielem JAELLE BORG Każijiet ta' kaċċa illegali fuq speċi protetti żdiedu b'mod allarman- ti fl-aħħar ġimgħat hekk kif il-passa tar-rebbiegħa qabdet sew, b'BirdLife Malta twissi dwar nuqqasijiet serji fl-infurzar u nuqqas ta' azzjoni effettiva mill-awtoritajiet. BirdLife Malta esprimiet "tħassib serju" dwar is-sitwazzjoni, u qalet li diversi speċi protetti diġà sfaw fil- mira hekk kif waslu fuq il-gżejjer Maltin. L-organizzazzjoni enfasiz- zat li dawn l-inċidenti qed iseħħu fi sfond ta' riżorsi limitati fl-infurzar u nuqqas ta' kordinazzjoni qabel il-uħ tal-istaġun tal-kaċċa fir-reb- biegħa. Fost il-każijiet imsemmija hemm qatgħa ta' erba' Grawwiet li dehret f 'Delimara fit-2 ta' April, li min- nhom mill-inqas waħda nqatlet wara li nfetħu tiri fuqhom. F'każ ieħor, żewġ Ċikonji Suwed li niżlu bejn Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi sfaw ukoll fil-mira ta' sparar, b'waħda biss tidher tħalli Malta l-għada. "Numru ta' każijiet li nafu bihom" F'kuntatt ma' din il-gazzetta, BirdLife Malta tat aktar dettalji dwar inċidenti oħra li seħħew fl- aħħar ġimgħat. Fost dawn hemm Spanjulett li ntlaqat f 'għajnejh wara li sparaw fuqu u niżel f 'bitħa fl-Imqabba fl-20 ta' Marzu, kif ukoll Russett Griż li nqatagħlu l-munqar kollu f 'Delimara fis-27 ta' Marzu. Fil-bidu ta' April, ġie rrappurtat ukoll Bagħdan Aħmar imweġġa' f 'Wied is-Sewda, filwaqt li kien hemm rapporti ta' sparar fuq As- tuni Suwed fin-Nadur, Għawdex. Barra minn hekk, Spanjulett ieħor nġabar mill-pulizija mix-Xagħjra fl-4 ta' April. BirdLife Malta spjegat li dawn huma biss "il-każijiet li nafu bihom", u wissiet li x'aktarx hemm aktar inċidenti li ma jiġux irra- ppurtati. Żieda wkoll fl-insib illegali Minbarra l-kaċċa illegali, l-or- ganizzazzjoni rrappurtat ukoll żie- da fl-insib illegali, li huwa pprojbit kompletament. F'każ deskritt bħala xokkanti f 'Għawdex, raġel allegatament qabad u għaffeġ Spanjulett b'saqajh wara li dan niżel ħdejn għasafar użati għat-taħrik. Il-każ ġie espost mill-Committee Against Bird Slaughter (CABS). Matul Marzu biss, BirdLife Malta rrapportat 14-il mansab illegali, li erbgħa minnhom mistennija jispiċċaw il-Qorti. Minn dawn is-siti ġew ikkonfiskati 12-il xibka, 29 għasfur tal-għana u 12-il appa- rat ta' għajjat elettroniku. L-organizzazzjoni żiedet li f 'dawn il-jiem intensifikat il-preżenza tagħha fil-kampan- ja, fejn timijiet ta' voluntiera qed isibu kuljum użu illegali ta' għajjat elettroniku, inkluż għal speċi protetti. Tħassib dwar l-infurzar qabel l-istaġun tal-kaċċa BirdLife Malta kkritikat ukoll il-livell ta' preparazzjoni tal-awtoritajiet qabel il-ftuħ tal- istaġun tal-kaċċa fir-rebbiegħa, li se jibda fit-13 ta' April. Skont l-organizzazzjoni, l-Environmerntal Protection Unit (EPU) ilha topera b'riżorsi limitati, b'sitwazzjonijiet fejn skwadra waħda jew tnejn biss kellhom jirrispondu għal diver- si rapporti fl-istess ħin. Hija qalet ukoll li t-talbiet tagħha biex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet fil-Kumitat Ornis ġew injorati. BirdLife Malta wissiet li Malta diġà qed taffaċċja proċe- duri ta' ksur tal-liġi tal-Unjoni Ewropea relatati ma' infurzar inadegwat, u sostniet li s-sitwa- zzjoni attwali qed toħloq klima ta' impunità. Appell għal azzjoni immed- jata L-organizzazzjoni