MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 10 May 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544873

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 15

03 illum • IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2026 Il-Kamra tal-Kummerċ u l-MEA jgħidu li xi proposti jistgħu jheddu s-sostenibbiltà u jżidu l-piż fuq min iħaddem u t-taxpayers Wegħdiet sbieħ jew bomba ekonomika? IL-KORPI TAN-NEGOZJU JWISSU DWAR IL-PROPOSTI TAŻ-ŻEWĠ PARTITI JAELLE BORG Iż-żewġ partiti ewlenin qed jagħmlu numru ta' proposti f 'din il-kampanja elettorali mingħajr analiżi komprensiva tal-impatt tagħhom. Dan skont il-Kap Eżekuttiv taċ-Chamber of Commerce, Enterprise and Industry, Marthese Portelli, li qalet lil din il-gazzetta li hemm numru ta' proposti prob- lematiċi li jistgħu jġibu magħhom riskji ekonomiċi serji. Hija spjegat li hemm nuqqas ta' ċarezza dwar kif ċerti miżuri se jaffettwaw il-produttività u l-kom- petittività fit-tul tal-ekonomija. Portelli semmiet b'mod par- tikolari proposti bħad-dritt legali li wieħed jitlob xogħol remot, sigħat flessibbli, arranġamenti ta' xogħol ikkompressat u l-introduzzjoni ta' ġimgħa ta' erbat ijiem xogħol. Skontha, għalkemm dawn il-miżuri jistgħu joffru benefiċċji f 'ċerti ċirkostanzi, l-implikazz- jonijiet tagħhom fuq l-output, il-provista tax-xogħol u l-kontin- wità operattiva tan-negozji jeħtieġu valutazzjoni aktar bir-reqqa. Il-Kamra sostniet li tnaqqis fil-produttività u fil-kompetittività jista' jolqot mhux biss lin-negozji iżda wkoll lill-impjegati. Portelli enfasizzat li s-sostenib- biltà tan-negozji hija essenzjali biex jiġu salvagwardjati l-impjiegi, u li miżuri li jfixklu din is-sostenibbiltà jista' jkollhom effetti negattivi fuq iż-żewġ naħat tas-suq tax-xogħol. Hija żiedet li dawn il-proposti jistgħu jwasslu għal żieda sostanz- jali fl-ispejjeż rikorrenti u kump- likazzjonijiet fis-suq tax-xogħol, mingħajr garanzija li se jiġu ġġenerati żidiet ekwivalenti fil-pro- duttività. Fl-istess waqt, Portelli osservat li d-dibattitu politiku attwali qed jiffoka aktar fuq id-distribuzzjoni tal-ġid milli fuq il-ħolqien sos- tenibbli tiegħu. Bħala alternattiva, Portelli qalet li approċċ aktar responsabbli għandu jiffoka fuq il-produttività, it-tras- formazzjoni diġitali, allinjament aħjar tal-ħiliet u effiċjenza akbar fl-amministrazzjoni pubblika. Hija temmet tgħid li l-Kamra tibqa' lesta li tidħol fi djalogu kostruttiv, kemm mal-Gvern, kif ukoll mal-Oppożizzjoni dwar dawn il-kwistjonijiet. Spejjeż u produttività Intant, il-Malta Employers Association ukoll esprimiet tħassib simili fi stqarrija maħruġa riċen- tement, fejn appellat għal aktar prudenza u realiżmu fil-wegħdiet elettorali. F'din il-gazzetta, ikkummentajna wkoll mal-assoċjazzjoni dwar dawn il-proposti, li qalet li qed tosserva "kompetizzjoni bejn il-partiti biex joffru miżuri li fl-aħħar mill-aħħar ikollhom jitħallsu minn min iħad- dem u mit-taxpayers" . L-assoċjazzjoni enfasizzat li kwalunkwe estensjoni tal-ar- ranġamenti flessibbli trid tkun akkumpanjata minn