Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544497
02 aħbarijiet IL-ĦADD 19 T'APRIL 2026 • illum 'Pass importanti ħafna fid-direzzjoni t-tajba' Ix-xogħlijiet fuq il-villaġġ tal-karnival għaddejjin, iżda għad m'hemmx data ta' ftuħ IKOMPLI MINN PAĠNA 1 "Issa konna qed nitkellmu mal-Gvern għax kien wasal iż- żmien li niffukaw iktar fuq dawk l-opportunitajiet li l-iktar jaqblu mal-istrateġija li għandna, li nat- trattaw turiżmu ta' kwalità." Fost ir-regoli l-ġodda, għax- short lets iddaħħal l-obbligu ta' tabella fuq barra bin-numru tal-liċenzja, bl-isem u b'kuntatt aċċessibbli 24 siegħa kuljum. Obbligatorju wkoll pjan biex jinġabar l-iskart, u min jinqabad jopera dawn il-propjetajiet bla liċenzja, jitlia għal tliet snin. Fix-short lets ukoll, se jkunu permessi sa massimu ta' għaxar persuni. Min irid jikri l-appartament tiegħu lit-turisti, b'mod man- datorju, għandu jkollu l-arja kkundizzjonata. Għal dak li għandu x'jaqsam mal-lukandi, mhux se jibqgħu jintlaqgħu applikazzjonijiet għal lukandi ġodda jew għal estensjonijiet u żvilupp mill- ġdid ta' lukandi eżistenti li jaqbżu l-għoli massimu permess fiż-żona. Lanqas mhu se jiġu aċċettati proposti ta' lukandi ġodda t'inqas minn tliet stilel u ta' applikazzjonijiet li jkunu ta' iżjed minn 200 kamra. Mhux se jkunu aċċettati lanqas all-in- clusive resorts ġodda u villaġġi turistiċi. Bir-regoli l-ġodda, guest houses ma jistax ikollhom aktar minn 20 kamra, u jridu jkunu fil-qalba tal-lokalità, f 'bini skedat jew f 'bini b'karatteristiċi arkitettoniċi partikolari. Hostels ġodda jistgħu jkunu biss ta' natura edukazzjonali. Borg qal li l-Gvern irid ikom- pli jinvesti fis-settur tat-turiżmu sabiex ikun jista' jagħmel dan bl-aħjar mod possibbli u bl-ak- tar mod ċar. "Però, propjetajiet ta' kwalità. Nixtiequ li tidħol iżjed responsabbiltà u rispett lejn il-ġirien u l-komunità, waqt li nissalvagwardjaw lil min diġà investa jew lil dawk li jridu jinvestu u jagħmlu biċċa xogħol tajba," qal. Agius Muscat qal li d-deċiż- joni tal-ministru kienet "waħda kuraġġuża" għax qed timmira li taqta' l-abbużi waqt li tipprovdi possibbiltà għal investiment iktar allineat mal-viżjoni tal- gvern u tal-operaturi fis-settur. "Dan kien pass importanti ħaf- na fid-direzzjoni t-tajba," qal. Mistoqsi minn din il-gazzet- ta jekk l-MHRA ħarġitx favur dawn ir-regoli sempliċement minħabba r-restrizzjonijiet imposti fuq is-settur tax-short rentals, Agius Muscat insista li mhux il-każ. Hu qal li l-MHRA tilqa' kull tip ta' kompetizzjoni, dment li r-regoli jkunu ċari u japplikaw għal kulħadd ugwalment. Insista li ma jistax ikollok operaturi li jinjoraw ir-regoli għax hekk ma jkunx hemm dik il-level playing field li hija kruċ- jali biex is-settur ikompli jibni fuq is-suċċess li laħaq. "Dawn ir-regoli huma f 'waqthom imma issa iktar im- portanti ħa jkun l-infurzar," qal Agius Muscat. "Infurzar regolari u mifrux ħa jkun kritiku għas- suċċess kontinwu tas-settur." Hu qal li s-settur tal-akkomo- dazzjoni turistika issa għandu l-għodda kollha biex jattratta turisti ta' kwalità, għalkemm ammetta li s-suċċess jiddependi