appellat għal azzjoni immedjata biex jissaħħaħ l-infurzar fuq il-post, speċjalment hekk kif il-passa tal-għasafar mistennija tkompli tiżdied fil-ġimgħat li ġejjin. Fl-istess ħin, esprimiet ap- poġġ għall-petizzjoni tal-Malta Rangers Unit biex l-EPU jibda jopera wkoll f 'Għawdex. BirdLife Malta qalet li se tkompli tissorvelja s-sitwazzjo- ni permezz tal-kamp annwali Spring Watch, bl-għajnuna ta' voluntiera, bil-għan li jiġu dokumentati każijiet ta' ille- galitajiet u li min jikser il-liġi jitressaq quddiem il-ġustizzja. Tliet Gawwiet itiru fl-inħawi taż-Żejtun wara li grawwa oħra inqatlet meta nfetħu tiri fuqhom IKOMPLI MINN PAĠNA 1 F'intervista ma' din il-gazzetta, is-Sind- ku ta' Għajnsielem Kevin Cauchi espri- ma tħassib ċar dwar il-preċedent li jista' jinħoloq: "Apparti l-ħsara ambjentali li se tkun qed toħloq Noma Island u li ġiet spjegata fid-dettall fl-istatement li ħareġ il-Kunsill, din se toħloq preċedent fejn operaturi kummerċjali minflok jidħlu fil-proċess aktar diffiċli u regolat sabiex jiħu kjosk jew stabbiliment kummerċjali f 'post sen- sittiv, se jinvestu f 'ċatra simili sabiex ikunu jistgħu joperaw b'mod aktar faċli f 'dawn il-postijiet." Is-Sindku rrefera wkoll għal każijiet speċifiċi bħal dak tax-Xatt l-Aħmar, fejn il-Kunsill Lokali storikament oġġezzjona għall-iżvilupp ta' strutturi kummerċjali: "Ma naħsibx li jkun ġust li tispiċċa tank- ra ċatra simili f 'din iż-żona." Il-Kunsill Lokali kkonferma li qed jieħu parir legali sabiex jara jekk hemmx passi li jista' jieħu kontra dan il-proġett. Madankollu, skont Cauchi, is-sitwazzjoni hija kkumplikata minħabba nuqqas ta' ċarezza dwar min għandu responsabbiltà diretta: "Mill-kuntatti li għamilna s'issa jidher li awtoritajiet differenti qed jgħidu li mhix responsabbiltà tagħhom jew m'hemmx bażi fuq xiex iwaqqfu lil Noma Island." S'issa, risposta uffiċjali waslet minn entità waħda biss, li ddikjarat li l-operazz- joni qed tiġi kkunsidrata "bħal kwalunkwe dgħajsa jew vapur kummerċjali". Din il-pożizzjoni qed tqajjem aktar tħas- sib dwar jekk strutturi bħal dawn jistgħux effettivament jaħarbu regolamenti tal-ip- pjanar u regolamenti ambjentali. Interessanti wkoll huwa l-fatt li l-Kunsill Lokali m'għandux informazzjoni dwar min huma s-sidien wara "Noma Island", fatt li jkompli jkabbar il-misteru u t-tħassib dwar it-trasparenza tal-proġett. Sejħa għal azzjoni mill-Gvern Fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni ambigwa, is-Sindku enfasizza l-ħtieġa ta' intervent ċentrali: "Finalment, jekk hemm sitwazzjoni ambigwa fuq kif għandhom jiġu infurzati dawn it-tip ta' operaturi, din għandha tiġi indirizzata mill-aktar fis mill-Gvern ċentrali." Il-każ ta' "Noma Island" jidher li qed jiaħ diskussjoni usa' dwar kif Malta tirregola attivitajiet kummerċjali f 'żoni sensittivi, speċjalment meta dawn jieħdu forma mhux konvenzjonali bħal strutturi li jżommu f 'wiċċ l-ilma. Filwaqt li l-iżvilupp ekonomiku jibqa' prijorità, il-bilanċ bejn dan u l-protezzjoni ambjentali u l-governanza trasparenti qed jiġi mistoqsi b'mod dejjem aktar qawwi. Il-Kunsill Lokali ta' Għajnsielem diġà esprima oġġezzjoni għall-permessi relatati mal- operat ta' "Noma Island" madwar il-kosta ta' Kemmuna, u sostna li dawn ma jaqblux mal- istatus protett tal-gżira.

