MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 26 April 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544605

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 15

15 kotba IL-ĦADD 26 T'APRIL 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Christopher Cutajar joħodna fi vjaġġ fuq l-ibħra Maltin ... ta' sekli ilu. U bejn dokument u ieħor mill- ktieb Morte o Fortuna, naraw kif fost l-oħrajn l-ekonomija Maltija kienet tiggwadanja mill-kunċett tan-newtralità. Bejn sema u baħar, tinsab xortina Il-kursar kien 'ħalliel tal-baħar'. Jekk trid tista' ssejjaħlu 'pirata'. Organizzazzjoni maħsuba biex tħuf l-ibħra sabiex tħebb għal bastimenti oħra u tisraqhom (Joseph Caruana, 2019). Is-serq ma kienx biss mill-merkanzija li jkun hemm abbord, iżda wkoll ħtif ta' nies biex tbigħhom bħala skjavi! It-taqtigħ il-qalb tal-kursar qabel ma jsalpa kien wieħed li jtaqqal il-moħħ. Dan għaliex kull vjaġġ kien jaf ifisser il-mewt jew inkella xorti tajba, fost destin ieħor. Liam Gauci jidħol fid-det- talji kollha li tista' timmaġina dwar il-ħajja tal-kursara, permezz tal-ktieb Morte o Fortuna: Cor- sairs in Malta 1747-1798, li ġie ppubblikat minn Heritage Malta. X'se nieklu? Kull kaptan li jorganizza l-ekwipaġġ kellu obbligu li jaħtar skrivan. L-iskrivan kien jingħażel b'eżami u kien marbut li jżomm rendikont bil-miktub ta' ħemel dettalji. Dan it-tagħrif miġbur kien dwar il-baħrin abbord, mhux biss t'isimhom, iżda wkoll fejn joqogħdu, kemm jitħallsu u l-inkarigu tagħhom matul il- vjaġġ. L-iskrivan kien ukoll jikteb dwar il-ġrajjiet li jseħħu minn jum għal jum fuq il-mirkeb li jkunu fuqu, li kien jinkludi t-temp, 'il fejn ikun vjaġġa u dak kollu li jkun meqjus denju ta' nota. Dak miktub mill-iskrivan kien jiġi miġbur bħala doku- mentazzjoni uffiċjali tal-Gvern tal-Ordni. F'temp ta' 24 siegħa mill-wasla lura mill-vjaġġ li jkunu fuqu, l-iskrivan kellu d-dmir iwassal id-dokumenti lill-Konsu- lat tal-Baħar. L-Ordni ried saħansitra jkun jaf jekk l-ikel u x-xorb abbord il- mirkeb kienx se jservi għall-ħtiġi- jiet tal-kursara. Għalhekk kienet titħejja l-lista bħalma ġara fil-każ tal-felukka mmexxija mill- Kaptan Valentini fl-1791, li kienet maħsuba jkollha 20 ruħ abbord fuq vjaġġ li kellu jdum sitt xhur. Magħhom ħadu mal-216-il litru nbid, 40 kilo għaġin u ross, u 635 kilo biskuttini, fost ikel ieħor. Il-Konsulat tal-Baħar Il-Gran Mastru mhux biss kien meqjus bħala l-Kap tal-Ordni tal-Kavallieri li kellha twieġeb lill-Vatikan, iżda wkoll bħala l-Prinċep ta' Malta. L-ewwel Gran Mastru li ra kif jikseb vantaġġ minn dawn iż-żewġ irwoli fil-qa- sam tal-baħar, kien proprju Ver- dalle (1582-1595), dak li l-Palazz Verdala huwa msemmi għalih. Dan kien ħareġ bl-idea li joħloq bandiera oħra għall-bastimenti li twieġeb biss lill-Istat Malti u ma tkun bl-ebda mod marbuta mas-setgħa tal-Papa f 'Ruma. Din kienet prattika li rnexx- iet matul dak il-perjodu, iżda mbagħad ma baqgħetx titħad- dem. Kien il-Gran Mastru Perel- los (1697-1720) li reġa' qajjem din il-prattika u bis-saħħa li kien tah il-preċedent ta' Verdalle li ġie ferm qablu