Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544377
opinjoni illum • IL-ĦADD 12 T'APRIL 2026 09 "Id-dejn ħafna drabi jiġi ppreżentat b'mod tekniku jew jitnaqqas l-importanza tiegħu. Iżda ċ-ċittadini għandhom dritt ikunu jafu x' inhu jiġri u x' inhuma r-riskji." I d-dejn nazzjonali ta' pajjiżna qed ikompli jiżdied b'mod kostanti, u l-aħħar ċifri jik- konfermaw xejra li ma tistax tibqa' tiġi injorata. Skont l-aktar indikazzjonijiet riċenti, id-dejn tal-Gvern Ċentrali laħaq livelli ġodda rekord, b'żieda sostanz- jali fuq sena qabel. Din mhijiex sempliċement statistika oħra; hija realtà li tqajjem mistoqsijiet serji dwar id-direzzjoni fiskali ta' Malta u s-sostenibbiltà tal-politika ekonomika fuq medda twila ta' żmien. Għalkemm il-Gvern ikompli jindika tkabbir ekonomiku u ċifri li fuq il-wiċċ jidhru pożittivi, il-figuri tad-dejn qed jirrakkontaw storja differenti. Storja ta' nfiq li qed jaqbeż id-dħul, ta' dipendenza dejjem tikber fuq self u ta' nuqqas ta' bilanċ li, jekk ma jiġix indiriz- zat, jista' jwassal għal konsegwenzi serji fil-futur. Importanti nimu li d-dejn nazzjonali mhuwiex kunċett astratt. Mhuwiex problema li tikkonċerna biss lill-ekonomisti jew lill-istituzzjonijiet finanzjarji. Huwa piż li eventwalment jitħallas miċ-ċittadini, jew permezz ta' taxxi ogħla, jew permezz ta' servizzi pubbliċi li jsofru, jew inkella permezz ta' opportunitajiet li jintilfu. Meta pajjiż jgħix fuq il-kreditu, ikun qed jiddeferixxi l-kont għal għada — u ħafna drabi għal ġenerazzjonijiet li għadhom lanqas biss twieldu. L-aħħar żieda fid-dejn trid tiniehem ukoll fil-kuntest tal-għażliet politiċi li saru fl-aħħar snin. F'perjodu fejn l-ekonomija kienet qed tirkupra u anke tikber, kien mistenni li l-Gvern juża din l-opportunità biex isaħħaħ il-pożizzjoni fiskali tal-pajjiż. Min- flok, rajna żieda sostanzjali fl-infiq pubbliku, mhux dejjem immirat jew sostenibbli. Żidiet fin-nefqa tal-amminis- trazzjoni pubblika u proġetti li jqajmu mistoqsijiet dwar il-valur għall-flus kollha kkontribwew għal pressjoni kontinwa fuq il-baġit. Meta dawn l-ispejjeż ma jkunux akkumpanjati minn żieda proporzjonata fid-dħul, il-kon- segwenza inevitabbli tkun żieda fid-dejn. Barra minn hekk, irridu nqisu wkoll il-fatt li l-kuntest internaz- zjonali nbidel b'mod sinifikanti. Għal snin twal, pajjiżi bħalma hi Malta gawdew minn rati baxxi fl-imgħax, li għamlu s-self relatti- vament irħis. Illum, din ir-realtà nbidlet. Ir-rati tal-imgħax żdiedu, u dan ifisser li l-ispiża biex isservi d-dejn qed tikber. Dan għandu implikazzjonijiet diretti fuq il-finanzi pubbliċi. Aktar flus qed jintefqu biex jitħallas imgħax, u inqas flus jibqgħu dis- ponibbli għal investiment f 'setturi essenzjali bħas-saħħa, l-eduka- zzjoni u l-infrastruttura. Huwa ċiklu li jista' jsir perikoluż jekk ma jittiħdux passi deċiżivi biex jiġi kkontrollat. Hemm min jipprova jnaqqas is-serjetà tal-problema billi jargu- menta li d-dejn ta' Malta għadu taħt il-limiti Ewropej jew li, meta mqabbel ma' pajjiżi oħra, għadu maniġġabbli. Iżda dan l-argument jonqos milli jindirizza l-punt ewlieni: ir-rata ta' tkabbir tad-dejn u d-direzzjoni tiegħu. Żieda kostanti u mgħaġġla fid-dejn tindika problema struttur- ali. Mhijiex kwistjoni temporanja li tista' tissolva waħedha. Hija sinjal li hemm diskrepanza bejn dak li qed jonfoq il-Gvern u dak li qed jiġġenera bħala dħul. U jekk din id-diskrepanza tibqa', id-dejn se jkompli jikber. Għal pajjiż żgħir u miuħ bħalma hi Malta, dan ir-riskju huwa saħansitra akbar. L-ekonom- ija tagħna tiddependi fuq numru limitat ta' setturi u hija esposta għal xokkijiet esterni. F'sitwazzjoni ta' kriżi internazzjonali jew tnaqqis fid-dħul, il-Gvern jista' jsib ruħu mingħajr l-ispazju fiskali meħtieġ biex jirreaġixxi. Dan iwassalna għal punt ieħor importanti: il-flessibbiltà fiskali. Pajjiż b'livell għoli ta' dejn għandu inqas kapaċità li jintervjeni f 'mu- menti ta' diffikultà. Minflok ma jkun jista' jappoġġja lill-ekonomija, ikun limitat mill-obbligi tiegħu. Dan jista' jwassal għal sitwazzjoniji- et fejn il-piż tal-kriżi jaqa' diretta- ment fuq iċ-ċittadini. Aspett ieħor li ma jistax jiġi injorat huwa l-impatt fuq il-kred- ibbiltà tal-pajjiż. Investituri u aġenziji ta' rating isegwu mill-qrib ix-xejriet fiskali. Jekk il-perċez- zjoni tkun li d-dejn qed joħroġ mill-kontroll jew li m'hemmx pjan ċar biex jiġi indirizzat, dan jista' jwassal għal żieda fl-ispejjeż tas-self u għal pressjoni akbar fuq il-finanzi pubbliċi. Fl-istess ħin, hemm ukoll nuqqas ta' diskussjoni pubblika matu- ra dwar dan is-suġġett. Id-dejn ħafna drabi jiġi ppreżentat b'mod tekniku jew titnaqqas l-importan- za tiegħu. Iżda ċ-ċittadini għand- hom dritt ikunu jafu x'inhu jiġri u x'inhuma r-riskji. It-trasparenza mhijiex għażla; hija obbligu. Il-ġestjoni tad-dejn teħtieġ strateġija fit-tul. Mhijiex kwistjo- ni li tissolva b'miżuri ad hoc jew b'baġit wieħed. Teħtieġ dixxiplina fiskali, prijoritizzazzjoni u, fuq kollox, rieda politika. Hemm bżonn li ssir analiżi serja ta' fejn qed imorru r-riżorsi u jekk dawn humiex qed jiġġeneraw valur reali għall-ekonomija. L-investiment għandu jibqa' parti mill-politika ekonomika, iżda għandu jkun investiment intelliġenti. Proġetti li jtejbu l-produttività, li jsaħħu l-ħiliet tal-ħaddiema u li jżidu l-kompetit- tività jiġġustifikaw ċertu livell ta' dejn. Iżda nfiq li jservi biss biex iżomm livell ta' konsum jew biex jixtri żmien politiku ma jistax jitqies sostenibbli. Importanti wkoll li nqisu l-as- pett interġenerazzjonali. Id-dejn li qed jinħoloq illum se jkollu jitħallas għada. Jekk ma noħolqux ekonomija aktar b'saħħitha u aktar reżiljenti, inkunu qed ngħabbu lill-ġenerazzjonijiet futuri b'piż li ma ħolquhx huma. Dan huwa argument mhux biss ekonomiku, iżda wkoll morali. Għandna responsabbiltà lejn dawk li ġejjin warajna li nħallu pajjiż f 'kundizzjoni aħjar, mhux agħar. Kull ġenitur tajjeb jixtieq iħalli patrimonju lil uliedu … mhux jgħabbihom bid-dejn li m'għamlux huma. Il-kontroll tad-dejn ma jfissirx awsterità bla sens. Ifisser tmexxija responsabbli li tibbilanċja l-ħtiġijiet tal-lum mar-responsabbiltajiet ta' għada. Ifisser li nagħrfu li r-riżorsi huma limitati u li kull deċiżjoni għandha konsegwenzi. Id-dejn nazzjonali huwa rifless tal-għażliet li jsiru kuljum. Jekk inkomplu nagħżlu politika li tiffa- vorixxi l-konvenjenza fuq is-sos- tenibbiltà, ir-riżultat ikun dejn dejj- em jikber. Jekk, min-naħa l-oħra, nagħżlu dixxiplina, trasparenza u viżjoni fit-tul, nistgħu nibdew indawru r-rotta. Id-dejn li qed jiżdied xahar wara xahar mhuwiex sempliċement numru. Huwa sinjal ċar li jeħtieġ azzjoni. Il-mistoqsija mhijiex jekk għandniex nindirizzawh, iżda kemm se ndumu biex nagħmlu dan. Għax iktar ma nistennew, iktar il-prezz se jkun għoli — mhux biss f 'termini finanzjarji, iżda wkoll f 'termini ta' opportunitajiet mitlufa, kwalità tal-ħajja u futur sostenibbli għal pajjiżna. Id-dejn nazzjonali: Bomba tal-ħin Hemm min jargumenta li d-dejn ta' Malta għadu taħt il-limiti Ewropej jew li, meta mqabbel ma' pajjiżi oħra Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi u kandidat għall-elezzjoni ġenerali ADRIAN DELIA

