Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544873
15 kotba IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2026 • illum Miġjuba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Fil-paġna letterarja tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal dil-ġimgħa, Ħaley Xuereb issellem lil Lina Brockdorrf li ħallietna ftit tal-ġimgħat ilu, billi taqra l-aħħar ktieb tagħha li ġie ppubbikat wara mewtha. Il-ħlewwa fil-kitba ta' Brockdorrf tikkonvinċiha li kollox għandu postu fil-ħajja, għax finalment, "Kollox jgħaddi", kif jgħidulna l-grupp mużikali Brodu. Tfakkarni fil-ħlewwa, apposta Kont se nsemmi din ir-riċens- joni Il-valur tas-sempliċità fil-letteratura. Imma minbarra li kien ikun titlu kemxejn nej, "sempliċità" mhijiex il-kelma t-tajba biex tiddeskrivi l-kitba ta' Lina Brockdorff. Is-sempliċi ħafna drabi jimplika nuqqas ta' fond jew ta' kumplessità, waqt li fil-kitbiet qosra tagħha, b'Malti mużikali li jħaddnek miegħu, hemm tlellixa ta' kuluri emozz- jonali roża-dehbijin sħaħ. Minflok, se nsemmi l-kolonna Tfakkarni fil-ħlewwa, apposta. Għax il-proża ta' Brockdorff mhi- jiex innoċenti, imma deliberata- ment ħelwa, ġentilment spiritwali. Ċerta ħlejja li llum kważi sparixxiet mil-letteratura. F'Nerġgħu Niltaqgħu (Horizons), l-aħħar ġabra tagħha ippubblikata wara mewtha, Brockdorff tibqa' fidila lejn din il-viżjoni letterarja sal-aħħar. Il-qarrej malajr jinduna li dawn l-istejjer ma jridux iħallu warajhom ħasdiet jew dagħbien ta' għeja. Huma stejjer li jfittxu ċertu bilanċ morali, li jħalluk b'ferħa ċkejkna għall-karattri. In-nies iweġġgħu, iva, iżda mhux b'mod irriversibbli. Ir-relazzjoni- jiet jitħawdu, iżda ġeneralment ma jitfarrkux. U l-imħabba tibqa' preżenza kważi inevitabbli, forza li fl-aħħar mill-aħħar torganizza l-ka- os tal-esperjenza umana. "Kollox jgħaddi" — kif jgħidulna l-Brodu fl-iżjed album riċenti tagħhom. Dan jista' jidher problematiku għall-qarrej modern. Il-letteratura tas-seklu għoxrin għallmitna nas- soċjaw il-kobor artistiku mal-kriżi. Minn Dostoevsky sa Kaa, minn Beckett sa Sylvia Plath, il-letter- atura moderna ħafna drabi bniet il-prestiġju tagħha fuq il-kapaċità li tesponi l-falliment tal-bniedem, l-assurdità tal-eżistenza, il-vjolenza moħbija taħt il-ħajja ta' kuljum. Il-karattri moderni huma fram- mentati, mitlufa, maqtugħin minn kull sens ta' ċertezza spiritwali jew emozzjonali. F'dan il-kuntest, il-kitba ta' Brockdorff tista' tidher antikwata, kważi skomda fil-fidi soda tagħha fil-ħlewwa. Iżda forsi din hija proprju l-aktar ħaġa interessanti dwarha. Għax il-letteratura mhux dejjem kellha l-funzjoni li tkisser l-illuż- jonijiet tal-bniedem, jew tisħaq u tiaħ dawl solament fuq it-tbatija. Il-letteratura hija wkoll mezz ta' faraġ. Aristotli, fil-Poetics, jitkellem dwar il-katarsi; il-purifikazzjoni emozzjonali li t-traġedja tipproduċi fil-qarrej jew fl-ispettatur. Imma mhux kull katarsi trid tiġi permezz tal-biża' jew tat-traġedja. Xi drabi l-katarsi tiġi permezz tal-faraġ, permezz tas-sensazzjoni li minkejja kollox għad hemm ordni morali possibbli fid-dinja. Brockdorff tikteb minn din it-tradizzjoni. Ma tippreżentax il- ħajja bħala assurda jew niħilistika. Tippreżenta l-ħajja bħala ċirku ta' interazzjoni fejn il-ġentilezza għad għandha valur. Tikteb dwar l-armla li ssib l-imħabba, it-tfal tal-ġirien miġġildin li jsibu l-imħabba, dwar Milidijiet sbieħ. Dan m'għandux iwaqqa' lill-kitba tagħha ħdejn let- teratura aktar "serja", iżda jagħmil- ha differenti fil-funzjoni tagħha. Brockdorff tagħraf udjenza ta' nies li għaddew minn qtigħ ta' qalb, u bil-kitba tagħha tfittex li tagħti- hom wens. Hawnhekk wieħed jista' jaħseb ukoll fil-filosfu Emmanuel Levinas, li jqiegħed l-etika tal-laqgħa mal- ieħor fiċ-ċentru tal-esperjenza umana. Għal Levinas, il-bniedem ma jsibx it-tifsira permezz tad-dominazzjoni jew tal-intellett biss, iżda permezz tar-responsab- biltà lejn l-ieħor. Il-kitba ta' Brock- dorff ħafna drabi tidher mibnija proprju fuq din l-etika tal-kura, ta' bniedem ma' ieħor, ta' interazzjoni. Hemm ukoll