MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544497

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 15

JAELLE BORG "Deċiżjoni kuraġġuża tal- Gvern" huwa l-mod kif il-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Risto- ranti (MHRA), Andrew Agius Muscat, iddeskriva regolamen- ti ġodda għall-qasam tal-akko- modazzjoni turistika mħabbra din il-ġimgħa. Agius Muscat qal lil din il- gazzetta li kien wasal iż-żmien li jittieħdu deċiżjonijiet ibsin – imma importanti biex is-settur ikompli jibni fuq is-suċċess tal-aħħar snin. Iktar kmieni dil-ġimgħa, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għat-Turiżmu Ian Borg ħabbar numru ta' regoli ġodda li jidħlu fis-seħħ f 'Ġunju u li huma mmirati biex tiżdied il-kwalità u l-livell tal-akkomodazzjonijiet turistiċi fil-pajjiż. Skont Borg, l-għan hu li dawn ir-regoli jagħlqu lakuni li kien hemm fl-infurzar u se jsaħħu r-regolamenti li diġà jeżistu biex jikkontribwixxu lejn offerta turistika aktar reżiljenti u ta' valur ogħla. Agius Muscat qabel li kien hemm bżonn urġenti li jkunu indirizzati numru ta' nuqqasijiet biex issa s-settur jiffoka fuq dawk l-opportunitajiet li jistgħu jagħtu l-ikbar valur għall-flus. "Għal ħafna snin, l-MHRA u investituri fis-settur ħdimna biex ħloqna għażla ta' opportunitajiet biex ftit ftit bnejna offerta turistika li s-sena l-oħra ġabet erba' miljun turist lejn Malta," qal. IKOMPLI F'PAĠNA 2 www.illum.com.mt NRU 1008 €1.50 IL-ĦADD 19 T'APRIL 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 3 PAĠNI 6 - 7 Intervista mall- Prim Ministru Robert Abela JAELLE BORG Il-ġimgħa li għaddiet, Malta sabet ruħha għal darb'oħra fiċ-ċentru ta' dibattitu sen- sittiv u polarizzanti dwar l-abort, wara li organizzazz- joni internazzjonali poġġiet numru ta' katnazzi sigrieti mimlijin pilloli tal-abort f 'diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex. Katnazzi bil-pilloli tal-abort madwar Malta: Għajnuna jew ksur tal-liġi? IL-KAP EŻEKUTTIV TAL-ASSOĊJAZZJONI MALTIJA TAL-LUKANDI U R-RISTORANTI JGĦID LI R-REGOLI LI TĦABBRU DIL-ĠIMGĦA KIENU MEĦTIEĠA BIEX IWITTI T-TRIQ GĦAL SUĊĊESS IKBAR FIS-SETTUR TURUSTIKU U JATTIRA INVESTIMENT GĦAQLI DEĊIŻJONI KURAĠĠUŻA, IMMA ISSA INFURZAR EFFETTIV – MHRA REGOLI ĠODDA GĦALL-AKKOMODAZZJONI TURISTIKA Organizzazzjoni internazzjonali poġġiet numru ta' katnazzi sigrieti mimlijin pilloli tal-abort f 'diversi lokalitajiet Andrew Agius Muscat ifaħħar ir-regoli ġodda fuq l-akkomodazzjoni turistika li jidħlu fis-seħħ f 'Ġunju

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 April 2026