Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544873
illum • IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2026 07 Fuq Xtra, Saviour Balzan tkellem mal- Ministru Jonathan Attard f' isem il- Partit Laburista u lil Darren Carabott f' isem il-Partit Nazzjonalista, filwaqt li b'kollegament ingħaqdu wkoll Mark Camilleri Gambin minn Momentum u Mario Mallia minn ADPD Meta mistoqsi jekk il-partiti humiex qed iwiegħdu wisq miżuri mingħajr ma jkunu jistgħu jwettquhom, Carabott qal li kull wegħda trid tkun waħda realistika u implimentabbli intervista L-ekonomija, it-taxxa, il-but u l-ambjent... il-prijoritajiet tal-partiti f 'din l-elezzjoni It-temi li qed jiddominaw din il-kampanja elettorali, fosthom l-ekonomija, il-governanza, il-propjetà, it-taxxa, it-traffiku u l-ambjent, tqajmu f 'interv- ista ma' esponenti ta' diversi partiti. Il-ministru tal-ġustizzja Jona- than Attard sostna li l-Gvern La- burista kien konsistenti fil-mod kif mexxa lill-pajjiż tul il-pan- demija u kriżijiet oħra internaz- zjonali. Huwa qal li l-prijorità tal-gvern hija dejjem li joħloq ċertezza u stabbiltà ekonomika sabiex in-nies ma jħossux piżijiet akbar fi żminijiet diffiċli. Skont Attard, il-Partit Laburista għan- du rekord ċar ta' miżuri li jgħinu lin-nies. Min-naħa tiegħu, Darren Carabott qal li l-Partit Nazzjon- alista kien ilu xhur jipprepara għall-elezzjoni u minkejja li din issejħet sena qabel iż-żmien kienu ilhom jikkonsultaw ma' setturi differenti u esperti dwar il-programm tal-partit. Huwa sostna li Malta kienet l-uniku pajjiż li sejħet elezzjoni bikrija bi skuża taċ-ċirkostanzi marbu- ta mal-gwerra fl-Iran, filwaqt li sostna li r-raġuni vera wara din id-deċiżjoni għadha mhix magħrufa. Iddikjara li lesti jkunu "l-gvern il-ġdid li jmiss." Meta mistoqsi jekk il-parti- ti humiex qed iwiegħdu wisq miżuri mingħajr ma jkunu jistgħu jwettquhom, Carabott qal li kull wegħda trid tkun waħda realistika u implimentabbli. Huwa sostna li l-PN qed joħroġ bi proposti maħsuba biex jindi- rizzaw il-problemi reali tan-nies, speċjalment l-għoli tal-ħajja. Attard, min-naħa tiegħu, wieġeb li l-Partit Laburista għandu kredibilità akbar għax għandu storja ta' twettiq ta' dak li jwiegħed. Qal li n-nies taf li tista' jafda lill-PL għax il-partit dejjem kien konsistenti fil-ħidma tiegħu. Dwar il-governanza, Attard sostna li n-nies tinteressahom il-governanza tajba u l-gvern ħa passi biex din tissaħħaħ. Qal li l-partit qed jagħti wkoll importanza lill-kwalità tal-ħajja u l-benesseri lil hinn mis-sem- pliċi aspetti finanzjarji. Innota li waħda mill-akbar sfidi li jiltaqa' magħha meta jitkellem man-nies hija l-prezz tal-propjetà. Għal- hekk, qal li l-gvern se jkompli joħroġ bi skemi biex jgħin lill-familji u liż-żgħażagħ jixtru d-dar tagħhom. Dwar jekk il-PN hux se jit- kellem aktar fuq il-governanza tajba, Carabott fakkar li huwa mexxa l-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi li investiga diversi kun- tratti tal-gvern. Skontu, dan juri li l-PN għandu pożizzjoni ċara ta' tolleranza żero għall-korruzz- joni u favur governanza serja. Qamet ukoll diskussjoni dwar il-proposta tal-PN li titneħħa t-taxxa fuq is-suċċessjoni. Carabott qal li hemm familji li jispiċċaw f 'diffikultà biex iħallsu t-taxxa fuq il-propjetà li jirtu mingħand il-ġenituri tagħhom. Meta tqajjem il-punt dwar jekk din il-miżura tgħinx aktar lil min għandu ħafna proprjetajiet, Carabott spjega li l-proposta hija maħsuba għall-wirt tal-familja u mhux għal imperi tan-negozju ta' proprjetà. Attard, iżda, sostna li kull miżura trid tkun ibbażata fuq il-prinċipju tal-ġustizzja soċjali u li l-għajnuna għandha tkun iffukata fuq dawk li għandhom l-akbar bżonnijiet. Id-dibattitu dar ukoll fuq it- taxxa u l-għoli tal-ħajja. Car- abott tkellem dwar il-proposta tal-PN biex jinbidlu l-faxex tat- taxxa sabiex il-ħaddiema jżom- mu aktar flus fil-but tagħhom. Attard qal li l-miżuri tal-gvern għandhom jitqiesu fil-kuntest kollu tagħhom, hekk kif hemm diversi għajnuniet soċjali maħsu- ba biex ħadd ma jaqa' lura. Tema oħra ewlenija kienet dik tat-traffiku u l-popolazzjo- ni. Carabott qal li l-PN għandu proposti lesti dwar dawn l-isfidi u li dawn se jitħabbru matul il-kampanja. Huwa kkritika lill-gvern għax, skontu, il-prob- lemi li qed jaffaċċja l-pajjiż illum huma riżultat tal-politika tal-PL stess. Attard wieġeb li l-gvern dejjem affronta l-isfidi u investa fl-in- frastruttura. Qal ukoll li l-gvern għandu pjan realistiku għat- trasport filwaqt li akkuża lill-PN li xewwex kontra l-barranin. Fl-intervent tiegħu Mark Camilleri Gambin minn Mo- mentum qal li l-partit tiegħu għadu "baby fil-politika", iżda qed jipprova joffri politika dif- ferenti b'enfasi fuq il-governanza tajba u l-kontabilità. Camilleri Gambin spjega li Momentum twieled minn grupp ta' nies li kienu involuti fil-kampanja ta' Arnold Cassola għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Żied li l-partit mhux qed jipproponi "miżuri bombastiċi", iżda ideat li f 'pajjiżi oħra jitqiesu normali. Fost il-proposti msemmija kien hemm dik li l-assi tal-mem- bri parlamentari jiġu awditjati darba fis-sena sabiex tiżdied it-trasparenza fil-ħajja pubblika. