MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544497

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 15

opinjoni 12 analiżi arti u kultura IL-ĦADD 19 T'APRIL 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Shema – Lejl imdawwal mill-Ewkaristija Il-President iżżur il-Malta Biennale 2026 Il-President Myriam Spiteri Debono u Mario Cutajar fil-Palazz tal- Gran Mastru fil-Belt Valletta Wara s-suċċess tal-ewwel edizzjoni f 'Mejju 2023, id- Djoċesi ta' Għawdex qed ittella' Shema – Lejl Imdawwal mill-Ewkaristija, nhar is-Sibt 2 ta' Mejju 2026, bejn is-7.00 p.m. u 12.00 a.m. L-isem ta' din l-attività hu meħud mill-kelma Lhudija Shema, "Isma', Iżrael", l-ewwel kelma tat-talba biblika li kull Lhudi kien jitlob ta' kuljum (Dewt 6:4-5). L-attività se tkun tikkonsisti f 'aktar minn 20 attrazzjoni b'xejn fil-qalba tal-Belt Victoria, li b'xi mod kollha sa jkollhom rabta mal-Misteru tal-Ewkaristija, li hu fil-qalba tal-ħajja tal-Knisja, u li d-Djoċesi ta' Għawdex matul dawn is-snin qed tixħet aktar attenzjoni fuqu permezz tal-Pjani- jiet Pastorali tagħha. Dan il-lejl tat-2 ta' Mejju, b'bixra ta' Notte Bianca b'togħma Nis- ranija, se jinkludi bosta attivitajiet li jvarjaw minn wirja li toffri lil min iżurha esperjenza ħajja, għal kunċerti mużikali, għal esebizz- jonijiet fil-beraħ minn artisti loka- li, għal bejgħ ta' ikel b'tema biblika, għal mixegħliet b'tema Ewkaris- tika, kif ukoll attivitajiet immirati għat-tfal. Għal dan il-għan se jintużaw kemm knejjes u binjiet pubbliċi, u kemm pjazez u toroq fil-qalba tal-belt ewlenija tal- gżira Għawdxija, fejn il-pubbliku, bl-għajnuna ta' mappa, ikun jista' jdur minn attrazzjoni għall-oħra u jitgħallem dwar l-Ewkaristija. Shema – Lejl Imdawwal mill-Ewkaristija se jsir bl-involvi- ment kemm ta' komunitajiet u gruppi fil-Knisja f 'Għawdex, u kemm ta' artisti individwali, bl- għan li barra l-messaġġ prinċipali reliġjuż jippromovi wkoll il-kultu- ra u t-tradizzjonijiet lokali. Fost dawn hemm is-sopran Dorothy Baldacchino, l-arpista Jacob Portelli, il-vjolinista Pierre Louis Attard, il-kantanta Hannah euma, il-koreografa taż-żfin Deborah Agius, il-Beta Entertain- ment eatre Academy (dir. Jamie Camilleri), is-Seguna Folk Group (dir. Michael Curmi), u l-Assoċ- jazzjoni Maltija EspressjonArti Għarb. Fit-toroq ħelwin tal-qalba tal- belt l-antika ta' Għawdex, f 'temp ta' it sigħat wieħed se jkun jista' jgawdi l-ilħna tal-Korijiet tat- tfal Madonna tas-Sokkors (Ta' Kerċem), Fjur tal-Martri Marger- ita (Ta' Sannat), Ulied il-Battista (ix-Xewkija), Virgo Children's Choir (Għajnsielem), u Aurora Youth Choir (il-Belt Victoria), kif ukoll dawk tal-Kor Levita Lauren- tius (San Lawrenz) u fl-aħħar iżda mhux l-inqas tal-Kor Djoċesan (dir. Dorienne Portelli) li se jtella' kunċert fuq il-palk prinċipali fi Pjazza Indipendenza, segwit mill- kunċert finali mill-Gozo Youth Orchestra (dir. Mro Dr Joseph Grech). Tirritorna wkoll id-diskussjoni ħajja bis-sehem ta' panel apposta u l-pubbliku, din id-darba dwar l-attwalità tal-quddiesa, immod- erata minn Fabian Demicoli. Qabel jiaħ il-programm kollu, fil-Bitħa tal-Kurja Veskovili fi Triq ir-Repubblika, is-Sibt fl-10.00 a.m. il-pubbliku hu mistieden għal taħdita dwar l-Ambjenti Liturġiċi Primittivi fl-Art Imqaddsa minn Dr Dennis Mizzi (mid-Diparti- ment tal-Istudji Orjentali tal-Uni- versità ta' Malta), waqt li fl-istess post, filgħaxija, diversi