MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 19 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544497

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

M eta jkollok ekonom- ija b'saħħitha, kif għandna f 'Malta, il- Gvern ikun jista' jin- vesti ħafna aktar fil-wirt kulturali u patrimonjali. Dan hu li qegħdin nagħmlu bħala Gvern Laburista, u din il-ġimgħa kienet xhieda ta' dan. Ħabbarna tlestija ta' xogħli- jiet importanti ta' restawr u l-bidu ta' oħrajn ġodda. Tliet proġetti fuq tlett siti u żoni magħrufin sew mal-Maltin u t-turisti. Nistqarr li huma tliet proġetti għal qalbi ħafna. Dawn il-proġetti mhux biss se jsebbħu lil pajjiżna, iżda se joffru spazji ġodda biex jitgawdew mill-familji tagħna. Permezz ta' dawn il-proġetti qed niktbu kapitlu ġdid fl-istorja ta' Malta Aqwa. Għar Ħasan Bla dubju, din hija waħda mill-isbaħ żoni f 'pajjiżna. Din il-ġimgħa, nedejna proġett ta' titjib u preservazzjoni ta' din iż-żona f 'Ħal Far. Iż-żona ta' Għar Ħasan, li tkopri madwar 5,000 metru kwadru, u li tifforma parti mill-pajsaġġ xagħri tul il-kosta Maltija, għandha importanza kemm storika, arke- oloġika, kif ukoll fejn jidħol il-wirt intanġibbli ta' pajjiżna tant li huma diversi l-leġġendi li għaddew minn ġenerazzjoni għal oħra marbuta mal-Għar innifsu. Din iż-żona tiġi amministrata mill-Awtorità tal-Artijiet. Meta kont tifel, niakarni l-iskola naqra, u naffaxxina ruħi bil-leġġendi marbuta ma' din iż-żo- na fil-limiti ta' Birżebbuġa. Waħda minn dawn il-leġġendi, sfortunatament traġika, tgħid illi ċertu raġel jismu Hasan ħataf tfajla Maltija u sab kenn f 'dan il-għar fejn żammha magħluqa. Fit-tentat- tiv tiegħu biex jaħrab minn Malta, Hasan irnexxielu jagħmel kuntatt mal-pirati. Waqt dan it-tentattiv biex jaħrab, hekk kif kien qed iniżżel lit-tfajla b'ħabel minn fuq l-irdum lejn il-vapur tal-pirati li kien qed jistenna fil-baħar taħt, ġie maħsud minn grupp ta' Maltin li kienu ġew biex isalvawha. Fil-kon- fużjoni, aċċidentalment telaq il-ħabel u t-tfajla waqgħet għal isfel. Minflok ma nqabad, Hasan qabeż minn fuq l-irdum. Verżjoni oħra tgħid li dan Hasan kien imġiegħel li jaqleb ir-reliġjon tiegħu minn dik Musulmana għal dik Kattolika u biex jibqa' fidil mal-prinċipji tiegħu għażel li jittur- ufna ruħu ġo dan l-għar. Min jaf liema hi t-tajba? Jew forsi ebda waħda minnhom! Però lura għas-sena kurrenti. Dan il-proġett għandu wkoll l-għan li jirriġenera ż-żona fi spazju aktar sigur u aċċessibbli għall-pubbli- ku, sabiex il-familji jkunu jistgħu jerġgħu jgawdu dan is-sit b'rispett lejn l-aspetti storiċi u kulturali u b'mod sostenibbli. Se jiġu introdotti faċilitajiet id- disinjati b'attenzjoni inklużi banki- jiet u mwejjed – sabiex itejbu l-es- perjenza tal-viżitaturi mingħajr ma jikkompromettu l-integrità tas-sit. Ix-xogħlijiet relatati mal-proġett, inkluż id-dokumentazzjoni tas-sit, il-kisba tal-permessi u l-approvazz- jonijiet kollha meħtieġa, kif ukoll il-ħruġ tas-sejħa għax-xogħlijiet qed jiġu kkordinati mid-Diparti- ment tar-Restawr u l-Preservazz- joni b'koperazzjoni mal-Awtorità tal-Artijiet u l-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa. Il-Main Guard Din il-ġimgħa inawgurajna l-proġett tar-restawr tal-Main Guard fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. Dan huwa proġett għal qalbi ħafna, mhux biss għax qiegħed fil-qalba tal-Belt kapitali ta' pajjiżna, iżda wkoll għax il-Main Guard, li qabel kienu jsibuh bħala Guardia della Piazza, u li nbena mill-Ordni ta' San Ġwann fl-1601, għandu storja twila, u huwa parti mill-identità ta' pajjiżna. Għal xi snin, serva wkoll bħala ċ-Ċentru