MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 May 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544873

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 15

Robert Abela u Alex Borg P roposta wara l-oħra tal-Partit Laburista f 'din il-kampanja elettorali qed iħallu impatt pożittiv qa- wwi fuq il-Maltin u l-Għawdxin ta' rieda tajba. Dan għaliex jirriflettu l-qagħda ekonomika b'saħħitha ta' pajjiżna waqt li jgħinuna nitfgħu ħarsitna fuq ġejjieni saħansitra aħjar. Xejn inqas din ir-realtà fis-settur tad-diżabbiltà li fih, matul l-2025 u din is-sena sal-lum, rajna jseħħ tisħiħ kontinwu u jittieħdu iniz- jattivi fejjieda li komplew isaħħu s-servizzi u l-appoġġ tagħna waqt li bla dubju tejbu l-kwalità tal-ħajja tal-persuni b'diżabbiltà u l-familji u carers tagħhom. Il-proposti tal-PL — studjati u mmirati biex jolqtu b'mod dirett lill-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu wara konsultazzjoni wiesgħa — huma miġburin fi pjan ħolistiku li jinkludi lil kulħadd, mhux biss f 'termini finanzjarji iżda wkoll biex kull wieħed u waħda minna jkollna ħajja "eħfef, isbaħ u aħjar" skont il-prinċipji tal-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-ġustizzja soċjali. Fejn jidħol is-settur tad-diżab- biltà, il-Partit Laburista qed joffri li mhux biss ikompli jkun ta' spalla, iżda li din tkun l-isħeħ waħda fl-is- torja. Dejjem emminna li l-ġenituri tal-persuni b'diżabbiltà jistħoqqil- hom l-għajnuna kollha possibbli. Qegħdin niddikjaraw li se nkom- plu nwiżnuhom għax għalina jibqgħu prijorità. Huwa għalhekk li se jibqgħu jħallsu t-taxxa bir-rata tal-ġenituri, iżda issa sakemm uliedhom jagħlqu 23 sena, u f 'każ ta' tfal b'diżabbiltà severa, sakemm jibqgħu jieħdu ħsiebhom. Proposta oħra xejn inqas sini- fikanti hija dik dwar l-ispejjeż fuq it-terapija tat-tfal. Waqt li fil-Baġit għal din is-sena konna ħabbarna li l-ġenituri jistgħu jitolbu lura sa €1,000 fis-sena permezz ta' skema ta' rifużjoni fuq spejjeż ta' terapija mħallsa għal uliedhom (l-iskema qabel kienet toffri biss kreditu fuq it- taxxa), bil-proposta fil-manifest "Int Malta: Il-Ħolma Tiegħek. Il-Proġett Tagħna" il-ħlas għas-sessjonijiet ta' terapija għal tfal li huma taħt it-18-il sena b'diżabbiltà jew kundizzjonijiet newrodiverġenti se jerfagħhom il- Gvern. B'hekk inkunu qed inneħħu l-piż finanzjarju minn fuq il-familji li jieħdu 'l uliedhom għal terapiji bħall-occupational therapy, speech and language therapy, u physio- therapy fil-privat, kif ukoll fil-każ ta' appuntamenti l-isptar. Dan bla dubju huwa sostenn konkret u effettiv li permezz tiegħu l-ġenituri jkunu jistgħu jiffukaw serenament fuq l-iżvilupp tat-tfal tagħhom. Rajt b'għajnejja sikwit l-imħabba u d-dedikazzjoni ta' dawn il-ġenituri u nħossni kburija bis-sehem tal-PL f 'dan is-set- tur u bil-proposti li qed iressaq għall-ġudizzju tal-poplu. Minbarra li qed nipproponu li l-Carer's Grant għall-ġenituri ta' tfal b'diżabbiltà severa nirdup- pjawha biex b'hekk tiġi ekwivalenti għall-paga minima, se jibbenefikaw ukoll minn ħamest ijiem ta' carers leave mħallas waqt li l-leave jkunu jistgħu jaqsmuh f 'sigħat skont il-konvenjenza tagħhom. Il-proġett pilota li permezz tiegħu tfal bejn it-tlieta u l-ħames snin bl-awtiżmu jingħataw lez- zjonijiet tal-għawm b'xejn, issa qed ikun propost li nifirxuh għat-tfal kollha biex hekk niżguraw li t-tfal tagħna jkunu siguri fil-baħar jew fil-pixxina. Kemm fil-qasam tal-persuni b'diżabbiltà, kif ukoll fejn jidħol il-volontarjat, ix-xogħol li twettaq u l-kisbiet li saru, jagħmlulna kuraġġ u jseddquna fil-ħidma tagħna. Qabel stajna nsaħħu l-impenn finanzjarju kif qed nagħmlu b'dawn il-proposti, huwa xieraq li nsemmu dak li kien preludju kruċjali — il-liġijiet ta' protezzjoni għall-persuni b'diżabbiltà biex waqt li jissaħħu d-drittijiet tagħhom, ħadd ma jkun jista' jiddiskrimina kontrihom jew jisfruttahom. Fil-qasam tal-volontarjat, kellna wkoll l-akbar żieda fil-baġit u l-fon- di allokati għall-għaqdiet volontarji sabiex dawn ikunu jistgħu jsaħħu l-ħidma speċifika tagħhom u jilħqu aktar nies fil-komunità. Ħarsitna tibqa' fuq il-ġejjieni għal aktar kisbiet li nistgħu nwettquhom jekk il-poplu jogħġbu jislifna mill- ġdid it-tmexxija ta' dan il-pajjiż ħawtiel u ġeneruż. 08 aħbarijiet IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2026 • illum opinjoni Persuni b'diżabbiltà u l-ġenituri/ kustodji tagħhom Il-ġenituri tal-persuni b'diżabbiltà jistħoqqilhom l-għajnuna FUQ TVM • IL-ĦAMIS 21 TA' MEJJU • 9.15PM Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat JULIA FARRUGIA PORTELLI

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 May 2026