Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544873
Kienet ġimgħa aktar imqanqla mill-ġimgħa ta' qabel, fejn rajna l-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista jisparaw lejn xulxin fuq l-allegat kuntrabandist taż-żejt. Isem li l-Prim Ministru Robert Abela ma jridx jikxef imma li jista' jkun aktar minn isem wieħed. Din il-gazzetta ma setgħetx tikkonferma jekk il-Prim Ministru kienx qed jir- referi għal Darren Debono jew għal Gordon Debono. Kienet il-ġimgħa meta ż-żewġ partiti xprunaw ruxxmata ta' proposti ġodda bil-għan li jikkompetu ma' xulxin. Ġimgħa ddominata minn bidliet fil-faxex tat-taxxi, kif ukoll għotjiet sostan- zjali għal kull settur u bidliet radikali fit-taxxa tas-suċċessjoni mill-PN. U fil-Partit Laburista kien hemm għarfien li l-kap tal-PN Alex Borg kellu għalfejn jittieħed aktar bis-serjetà mill-pre- deċessuri tiegħu Adrian Delia u Bernard Grech. Rajna wkoll il-Kap tal-Op- pożizzjoni Alex Borg u l-Prim Ministru Robert Abela jkom- plu jindirizzaw il-mass rallies. Fil-bidu tal-ġimgħa rajna l-bidu ta' trikki trakki bl-allegazzjoni u r-reazzjoni tal-Prim Minis- tru għas-suġġeriment tal-PN li jbiddlu l-Hurds' Bank f 'fuel hub. Robert Abela kien pront u allega li l-PN ħa din l-idea mill-ikbar kuntrabandist ta' Malta, proposta skont Abela li l-Gvern kien skarta. Allegazzjoni li Borg innegaha permezz ta' affidavit ġuramentat u argumenta li l-idea u l-proposta ġiet imfassla mill-Inġinier Oliver Cini li huwa wkoll kandidat tal- PN. Kien hemm sentiment li l-PN beda jirranka mill-ġimgħa l-oħra b'aktar attivisti u persuni preżenti fir-rallies tagħhom. Iżda minkejja kollox sondaġġ minn Vincent Marmara baqa' juri li l-PL għadu fuq quddiem b'29,000 vot. Meta staqsejna żewġ osservaturi politiċi fuq dan ir-riżultat qalulna hekk: "Naħseb li dak is-sondaġġ għandu d-difetti kbar tiegħu, fost- hom li ma jikkunsidrax u jelimina dawk li ma rrispondewx. Diġà kien mar żmerċ fl-aħħar sondaġġ tal-Parlament Ewropew meta qal li l-Labour ħa jirbaħ b'27,000 vot u infatti rebaħ bi 8,000 vot. Ap- parti hekk, ma nafx kemm jaqbel għal-Labour li juri li qed igawdi minn distakk kbir. L-osservatur l-ieħor qal: "Sondaġġi oħra mhux qed jaqblu ma' dawn iċ-ċifri, u hemm prob- lema kif ninterpretaw dak li qed jgħidu, ma nafx, ma jridx nivvota u ma jridx nirrispondi. Mill-pas- sat nitgħallmu li dawn jissarrfu f 'voti wkoll." Kien hemm ukoll kummenti fuq il-kampanja. "Alex Borg għan- du aktar kariżma minn Abela, imma mbagħad Abela jidher li għandu aktar kontenut. Il-kam- panja tal-Billboards tal-PN aħjar mill-PL." "Apparti hekk, il-PN qed joqgħod attent li ma jsemmix ko- rruzzjoni jew inkella isem Joseph Muscat biex ma jqanqalx ħama u reazzjoni negattiva." "Il-Partit Laburista jidher li se jirbaħ, imma l-mistoqsi- ja b'kemm. Min-naħa l-oħra m'hemmx dubju li l-PN fadallu fejn jikber u jista' jissorprendi." Illum il-partiti jorganizzaw żewġ mass meetings, il-Labour fil-Kottonera u l-PN fis-Siġġiewi. www.illum.com.mt NRU 1011 €1.50 IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 6 PAĠNA 7 Intervista ma' Jonathan Abela, Darren Carabott, Mark Spiteri Gambin u Mario Mallia Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar reviżjoni sħiħa tal-liġijiet tat-taxxa tas-suċċessjoni f 'Mal- ta, waqt li ntroduċa sensiela ta' eżenzjonijiet u posponimenti ta' ħlas immirati biex jipprevjenu lill-familji milli jkunu mġiegħla jbiegħu proprjetà li jirtu sabiex iħallsu t-taxxi. Abela kien kritiku ferm tal-proposta tal-Partit Nazzjonalista dwar it-taxxa tas-suċċessjoni, li qal se ddur kontra l-istess familji li suppost tgħin, filwaqt li nsista li l-proposti tal-Partit Laburis- ta kienu r-riżultat ta' xhur ta' ħidma ma' esperti legali u fiskali u kienu msejsa fuq il-ġustizzja soċjali aktar milli fuq il-popolarità elettorali. Abela jattakka l-proposta PN fuq it- taxxa tas- suċċessjoni MHUX ĊAR JEKK L-ALLEGAT KUNTRABANDIST TAL-FUEL HUWIEX DARREN DEBONO JEW GORDON DEBONO TRIKKI TRAKKI BEJN IŻ-ŻEWĠ PARTITI Robert Abela Alex Borg