miżuri li jikkumpensaw għal telf potenzjali fil-produttività, bħal investiment fit-teknoloġija jew żieda fl-imp- jiegi — li iżda jwasslu għal żieda fl-ispejjeż. Skont survey li sar fost min iħad- dem, 72% diġà joffru arranġamenti flessibbli, filwaqt li f 'ħafna setturi biss porzjon żgħir tax-xogħol jista' jsir b'mod remot, li jillimita kemm dawn il-miżuri jistgħu jiġu estiżi. Il-Malta Employers Associ- ation qajmet ukoll dubji dwar l-affordabbiltà ta' ċerti wegħdiet, fosthom proposti dwar tnaqqis fil-kontijiet tal-enerġija u bonus annwali għall-ħaddiema, li skontha jistgħu jiswew madwar €200 miljun fis-sena. Fl-istess waqt, appellat biex il-politiki ekonomiċi jikkunsidraw aħjar l-impatt fit-tul, inkluż fuq id-dejn nazzjonali u s-sostenibbiltà tal-mudell ekonomiku. Fl-aħħar mill-aħħar, bejn wegħdiet li jdoqqu tajjeb fuq il-palk elettorali u twissijiet minn min iħaddem dwar ir-realtajiet ekonomiċi, jibqa' sens ċar ta' tens- joni bejn dak li hu popolari u dak li hu sostenibbli. Filwaqt li l-proposti jistgħu joffru benefiċċji immedjati u jintlaqgħu tajjeb mill-elettorat, il-mistoqsija li qed tippersisti hija jekk dawn humiex mibnija fuq pedamenti ekonomiċi sodi jew jekk humiex sempliċement kont li se jiġi ppreżentat aktar 'il quddi- em. Kif qed jissuġġerixxu l-korpi tan-negozju, il-veru test ta' dawn il-wegħdiet mhux se jkun kemm huma attraenti llum, iżda kemm se jibqgħu sostenibbli meta l-kam- panja tispiċċa u tibda r-realtà. Il-proposta tal-Partit Laburista biex kull ħaddiem jirċievi bonus annwali ta' €1,000 kompliet tqajjem diskussjoni politika u ekonomika hekk kif il-kampanja elettorali qed tkompli tintensi- fika. Il-miżura kienet imħabbra aktar kmieni din il-ġimgħa mill-Prim Ministru Robert Abela waqt attiv- ità politika, fejn qal li taħt gvern Laburista ġdid il-bonus se jingħa- ta lill-impjegati, self-employed, studenti li jaħdmu u pensjonanti li għadhom attivi fid-dinja tax-xog- ħol. Skont il-pjan imħabbar, il-bonus se jingħata bħala rata fissa, indip- endentement mil-livell tad-dħul, filwaqt li part-time workers b'sal- arju ta' mhux aktar minn €12,000 fis-sena se jibbenefikaw minn bonus ta' mill-inqas €500. Il-Prim Ministru qal li l-miżura hija maħsuba biex tkompli ssaħħaħ il-poter tax-xiri tal-familji u tir- rikonoxxi l-kontribut tal-ħaddiema lejn l-ekonomija Maltija. Il-propos- ta hija mistennija tiswa madwar €200 miljun fis-sena. Madankollu, it-tħabbira qajmet ukoll mistoqsijiet dwar kemm miżura bħal din hija sostenibbli fit-tul, jekk hijiex ekonomikament realistika u jekk għandhiex titqies bħala miżura elettorali maħsuba biex tattira voti qabel l-elezzjoni ġenerali. Fid-dawl ta' dawn id-diskuss- jonijiet, din il-gazzetta tkellmet mal-General Workers' Union biex tiem aħjar il-pożizzjoni tal-union dwar il-bonus propost mill-Partit Laburista. Mistoqsija dwar il-pożizzjoni tagħha fuq il-miżura, il-GWU qalet li tappoġġja l-proposta għax tqisha bħala "turija ta' rikonoxx- iment tal-ħidma sfiqa li jagħmlu l-ħaddiema biex illum il-pajjiż għandu dan is-suċċess ekonomiku". L-union