dimensjoni femminista importanti fil-proża ta' Brockdorff. Il-kitba tagħha tagħti valur lil esperjenzi li storikament ġew meqjusa "żgħar" proprju għax kienu marbuta man-nisa: id-dar, il-kura, il-ħajja emozzjonali ta' kuljum, ir-relazzjonijiet. Il-kanonu letterarju Ewropew ilu għal sekli jagħti aktar prestiġju lill-kriżijiet maskili: il-gwerra, il-vjolenza, il-ġenn, l-aljenazzjoni, waqt li l-intimu u d-domestiku spiss tqiesu sentimentali jew sekondarji. F'dan is-sens, Brockdorff tikteb minn tradizzjoni li tinkludi lil Jane Aus- ten, Natalia Ginzburg u Elizabeth Gaskell: awturi li sabu profondità mhux fil-katastrofi iżda fil-ħajja ordinarja. Brockdorff tirriuta l-idea li l-letteratura trid bilfors tkun brutali jew frammentata biex tkun serja. U għalkemm il-proża tagħha xi drabi tista' tidher prevedibbli wisq, xorta tibqa' tinsisti fuq xi ħaġa li l-letteratura moderna ħafna drabi titlef. Titlef li l-kura, il-faraġ u t-tenerezza huma wkoll veritajiet umani denji tal-arti. Dan ma jfissirx li l-kitba tagħha hija mingħajr limitazzjonijiet. Fil-fatt, wieħed jista' jagħmel kritika serja ħafna tal-mod kif il-ġabra, minkejja li tiaħ b'sit- wazzjonijiet ta' "dwejjaq", kultant tevita l-ambigwità vera tal-ħajja. Il-kunflitti ħafna drabi jiġu solvuti b'mod wisq armonjuż, u ċerti stejjer iħallu l-impressjoni li l-uġigħ qatt ma jitħalla jinfetaħ kompleta- ment. Hemm riskju li l-ħlewwa ssir formula, li l-faraġ jittrasforma ruħu f 'forma ta' ripetizzjoni emozzjonali. Madankollu, il-kritika ta' din il-kitba trid tkun ġusta. Mhux kull letteratura għandha l-istess għan. Jekk niġġudikaw lil Brockdorff biss skont kriterji modernisti jew postmodernisti, li ħafna drabi jagħtu prijorità lill-frammentazz- joni, il-kumplessità psikoloġika, l-ironija u l-esperimentazzjoni formali, inkunu qed nitolbuha tkun tip ta' awtriċi li qatt ma riedet tkun. Possibbilment, l-aktar storja fejn Brockdorff tidher mistrieħa u kom- pletament fil-post tagħha bħala awtriċi hija Samwela. F'din l-istorja, hija tispira ruħha mill-ġrajja biblika tat-twelid ta' Ġesù biex toħloq nar- rattiva tagħha. Hawnhekk tidher fil-milja tagħha: awtriċi li twaħħad l-istudji tagħha fit-teoloġija, l-espe- rjenzi ta' għalliema tal-primarja, u ta' mara impenjata fil-volontarjat u fil-ħidma komunitarja. Dan il-proġett letterarju tagħha jidher ieħor: li tippreserva ċerta umanità emozzjonali kontra kultu- ra dejjem aktar ċinika u mgħaġġla. Hawnhekk il-fatt li Nerġgħu Niltaqgħu hija ġabra postuma jsir essenzjali għall-interpretazzjoni tagħha. Il-letteratura postuma dejj- em iġġorr magħha piż filosofiku partikolari. Meta awtur imut, it-test jieqaf ikun xogħol "miuħ". Ma jistax jerġa' jinbidel, jiġi kkoreġut jew estiż. Il-kliem jibqa' kristallizzat bħala l-aħħar forma possibbli tal- vuċi tiegħu. Roland Barthes darba kiteb dwar "il-mewt tal-awtur", jiġifieri l-idea li t-test, ladarba jiġi ppubblikat, ma jibqax jappartjeni lill-kittieb iżda lill-qarrej. Fil-każ ta' xogħol postumu, din il-meta- fora ssir litterali. Il-vuċi tibqa', iżda l-persuna tkun sparixxiet. Dan jagħti lil Nerġgħu Niltaqgħu ċerta melankonija inevitabbli. Il-qarrej jibda jara l-kitbiet mhux biss bħala stejjer, iżda bħala traċċi ta' preżenza umana li għadha tip- prova tibqa' magħna. Forsi għalhekk il-ħlewwa ta' Brockdorff tikseb saħħa akbar meta tinqara f 'dan il-kuntest. Issir speċi ta' reżistenza. F'dinja letterarja li ħafna drabi tiċċelebra l-kesħa intellettwali jew il-qerda emozz- jonali, Brockdorff tibqa' tinsisti fuq il-valur tal-kura, tal-ġentilezza u tal-faraġ. U anke jekk din il-viżjoni mhux dejjem tilħaq il-kumplessità psikoloġika tal-letteratura l-kbira Ewropea, xorta waħda għandha valur kulturali u uman profond. Fl-aħħar mill-aħħar, il-ġabra Nerġgħu Niltaqgħu tfakkarna li l-letteratura mhux bilfors trid tħalli lill-qarrej mifni biex tkun impor- tanti. Xi drabi l-akbar sfida artistika mhijiex li tikxef id-disperazzjoni tal-bniedem, iżda li tibqa' temmen fit-tenerezza, f 'tgħanniqa spiritwa- li, minkejja kollox. U aktarx, dik hi l-isbaħ tislima. Is-sliem, Lina!