qarrejja ta' esperjenza jkunu jaqraw silti- et dwar l-Ewkaristija meħuda mill-Iskrittura u mit-Tradizzjoni tal-Knisja. Attrazzjoni unika oħra se tkun il-wirja interattiva dwar l-istorja u l-iżvilupp tal-Ewkaristija fis-sot- terran tal-istess Kurja tal-Isqof, li tibqa' wkoll miuħa fil-ġimgħat ta' wara, kif ukoll il-mixegħliet b'tema Ewkaristika fi Triq ir-Re- pubblika. Il-Mużew tal-Katidral ta' Għaw- dex, b'kollezzjoni unika ta' teżori artistiċi, għal din il-lejla speċjali se jkun miuħ b'xejn. Shema – Lejl Imdawwal mill-Ewkaristija qed tittella' b'għa- jnuna finanzjarja minn APS Bank. L-ewwel edizzjoni ta' Shema f 'Mejju 2023 kienet suċċess kbir Il-President ta' Malta, Myriam Spiteri Debono, għamlet żjara uffiċjali f 'żewġ siti tal-Malta Biennale – il-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta u l-Armerija l-Antika tal-Birgu. Għat-tieni edizzjoni konse- kuttiva, il-President ta' Malta tat il-patroċinju tagħha lil din il-pjatta- forma tal-arti kontemporanja, li se tibqa' miuħa sad-29 ta' Mejju fi 11- il mużew u sit storiku ta' Heritage Malta madwar Malta u Għawdex. Waqt li kienet qed iżżur il-wir- jiet artistiċi, il-President ta' Malta rreferiet għal dawn l-installazz- jonijiet bħala esperjenza kultur- ali, kemm għall-Maltin, kif ukoll għat-turisti, li jistgħu japprezzawha waqt li jżuru siti storiċi madwar il-Gżejjer Maltin, iżda wkoll bħala opportunità li tagħti vuċi lill-artisti permezz tax-xogħlijiet tagħhom. Matul iż-żjara fl-Armerija l-Antika tal-Birgu, Spiteri Debono qattgħet ħin mar-residenti tal-Faċil- ità Korrettiva ta' Kordin li qed jesebixxu xogħol ta' skultura. Huma kellhom l-opportunità jispjegaw kif ix-xogħlijiet artistiċi tagħhom jirriflettu l-ħsibijiet u l-viżjoni tagħhom imrawma mill-esperjenzi ta' ħajjithom. Il-President ġiet akkumpanjata mill-President tal-Malta Biennale 2026 u miċ-Chairman ta' Heritage Malta, Mario Cutajar, flimkien mal-membri tat-tim tal-Biennale. Matul iż-żjara, il-President ingħatat tagħrif fuq il-wirjiet u ħarsa ġener- ali lejn l-artisti li qed jipparteċipaw fl-edizzjoni ta' din is-sena, flimkien ma' spjegazzjoni ta' kif ix-xogħlijiet magħżula għall-Biennale jidħlu fi djalogu mal-kollezzjonijiet eżistenti u mal-istorja tal-post, u b'hekk joħolqu rabta bejn il-passat u l-preżent, u jgħaqqdu l-wirt kultur- ali mal-arti kontemporanja. Hemm aktar minn 130 artist li qed jipparteċipaw fil-Malta Bien- nale 2026 permezz tal-wirja inter- nazzjonali mifruxa fuq disa' siti ta' Heritage Malta – ikkurata mid-Di- rettur Artistiku Rosa Martínez – kif ukoll permezz tal-padiljuni nazz- jonali u tematiċi li jinsabu fil-Forti Sant'Iermu, fl-Armerija l-Antika tal-Birgu u fil-MUŻA. Il-wirjiet jiġu kkumplimentati minn programm pubbliku b'saħħtu, li jinkludi sensiela ta' avvenimenti paralleli li jkomplu jattivaw is-siti u l-lokalitajiet tal-Biennale ta' din is-sena, billi jinvolvu firxa wiesgħa ta' udjenzi ta' kull età. L-iskeda sħiħa tal-wirjiet, l-artisti li qed jipparteċipaw f 'din l-ediz- zjoni, il-padiljuni, l-avvenimenti fil-programm pubbliku u l-av- venimenti paralleli tista' tinkiseb permezz ta' maltabiennale.art. Il-biljetti għall-Biennale huma wkoll disponibbli minn dan is-sit, bħalma hija disponsibbli b'xejn il-gwida uffiċjali li tgħin lil kull min jixtieq iżur il-Biennale biex itejjeb l-esperjenza u ż-żjara tiegħu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 April 2026