Kulturali Libjan u anke bħala l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Permezz ta' dan ir-restawr, urejna kif Malta kapaċi tgħaqqad il-wirt storiku tagħha ma' viżjoni moderna u dinamika. Dan mhux biss intervent strutturali, li għamilna permezz ta' Heritage Malta, iżda dikjarazz- joni ċara tal-impenn tal-Gvern Laburista biex iħares il-wirt tal-Belt kapitali tagħna, filwaqt li jiżgura li jibqa' ħaj, aċċessibbli u rilevanti għall-ġenerazzjonijiet tal-lum u ta' għada. Il-Main Guard huwa wieħed mill-aktar binjiet interessanti f 'Malta, bi storja li tmur lura sas-seklu sittax. Mill-1604 serva bħala l-post tal-għassa tal-Gran Mastru, u aktar tard ġie adattat taħt il-ħakma Ingliża. Ix-xogħol ta' restawr ma rranġax biss il-ħsarat fiżiċi, li kienu ħafna, iżda wkoll skopra mill-ġdid dettalji artistiċi u arkitettoniċi li kienu ntil- fu maż-żmien. Il-Main Guard issa qed jerġa' jieħu ħajja ġdida bħala spazju kulturali importanti, fejn il-pubbli- ku jista' jgawdi esperjenzi diġitali immersivi li jqarrbu lejh 8,000 sena ta' storja Maltija. Huwa mod konkret kif il-passat jikkumplimen- ta l-preżent. Importanti wkoll li l-aċċessibbiltà u l-edukazzjoni ġew prijoritizzati, sabiex kull min iżur dan il-post ikun jista' jesperjenzah b'mod sigur u komdu. Fl-istess ħin, ir-riċerka li għadha għaddejja qed tkompli tikxef stejjer ġodda moħbija fil- ħitan tiegħu. Dan il-proġett huwa parti minn viżjoni usa' biex il-Belt Valletta tibqa' belt ħajja u dinamika, mhux monument wieqaf fiż-żmien. Fort Bengħajsa Dan il-Forti, fil-limiti ta' Birżeb- buga, kien ilu snin twal mitluq. Ħasra għax fih storja interessanti ħafna. Inbena bejn l-1910 u l-1912 u kien l-aħħar fortifikazzjoni Vit- torjana f 'Malta. Ħadna azzjoni biex dan il-Forti jerġa' jingħata d-dinjità li jixraqlu, u l-pubbliku jkun jista' jerġa' jgawdih. Fl-aħħar jiem hekk għamilna, u Fort Bengħajsa ġie mgħoddi minn idejn l-Awtorità tal-Artijiet f 'idejn Heritage Malta. Din kienet deċiżjoni oħra li tixhed il-viżjoni fit-tul, ta' Gvern Laburis- ta, li tpoġġi l-wirt storiku tagħna fiċ-ċentru tal-prijoritajiet nazzjon- ali. Issa, bil-ħidma ta' Heritage Malta, hemm pjan konkret biex jiġi mtejjeb u miuħ mill-ġdid b'mod sostenibbli għall-familji u l-komu- nità kollha. Nirringrazzja wkoll lill-Kunsill Lokali ta' Birżebbuga għaliex dan il-proġett se jsir b'kol- laborazzjoni magħhom kif ukoll mal-għaqdiet volontarji nazzjonali u għaqdiet oħra tal-lokal. B'dan il-mod qed inkomplu nuru kif il-komunità tista' tieħu sehem attiv fil-ħarsien tal-wirt tagħha. B'Fort Bengħajsa mtejjeb u lura għand il-poplu, ħloqna opportu- nità oħra fejn ngħaddu l-istorja ta' pajjiżna lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin, filwaqt li noħolqu spazji pubbliċi ta' kwalità. Din hija Malta li tħares 'il quddiem, bla ma tinsa l-passat tagħha. Dan ukoll pass ieħor importanti fil-ħidma ta' Gvern Laburista għal Malta Aqwa. 'Il quddiem, se jkollna ħafna aktar minn dawn il-proġetti. Se nkomplu nagħtu aktar spazji miuħa lill-familji. Biżżejjed insemmi l-akbar tnejn, il-White Rocks u Manoel Island. L-ekonom- ija tippermettilna nagħmlu dan. Iżda huwa biss Gvern Laburista li jista' jagħti garanzija li din il-ħidma tibqa' għaddejja. 08 aħbarijiet IL-ĦADD 19 T'APRIL 2026 • illum opinjoni "Dawn il- proġetti mhux biss se jsebbħu lil pajjiżna, iżda se joffru spazji ġodda biex jitgawdew mill- familji tagħna" Kapitlu ġdid għal Malta Aqwa il-Main Guard inbena mill-Ordni ta' San Ġwann fl-1601 Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali OWEN BONNICI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 19 April 2026