Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544497
ment. F'Malta meta prim minis- tri varji ġew mistoqsija meta se jsejħu elezzjoni ġenerali, ħafna drabi r-risposta tkun 'meta jkun fl-interess nazzjonali'. Kemm hemm nies jemmnu dil-frażi diffiċli tgħid, iżda ħafna drabi huwa ċar kristall li wara din id-dikjarazzjoni bombastika l-verità hi li l-interessi huma kollox barra dak tal-pajjiż. Storikament, il-prim ministri Brittaniċi użaw ħafna s-setgħa li jxolju l-parlament meta jaqbel lilhom. Madwar 60% tal-elez- zjonijiet wara t-Tieni Gwerra Dinjija kienu msejħa kmieni għal raġunijiet strateġiċi. Riċer- ka tal-UCL turi li dawn l-elez- zjonijiet taw lill-gvern vantaġġ sinifikanti ta' voti u siġġijiet parlamentari. Argument ieħor huwa li l-fatt li l-Prim Ministru jista' jaqbad u jiddeċiedi jimmina s-sup- post supremazija tal-parlament u għaldaqstant jagħti poter sproporzjonat lill-eżekuttiv fuq il-parlament. B'terminu fiss, il-figura tal-Prim Ministru ma tibqax qisha dik ta' xi Re li jid- deċiedi hu kif irid u meta jrid. Titnaqqas is-setgħa tal-Prim Ministru fuq il-partit tiegħu stess u fuq l-Oppożizzjoni, għax ikollu jiddiskuti ma' sħabu stess, imma anke mal-partiti l-oħra fil-parlament. Ma jkunx jista' jhedded b'elezzjoni bikrija biex jikkontrolla u jimmanipula lill-membri parlamentari tiegħu stess jew l-alleati f 'koalizzjoni. Dan jagħmel lill-gvern aktar responsabbli lejn il-parlament. Dan ifisser li l-gvernijiet ikoll- hom jadottaw stil ta' tmexxija aktar inklużiv, b'aktar kon- sultazzjoni u ppjanar. Fuq livell ta' amministrazzjoni pubblika, ċiklu elettorali fiss hu aħjar għall-ippjanar mill-aġen- ziji, dipartimenti u entitajiet pubbliċi oħra. Jinkoraġġixxi wkoll ippjanar aktar fit-tul. Ix-xogħol parlamentari wkoll jista' jiġi ppjanat u mwettaq b'inqas riskju ta' interruzzjoni mil-lum għal għada. Fuq livell ta' partiti politiċi, termini fissi huma aħjar għall-partiti politiċi, kandidati prospettivi u anke jagħmilha aktar faċli li ssir regolamentazz- joni tal-infiq elettorali. F'Malta l-infiq tal-kandidati jitqies bħala nfiq għal fini ta' kampan- ja elettorali biss meta tissejjaħ elezzjoni. Qegħdin fis-sitwazz- joni redikola fejn jintefqu flejjes kbar f 'attivitajiet minn kandi- dati imma għax isiru qabel ma tissejjaħ elezzjoni ma jitqisux bħala spejjeż elettorali. B'termi- ni fissi, l-infiq li jsir tul is-snin qabel l-elezzjoni jista' jitqies bħala spejjeż tal-kandidati għal fini elettorali. Fuq livell ekonomiku, speku- lazzjoni dwar elezzjoni bikrija tista' ttellef u tħawwad bla bżonn deċiżjonijiet kummerċja- li u ekonomiċi. Mudelli differenti Fin-Norveġja l-elezzjoni għall-parlament issir kull erba' snin fit-tieni Tnejn ta' Settemb- ru. M'hemm l-ebda eċċezzjoni, il-parlament irid bilfors jagħmel terminu sħiħ. Il-kostituzzjoni hekk tesiġi. Jekk jaqa' l-gvern irid jiġi ffurmat gvern ġdid mill-parlament. Dan ifisser li jrid ikun hemm aktar djalogu, negozjati u koperazzjoni bejn il-membri parlamentari u l-partiti. Fil-Ġermanja, jekk il-maġġoranza tal-membri parlamentari jridu elezzjoni kmieni jridu jgħaddu vot ta' sfiduċja fil-gvern. F'xi okka- zjonijiet, bħal fl-1982, fl-2005 u fl-2025, il-membri parlamentari tal-gvern