Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544605
"Mhux kull dar toffri l-istess ambjent jew riżorsi. Għalhekk, homework li ma jqisx dawn id- differenzi jista' jkompli jkabbar inugwaljanzi." F 'dawn l-aħħar ġimgħat tkellimt diversi drabi dwar il-bżonn ta' politika ġdida għall-homework. Mhux biss fil-Parlament, iżda wkoll barra minnu għax nem- men li l-edukazzjoni ma tistax tkun diskussjoni magħluqa bejn erba' ħitan. Nemmen li diskus- sjonijiet bħal dawn iridu jsiru ma' kulħadd, edukaturi, ġenituri, nanniet u l-aktar importanti nisimgħu lit-tfal. Fil-fatt, din id-diskussjoni, bdiet għalija sa mill-ewwel intervent tiegħi bħala Membru Parlam- entari, fejn semmejt b'mod ċar il-bżonn ta' riforma li tpoġġi lit- tfal fiċ-ċentru u mhux is-sistema. Minn hemm 'il quddiem, organ- izzajt attività pubblika ddedikata għal dan is-suġġett. Ridt nisma', tassew nisma' lil dawk li jgħixu r-realtà ta' kuljum: ġenituri, nanniet, edukaturi, ġeni- turi ta' tfal b'diżabilità, u, kif għedt, lit-tfal infushom. Il-kontribut tagħhom kien sinċi- er, kultant anke emozzjonanti, u, fuq kollox, ta' gwida. Għax jekk hemm ħaġa waħda li ħarġet ċara minn dik il-laqgħa hija li għandna bżonn bilanċ. Il-kelma homework għal ħafna tfal u familji saret sinonima ma' pressjoni, għeja u xi drabi anke tensjoni fid-dar. Dan mhux il-għan tal-edukazzjoni. L-edu- kazzjoni għandha tispira, tħeġġeġ il-kurżità u tiaħ bibien, mhux tagħlaqhom. Huwa għalhekk li l-politika l-ġdida timxi fuq prinċipju fundamentali: kwalità fuq kwantità. Ta' dan infaħħar lill-Ministru tal-Edukazzjoni Clion Grima tar-riforma fil-politika tal-home- work. Ir-riċerka turi li l-valur tal-homework ma jinsabx fl-am- mont tiegħu, iżda fil-mod kif ikun imfassal. Homework li għandu skop ċar, li jsaħħaħ it-tagħlim, u li jħeġġeġ lill-istudent jaħseb, huwa ferm aktar effettiv minn eżerċizzji ripetittivi. U hawnhekk tidħol il-bidla kulturali li rridu nagħm- lu: li naraw il-homework bħala estensjoni intelliġenti tat-tagħlim, mhux bħala rutina. Waħda mill-aktar affarijiet im- portanti li tressqu waqt l-attività li organizzajt kienet il-ħtieġa li nħarsu lejn il-ħajja tat-tfal b'mod ħolistiku. It-tfal mhumiex biss stu- denti. Huma persuni b'interessi, b'talenti, bi bżonn ta' mistrieħ, ta' logħob u ta' relazzjonijiet soċjali. Attivitajiet extrakurrikulari bħall-isport, il-mużika, l-arti jew il-volontarjat mhumiex żieda huma parti essenzjali mill-iżvilupp tagħhom. Fil-fatt, hemm rabta diretta bejn dawn l-attivitajiet u l-kreattività. Meta tifel jew tifla jkollhom spazju biex jesploraw, biex jippruvaw u anke biex jiżbaljaw barra mill- kuntest formali tal-klassi, qed nibnu individwi aktar kunfidenti, aktar innovattivi u aktar kapaċi jaħsbu b'mod indipendenti. Jekk nimlew kull minuta tal-ġurnata tagħhom bix-xogħol, inkunu qed nillimitaw dan l-ispazju tant importanti. Naturalment, dan ma jfissirx li l-homework għandu jisparixxi. If- isser li għandu jinbidel. Il-politika l-ġdida tipproponi approċċ aktar bilanċjat u addattat għall-età, fejn it-tfal iż-żgħar jitgħallmu permezz tal-logħob u l-esperjenza, u fejn aktar ma jikbru, il-homework isir aktar immirat u koordinat. Dan hu pass importanti biex nevitaw eċċessi li jġibu magħhom stress bla bżonn. Aspett ieħor li ma nistgħux ninjoraw huwa dak tal-ink- lużjoni. Mhux kull dar toffri l-istess ambjent jew riżorsi. Għalhekk, homework li ma jqisx dawn id-differenzi jista' jkompli jkabbar inugwaljanzi. Politika responsabbli trid tassigura li kull student ikollu opportunità ġusta li jibbenefika, irrispettivament miċ-ċirkostanzi tiegħu. Importanti wkoll ir-rwol tal-familja. Ħafna ġenituri li tkellimt magħhom esprimew frustrazzjoni meta jħossuhom obbligati li jieħdu post l-edukatur fid-dar, mingħajr ma jkollhom il-kapaċitajiet jagħmlu dan. Il-messaġġ irid ikun ċar: il-familji huma sħab fit-tagħlim, iżda mhux sostitut tal-iskola. Homework tajjeb għandu jħeġġeġ l-indipen- denza tal-istudent, mhux joħloq dipendenza fuq l-adulti. Fl-aħħar mill-aħħar, din mhix biss kwistjoni ta' politika edukat- tiva. Hija kwistjoni ta' x'tip ta' soċ- jetà rridu nibnu. Soċjetà li tkejjel is-suċċess bl-ammont ta' xogħol li nagħmlu? Jew waħda li tagħti valur lill-benesseri, lill-kreattività u lill-iżvilupp sħiħ tal-persuna? Nemmen li din ir-riforma hija pass fid-direzzjoni t-tajba. Iżda bħalma għedt mill-bidu, dan irid ikun proċess kontinwu ta' smigħ u adattament. Il-kontribut ta' ġenituri, edukaturi u studenti jibqa' kruċjali. Għax l-edukazz- joni mhijiex xi ħaġa li nagħmlu lit-tfal imma hija ħaġa li nibnu magħhom. U jekk irridu tassew eduka- zzjoni li tipprepara lit-tfal għal futur li għadu qed jinbidel, irridu nibdew billi nagħtuhom, mhux biss għarfien, iżda wkoll il-ħin u l-ispazju biex jikbru bħala persuni sħaħ. Bilanċ, mhux piż: Irridu nibdlu l-mod kif inħarsu lejn il-homework Ir-riċerka turi li l-valur tal-homework ma jinsabx fl-ammont tiegħu, iżda fil-mod kif ikun imfassal Membru Parlamentari tal-Partit Laburista RAMONA ATTARD 10 aħbarijiet IL-ĦADD 26 T'APRIL 2026 • illum opinjoni