sostniet li wara snin ta' tkabbir ekonomiku, il-ħaddiema għandhom jaraw benefiċċju dirett fil-bwiet tagħhom, partikolarment fi żmien meta ħafna familji qed iħossu l-pressjoni tal-għoli tal- ħajja. Il-GWU ġiet mistoqsija wkoll jekk tqisx il-miżura bħala pass pożittiv fit-tul jew sempliċement inizjattiva temporanja marbuta mal-kampanja elettorali. Fir-risposta tagħha, il-union insistiet li miżura bħal din għandha tkun waħda permanenti u mhux limitata għal mument politiku partikolari. "Hu pass pożittiv ħafna u al- laħares din il-miżura hija biss waħ- da temporanja," sostniet il-GWU. Waħda mill-akbar kritiċi li qed issir fil-konfront tal-proposta hija li din tista' tkun forma ta' "giveaway" elettorali mmirata biex tattira voti qabel l-elezzjoni ġenerali tat-30 ta' Mejju. Meta mistoqsija direttament dwar dan, il-GWU ċaħdet din il-karatterizzazzjoni u qalet li l-fokus għandu jibqa' fuq il- valur tax-xogħol u l-kontribut tal-ħaddiema lejn l-ekonomija. "La hija proposta ta' giveaway u lanqas hija proposta ta' voti. Il-proposta għandha tkun im- mirata biex tippromovi l-ħidma u l-kontribut lejn l-ekonomija tal-ħaddiema," qalet il-union. Il-GWU qalet ukoll li l-miżuri ekonomiċi għandhom jiġu evalwati mhux biss mill-ispiża tagħhom iżda wkoll mill-impatt li jistgħu jkollhom fuq il-ħajja tal-ħaddiema u fuq il-produttività fil-postijiet tax-xogħol. Mistoqsija dwar kemm il-proposta hija ekonomikament sostenibbli fit-tul, il-union sostniet li inizjattivi li jżidu d-dħul dis- ponibbli tal-ħaddiema jistgħu jservu bħala investiment dirett fl-ekonomija. "Il-miżuri li jolqtu u jitfgħu l-flus fil-bwiet tal-ħaddiema mhux biss ikunu ekonomikament sostenibbli imma wkoll jimmotivaw il-pro- duttività u l-well-being fil-postijiet tax-xogħol," sostniet il-GWU. Il-union argumentat li meta l-ħaddiema jkollhom aktar stab- biltà finanzjarja u aktar sigurtà ekonomika, dan jista' jwassal għal ambjent tax-xogħol aktar b'saħħtu u produttiv. Minkejja l-appoġġ tagħha lejn il-proposta, il-GWU insistiet li kull miżura elettorali għandha tkun ibbażata fuq kalkoli ċari u sostenib- bli sabiex ma jinħolqux piżijiet ekonomiċi fil-futur. "L-appell tagħna hu li l-propos- ti jkunu costed u maħsuba biex intejbu l-ħajja tal-akbar riżorsa ta' dan il-pajjiż, jiġifieri l-ħaddiema," temmet tgħid il-union. Il-proposta tal-bonus ta' €1,000 mistennija tibqa' waħda mill-aktar miżuri diskussi fil-kampanja elet- torali, hekk kif il-partiti politiċi qed ikomplu jippreżentaw il-wegħdiet ekonomiċi tagħhom lill-elettorat. Filwaqt li l-Partit Laburista qed jippreżenta l-miżura bħala mod dirett biex il-familji jibbenefikaw mis-suċċess ekonomiku tal-pajjiż, il-kritika dwar l-ispiża tagħha u l-fattibbiltà fit-tul mistennija tibqa' parti ċentrali mid-dibattitu politiku fil-ġimgħat li ġejjin. Marthese Portelli osservat li d-dibattitu politiku attwali qed jiffoka aktar fuq id- distribuzzjoni tal-ġid milli fuq il-ħolqien sostenibbli tiegħu Il-GWU tiddefendi l-bonus ta' €1,000 tal-PL

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 10 May 2026