stess, jivvutaw favur vot ta' sfiduċja biex issir elez- zjoni. Imma peress li l-vot irid jgħaddi mill-parlament, xorta ma jiddependux fuq xi jfettillu l-Kanċillier (kif jissejjaħ il-Prim Ministru), u d-diskussjoni dwar l-elezzjoni u meta se ssir ssir fil-beraħ. Fi Franza, il-President għandu s-setgħa li jxolji l-parlament wara konsultazzjoni mal-Prim Ministru u mal-Presidenti taż-żewġ kmamar, l-assemblea nazzjonali u s-senat. F'sistema Presidenzjali, il-president għan- du setgħat eżekuttivi u fi Franza mhux l-ewwel darba li l-Pres- ident xolja l-parlament propju biex jipprova jżid l-appoġġ għall-partit jew il-koalizzjoni tiegħu f 'parlament ġdid. Fl-Italja, teoretikament hemm terminu fiss ta' ħames snin. Il-Prim Ministru ma jistax jaqbad u jsejjaħ elezzjoni għax jaqa' mis-sodda filgħodu. Jekk il-gvern jitlef il-fiduċja, il-bal- lun jgħaddi f 'saqajn il-presi- dent tar-Repubblika. Fl-Italja huwa l-president tar-Repub- blika li wara konsultazzjoni mal-Ispeakers taż-żewġ kmamar jiddeċiedi jekk ixoljix il-par- lament u s-senat, mingħajr involviment formali tal-Prim Ministru. Mhux l-ewwel darba li l-president ma xoljiex il-parlament imma talab li jiġi ffurmat gvern ġdid. Anke hawn imma l-kriżi tkun fil-beraħ u d-data tal-elezzjoni ma tkunx 'sigriet' li jfaqqa' fl-aħħar sekon- da l-Prim Ministru. L-Iżvezja għandhom sistema partikolari. Il-Prim Ministru jista' jsejjaħ elezzjoni bikrija, li trid issir fi żmien tliet xhur, imma xorta trid issir elezzjo- ni b'mod fiss kull erba' snin. Jiġifieri jekk il-Prim Ministru jsejjaħ elezzjoni kmieni u jkun għad baqa' biss sentejn sad-data fissa tal-elezzjoni, il-parlament il-ġdid jagħmel biss iż-żmien sa dik id-data fissa fil-kariga. Jekk il-parlament ma jirnexxilux jap- punta prim ministru wara erba' votazzjonijiet, tiskatta elezzjoni awtomatikment. Għal darb'oħra imma f 'data fissa, kull erba' snin xorta ssir elezzjoni oħra. L-aħħar darba li saret elezzjoni bikrija fl-Iżvezja hija fl-1958. Poter mifrux mhux vestit f 'persuna waħda Filwaqt li kull sistema għand- ha l-vantaġġi u l-iżvantaġġi, u fid-dinja xejn mhu perfett, li persuna waħda tkun qisha 'im- peratur' u tiddeċiedi kif u meta trid fuq proċess hekk impor- tanti għad-demokrazija żgur li mhux idoneu. F'Malta, il-prim ministru baqa' wisq qisu l-gver- natur ta' żmien l-Ingliżi. Hemm bżonn li nnaqqsu l-inċertezza u l-kampanji politiċi kontinwi u ma jispiċċaw qatt. Hemm bżonn li l-gvern jiffo- ka fuq it-tmexxija u l-parlament fuq l-liġijiet u li jżomm il-gvern kontabbli minflok il-fissazz- joni kontinwa fuq manuvri għall-elezzjoni li jmiss. Hemm bżonn kalendarju stabbli li jipprovdi skeda stabbli u preve- dibbli għall-aġendi leġiżlattivi, id-deċiżjonijiet ekonomiċi u l-ippjanar tas-servizz pubbli- ku. Hemm bżonn li s-setgħat arbitrarji tal-prim ministru, ikun min ikun, nillimitawhom biex nippromovu d-djalogu, il-kompromess, u sistema poli- tika aktar inklużiva. Il-prima donniżmu ħsara biss jagħmel. Forsi nistgħu nissellfu l-islogan tal-protesti kontra Trump: No Kings! 05 analiżi illum • IL-ĦADD 19 T'APRIL 2026 b'terminu fiss – aktar ċertezza, aktar demokrazija F'Malta il-Prim Ministru jagħti 'parir' lill-President tar-Repubblika biex ixolji l-Parlament

