MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 12 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544377

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

08 aħbarijiet IL-ĦADD 12 T'APRIL 2026 • illum analiżi JAELLE BORG Il-qtil ta' Gaetano Romano jibqa' wieħed mill-aktar każijiet brutali u misterjużi li qatt seħħew f 'Malta. Żagħżugħ ta' 20 sena, b'ħajja quddiemu, spiċċa vittma ta' delitt li mhux biss ixxokkja lill-pubbliku, iżda wkoll baqa' mhux solvut sal-lum. Gaetano kien jaħdem fin- negozju tal-familja f 'Buġibba, kumpanija li toffri servizzi relatati maċ-ċeramika u l-interior design. Huwa kien jgħix qrib il-post tax-xogħol u kien meqjus bħala żagħżugħ magħruf u soċjevoli. Skoperta makabra Il-ġisem tiegħu nstab mill- missier, Nicola, ġewwa forn industrijali fil-garaxx tan- negozju. Is-sejba kienet waħda xokkanti: Gaetano kien diġà mejjet u kellu diversi msiemer imdaħħlin f 'rasu. Il-kundizzjoni tal-ġisem indikat li kien hemm vjolenza estrema u att deliberat ta' tortura. Mill-investigazzjonijiet inizjali rriżulta li x'aktarx inqatel qabel ma ddaħħal fil-forn, hekk kif ma nstabux sinjali li kien ħa n-nifs ġewwa fih. Minkejja li kien hemm indikazzjonijiet li l-forn seta' ntuża biex jinħaraq il-ġisem, ma kienx qed jaħdem kif suppost dak iż-żmien. Qabel id-delitt, il-familja Romano kienet diġà esperjenzat diversi episodji strambi u inkwetanti. Fost dawn kien hemm oġġetti misterjużi li dehru quddiem il-garaxx, kif ukoll serq u qtil tal-kelb tal-familja, li aktar tard instab f 'kundizzjoni gravi. Dawn l-avvenimenti wasslu lill- missier biex jemmen li setgħu kienu twissijiet jew messaġġi minn min kien qed jippjana xi ħaġa. Barra minn hekk, Gaetano kien kiteb ittra fejn esprima biża' għal ħajtu u saħansitra indika li kien jaf minn min kellu jibża'. Din l-ittra kienet skoperta wara mewtu u żiedet aktar misteru dwar il-każ. L-aħħar jiem Ftit qabel il-qtil, missieru kien siefer u kien ipprova jikkuntattjah diversi drabi mingħajr suċċess. Dan qajjem suspetti immedjati u wasslu biex jirritorna Malta kmieni. Meta ma sabux id-dar, mar fil-garaxx fejn eventwalment instab il- ġisem. Il-pulizija interrogat diversi persuni, inklużi individwi li kellhom kuntatt ma' Gaetano jew li allegatament kellhom tilwim miegħu. Madankollu, minkejja dawn l-isforzi, qatt ma nstabu provi konkreti biżżejjed biex titressaq xi akkuża. Fuq il-post instabu wkoll sustanzi illegali, iżda qatt ma ġie kkonfermat jekk dawn kellhomx rabta diretta mal-qtil. Każ li għadu miftuħ Illum, snin wara, il-qtil ta' Gaetano Romano għadu każ mhux solvut. Il-mistoqsijiet ewlenin jibqgħu bla tweġiba: min kien wara dan l-att brutali? X'kien il-motiv? U għaliex, minkejja indikazzjonijiet u suspetti, il-verità qatt ma ħarġet fil-beraħ? Dan il-każ jibqa' tfakkira kerha ta' delitt li ħalla marka fuq il-komunità u fuq familja li għadha tfittex ġustizzja. Il-qtil ta' Gaetano Romano OMIĊIDJI LI BAQGĦU JISSEMMEW Gaetano Romano EMAN FARRUGIA Il-Partit Momentum ippreżenta ħames proposti elettorali ġodda li fuqhom se jibbaża l-kampanja elettorali għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Fi stqarrija maħruġa mill-Partit Momen- tum, il-ħames proposti ġew deskritti bħala miżuri li għandhom iwasslu "għal Malta aktar ġusta, aktar ekoloġi- ka u aktar trasparenti" "Momentum illum qed jiżvela ħames proposti elettorali mmirati lejn it-tisħiħ tad-demokrazija, il-protezzjoni tal-amb- jent, u l-iżgurar tal-ġustizzja u l-ugwal- janza għal kulħadd," ingħad fl-istqarrija maħruġa mill-Partit Momentum nhar l-Erbgħa. Mark Camilleri Gambin, kandidat għall-elezzjoni ġenerali u s-Segretarju Ġenerali ta' Momentum, qal, "Dawn huma wħud mill-proposti li jirriflettu l-impenn ta' Momentum għal