wkoll fuq setturi u oqsma oħra bħar-ristoranti u l-infrastruttu- ra fil-pajjiż. Fuq l-istabbilimenti tal-ikel, Agius Muscat qal li dan huwa settur ieħor importanti fil-for- mola tat-turiżmu ta' Malta. Qal li bħalma issa sar għall-akkomodazzjoni turistika, hemm bżonn li nagħmlu l-istess għall-istabbilimenti tal-ikel u l-operaturi f 'dan il-qasam. "Anke hawn irridu nfasslu regoli ċari ħalli ma nibqgħux lil min japprofitta min-nuqqas ta' infurzar għad-detriment ta' min jimxi mar-regoli." Għax-short lets iddaħħal l-obbligu ta' tabella fuq barra bin-numru tal-liċenzja, bl-isem u b'kuntatt aċċessibbli 24 siegħa kuljum "Dawn ir-regoli huma f 'waqthom imma issa iktar importanti ħa jkun l-infurzar," qal Agius Muscat. "Infurzar regolari u mifrux ħa jkun kritiku għas- suċċess kontinwu tas-settur." Ix-xogħlijiet fuq il-proġett tal-villaġġ tal-karnival li issa qed jiġi żviluppat bħala parti minn "Culture Hub", jinsa- bu għaddejjin, iżda għad ma tħabbritx data meta dan se jkun lest biex jintuża. Dan ħareġ minn tweġiba par- lamentari tal-Ministru għall-Kul- tura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, wara mistoqsija tal-Onor. Graziella Attard Previ li talbet rendikont dettaljat dwar l-istat tal-proġett, inkluż min huwa l-kuntrattur u jekk il-kun- tratt ingħatax b'direct order. Fil-parlament, Bonnici spjega li l-proġett jifforma parti minn "Culture Hub" usa', li se jinkludi wkoll imħażen għall-parteċipanti tal-karnival flimkien ma' faċilita- jiet oħra relatati mal-attivitajiet kulturali. Il-Ministru qal li diġà ngħa- ta l-ewwel kuntratt relatat max-xogħlijiet inizjali — jiġifieri l-iskavar, it-tħammil u l-piling — wara sejħa pubblika li saret skont ir-regoli u l-proċeduri tax-xiri pubbliku. Dan jindika li l-kuntratt ma ngħatax b'direct order, iżda permezz ta' tender kompetittiv. Skont l-informazzjoni mogħti- ja, ix-xogħlijiet fuq is-sit diġà avvanzaw b'mod konkret. L-istrutturi kollha li kien hemm fuq il-post ġew demoliti, filwaqt li beda wkoll l-ewwel stadju ta' tħammil u skavar. Il-fażijiet li jmiss se jinkludu xogħlijiet ta' kostruzzjoni, segwiti minn finitura u instal- lazzjonijiet elettriċi, kollha skont il-proċeduri tal-procurement. Minkejja dan il-progress, il-Ministru ma indikax data speċifika meta l-proġett mistenni jitlesta jew jinfetaħ għall-użu tal-pubbliku u tal-parteċipanti tal-karnival. Il-proġett huwa wkoll marbut ma' fondi Ewropej, fatt li jfisser li għandu jsegwi skadenzi u rek- wiżiti speċifiċi imposti mill-fi- nanzjament tal-UE. Il-villaġġ tal-karnival ilu jitqies bħala proġett importanti għall-industrija kulturali u kreat- tiva, b'mod partikolari għall-ko- munità tal-karnival li ilha tisħaq fuq il-bżonn ta' spazji adegwati u moderni biex isiru l-prepara- menti u l-ħażna tal-karrijiet u kostumi. Madankollu, in-nuqqas ta' timeline ċara dwar meta se jitlesta jista' jkompli jqajjem mistoqsijiet dwar kemm dan il-proġett se jkun lest fil-ħin biex jilqa' l-bżonnijiet tal-parteċipanti fis-snin li ġejjin. Mudell diġitali tal-villaġ tal-karnival li issa qed jiġi żviluppat bħala parti minn "Culture Hub"