seta' jargumenta li r-rabta ta' bastiment li jtajjar il-bandiera tal-Prinċep ta' Malta kienet biss mal-Istat Malti u ma kinitx taqa' taħt l-awtorità tal-Vatikan. Il-Consolato del Mare twaqqaf minn Perellos fl-1697 bil-ħsieb li jkun hemm ġurisdizzjoni fuq kwistjonijiet marittimi permezz ta' dan it-tribunal kummerċja- li li jittratta kontroversji bejn kaptana, baħrin u negozjanti, kif ukoll likwidazzjoni ta' fallimenti u ħwejjeġ marbuta mal-assi- kurazzjoni, fost oħrajn. Dan offra kodiċi legali li kien jgħix ma' liġi oħra marbuta ma' ħwejjeġ tal- baħar, dik li kienet il-Magistrato degli Armamenti. Din il-Maġis- tratura kienet twaqqfet mill-Gran Mastru Alof de Wignacourt (1601-1622) fl-1605 bil-għan li toħroġ liċenzji għat-tbaħħir tal-kursara abbażi tal-armamen- ti u l-proviżjon li jkunu ħejjew abbord. Din ukoll kienet appel- labbli biss fil-Qorti tal-Castellania f 'Malta (Paul Caruana Curran, 1975). Qalb maqsuma Il-Malti jgħid li 'fejn tħobb il-qalb jimxu r-riġlejn'. Dan il-qawl żgur li japplika għal Pietro Stellini li fl-1792 kien qed jiktbil- ha hekk lil martu: "Għażiża Marti, Nagħtik l-aħbar li dejjem xtaqt għalija, dan meta dejjem provajt tisħetni billi tixtieqli li nispiċċa skjav jew inkella bla ħajja fil- baħar. Inti dejjem tlabt lil Alla li xi ħaġa ħażina tirbaħni. Issa se ntik l-akbar konsolazzjoni li kont qed tistenna u anke dik li se tikkonsla lil sħabek u lil ħutek il-bniet li dejjem kellhom il-lanzit għalija. Inti xtaqtli li negħreq u jien spiċċajt għeriqt iżda Alla salvani. Inti xtaqtni ninqabad skjav u Alla għoġbu jaqlagħlek din il-grazzja. Issa jiena povru skjav. Ikkonsla, kun ferħana u ħu pjaċir daqslikieku qatt ma kont tafni, daqslikieku qatt ma kont żewġek ..." Iżda wara dak il-kliem ferm dirett u li joħroġ l-għadab kollu tiegħu, fl-istess ittra jiktbilha li jekk hi lesta taħfirlu anke hu jkun lest jaħfrilha. Infatti hekk kellu jkun għaliex wara li rnexxielu jiġi lura Malta ntefa' jgħix ma' martu, iżda ma baqgħux Bormla u min- flok marru joqogħdu l-Biċċieni, f 'Ħaż-Żabbar, flimkien mal-ħam- est itfal tagħhom. Il-qlugħ kollox Dan il-ktieb jiċċaralna l-ideat dwar kif l-ekonomija ta' Malta kienet titfa' r-riħ fil-qala'. Jixhed it-tħaddim newtrali tal-port ewlieni ta' Malta biex jiffaċilita l-kummerċ f 'dawk iż-żminijiet. L-Ordni kienet tirregola l-attività tal-kursara u fl-istess waqt kellek bosta servizzi marbuta mal-forni- ment tal-armamenti, l-ikel, tiswi- ja u bini ta' bastimenti, kif ukoll l-amministrazzjoni marbuta ma' din l-attività. Skont liġi maħruġa fl-1583, 5% tal-qligħ kollu dejjem kellu jmur għas-sorijiet tal-klaw- sura ta' Sant Ursola fil-Belt Valletta. L-awtur jagħmilha b'missjoni tiegħu li jaqsam magħna kull dettall li jiltaqa' miegħu dwar it-tbaħħir tal-kursara f 'dan il-per- jodu. Dan jagħmlu billi b'pass- joni jfisser ġrajjiet ta' Kaptana li għamlu isem għalihom infushom u baħħru fuq xambekki, felukki u galeri bir-riħ jonfoħ fil-qlugħ triangolari tagħhom, fejn kull mewġa kienet tbandalhom bejn mewthom u xortihom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 26 April 2026