diver- si kwistjonijiet relatati mas-soċjetà tagħna, bħall-governanza tajba, ġusti- zzja, demokrazija aħjar u l-bżonnijiet tal-familja, li joffru soluzzjonijiet prattiċi għal xi wħud mill-aktar sfidi urġenti li qed taffaċċja Malta llum." Fost il-proposti, il-Partit Momentum qiegħed jipproponi li jnaqqax fil-Kos- tituzzjoni l-prinċipju ta' nondiskrimi- nazzjoni bbażat fuq l-età u d-diżabilità. Fl-istqarrija, ingħad li "dan jinkludi l-indirizzar ta' prattiki inġusti bħat-trat- tament mhux ugwali tal-pensjonijiet u l-irtirar furzat, u l-iżgurar li kulħadd, irrispettivament mill-età jew l-abbiltà, jiġi ttrattat b'dinjità u ugwaljanza." Il-Partit Momentum wiegħed illi jsaħħaħ il-kunsilli lokali billi jagħmil- hom iżjed awtonomi, billi qiegħed jip- proponi d-diversifikazzjoni tal-mezzi tad-dħul tal-kunsilli lokali sabiex titn- aqqas id-dipendenza żejda fuq il-gvern ċentrali. "Sorsi ġodda ta' finanzjament jin- kludu ħlasijiet ta' liċenzji tal-Airbnb, sehem mill-multi tat-traffiku għall-ma- nutenzjoni tat-toroq, u allokazzjonijiet ibbażati fuq l-impatt tat-turiżmu, il-fluss tat-traffiku, u kunsiderazzjonijiet amb- jentali," kompliet tgħid l-istqarrija. Prijorità oħra elenkata mill-Partit Momentum hija l-ħolqien ta' amb- jent tax-xogħol li jippermetti kemm il-karriera kif ukoll il-ħajja tal-familja. "In-nisa m'għandhomx għalfejn jagħżlu bejn il-bini ta' karriera u t-trobbija ta' familja," qal il-partit, filwaqt illi kompla jgħid illi "se nippromovu politiki fuq il- post tax-xogħol, inkluż xogħol flessibbli, leave tal-ġenituri, u aċċess għall-kura tat-tfal." Sabiex jiġi assigurat li ħatriet pubbliċi ta' livell għoli jkunu bbażati fuq il-mertu, il-Partit Momentum ħabbar ukoll illi qiegħed jipproponi li l-ħatriet pubbliċi ewlenin jeħtieġu maġġoranza ta' żewġ terzi fil-Parlament. Fi kliem il-partit, dan se jiżgura li jkun hemm "kunsens wiesa' u jitnaqqas il-patroċinju politiku." Sadanittant, din il-gazzetta tkellmet ma' Camilleri Gambin, fejn elenka l-infurzar ta' liġijiet fuq mistrieħ mill-kostruzzjoni fi tmiem il-ġimgħa u fil-btajjel bħala waħda mill-iżjed proposti importanti għalih. "Il-proposti li ħriġna, u li se nkunu qed noħorġu 'l quddiem, huma parti minn pjan ħolistiku li Momentum qed jibni sabiex jindirizza l-problemi varji li għandna f 'Malta, però għalija, l-infurzar ta' liġijiet fuq mistrieħ mill-kostruzzjoni nhar ta' Ħadd u fil-festi hija proposta importanti ħafna ghax il-kwalità tal-ħajja m'għandhiex tkun lussu, imma dritt. Din il-proposta turi wkoll problema ikbar – għandna sistema fejn ir-regoli jeżistu imma ħadd ma jinfurzahom. "Għalhekk il-proposti l-oħra tagħna, bħall-Open Malta Act, li tipproponi iktar libertà fuq informazzjoni ta' kif qed jaħd- mu l-Ministeri u dipartimenti tal-Gvern, huma essenzjali wkoll. Għax mingħajr trasparenza u kontabilità, anke l-aqwa liġi tibqa' fuq il-karta," kompla jgħid Camill- eri Gambin lil din il-gazzetta. Min-naħa l-oħra, jekk l-ispekulazz- joni ta' elezzjoni ġenerali fi żmien qarib qiegħda tkompli tippersisti, huwa ġie mis- toqsi jekk il-Partit Momentum għandux għan partikolari li qiegħed jimmira sabiex jilħaq fl-elezzjoni ġenerali li jmiss. B'risposta għal dan, Camilleri Gam- bin wieġeb li "iva, Momentum jimmira li jkollu preżenza fil-Parlament li ġej. Huwa b'hekk biss li nistgħu niżguraw li l-leġiżlatura li jmiss ikollha vuċi soda favur ekonomija ġusta, ambjent aħjar, u tmexxija b'valuri." Il-Partit Momentum b'ħames proposti ġodda għall-elezzjoni ġenerali li jmiss Mark Camilleri Gambin, Segretarju Ġenerali ta' Momentum, qal li l-ħames proposti għandhom iwasslu "għal Malta aktar ġusta, aktar ekoloġika u aktar trasparenti"

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 12 April 2026