Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544377
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 12 T'APRIL 2026 'Kollox ikompli qisu mhu jiġri xejn' IKOMPLI MINN PAĠNA 1 Huma sostnew li s-sistema attwali qed tiffavorixxi mudell fejn il-fatt li tiġi applikata l-liġi jidher sekondarju meta mqabbel mal-in- teressi ekonomiċi. Bħala parti mill-inizjattiva tagħhom, l-għaqdiet ippreżentaw erba' proposti ewlenin li jqisu bħala bażi għal bidla sinifikanti fis-sistema tal-ippjanar. Waħda mill-proposti ċentrali titlob li x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni jiġu sospiżi waqt li jkun għaddej appell quddiem l-EPRT jew il-qrati, sabiex jiġi evitat li proġetti jitlestew qabel ma tingħata deċiżjoni legali finali. Skont l-attivisti, din hija problema frekwenti li twassal għal sitwazzjonijiet fejn, minkejja li permess jiġi revokat, il-ħsara tkun diġà saret. F'dan il-kuntest, il-President ta' Din l-Art Ħelwa, Patrick Calleja, fakkar li fl-1 ta' Mejju jagħlqu tliet snin minn meta l-Prim Ministru Robert Abela kien wiegħed riformi relatati mas-sospensjoni tax-xog- ħlijiet waqt appelli. "To this day, nothing has been done," huwa nnota, u enfasizza n-nuqqas ta' progress fuq din il-kwistjoni. Proposta oħra tiffoka fuq in- furzar aktar effettiv tal-liġi, inkluż it-tneħħija fiżika ta' żviluppi illegali. L-attivisti sostnew li la- darba żvilupp jiġi ddikjarat illegali b'deċiżjoni finali, għandu jkun hemm obbligu legali fuq l-Aw- torità tal-Ippjanar biex tneħħih jew biex tagħmel dan bi spejjeż tal-iżviluppatur. Huma żiedu li mingħajr infurzar konkret, id-deċiżjonijiet legali jispiċċaw bla effett prattiku. Din il-problema, skont l-għaqdi- et, hija aggravata minn prattika mifruxa ta' retrospective sanction- ing, fejn żviluppaturi japplikaw għal permessi wara li jkunu diġà bnew. Dan, skonthom, qed joħloq klima ta' impunità fejn il-liġi tista' tiġi injorata mingħajr konsegwenzi immedjati. Ingram Bondin, f 'isem ir-Ram- blers' Association, qal li "illum tista' tiddeċiedi li tibni fejn trid u tapplika għall-permess wara," fil- waqt li wissa li dan qed jippromovi abbużi serji. Andre Callus minn Movement Graffitti spjega kif anke meta applikazzjonijiet jiġu miċħu- da, l-iżviluppaturi jistgħu jressqu appell ieħor, bil-multi jibqgħu sospiżi. "Kollox ikompli qisu mhu jiġri xejn," qal, u li "lanqas multa ma tinħareġ." It-tielet proposta tikkonċerna projbizzjoni fuq is-sanzjonar ta' strutturi illegali f 'żoni 'l barra mill-iżvilupp (ODZ), partikolar- ment dawk mibnija wara l-2008 u li ma jistgħux jiġu approvati bħala emendi minuri. L-għaqdiet sost- new li dan il-pass huwa essenzjali biex jitwaqqaf l-użu ħażin tas-siste- ma u biex jiġi żgurat li l-ODZ tibqa' verament protetta. Fl-aħħar nett, l-attivisti qed jagħmlu appell qawwi sabiex żoni ta' valur agrikolu, naturali, soċjali u storiku li tneħħew mill-ODZ fl-2006, waqt l-hekk imsejjaħ rationalisation exercise, jerġgħu jiġu kklassifikati bħala ODZ, sakemm dawn għadhom ma ġewx legalment impenjati għall-iżvi- lupp. Skonthom, din il-miżura hija kruċjali biex tiġi rrestawrata parti mill-protezzjoni ambjentali li ntilfet snin ilu. Benjamin Mifsud Scicluna, f 'isem Flimkien għal Ambjent Aħjar, enfasizza l-impatt dirett fuq il-komunitajiet u l-ambjent. "Kull metru mitluf huwa inqas spazju għal uliedna biex jilagħbu u inqas arja nadifa biex nieħdu n-nifs," qal, ħajja li tistaqsi: "Kemm nistgħu nissaportu iktar?" L-għaqdiet temmew billi appel- law lill-Gvern biex jisma' l-vuċi tal-pubbliku u jiaħ proċess ta' konsultazzjoni wiesa' u inklużiv. Huma sostnew li riforma vera trid tkun ibbażata fuq trasparen- za, infurzar effettiv u rispett lejn l-ambjent u l-komunitajiet. Huma wissew li jekk ma jittiħdux passi konkreti fil-pront, il-pajjiż jista' jaffaċċja konsegwenzi irreparabbli kemm fuq livell amb- jentali kif ukoll soċjali. Skonthom, il-mument attwali huwa kruċjali biex tittieħed direzzjoni ġdida fis-settur tal-ippjanar, li tipproteġi l-interess ġenerali u tiżgura żvilupp sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-kampanja bdiet is-sena li għaddiet bħala reazzjoni għal miżuri leġiżlattivi meqjusa kontroversjali

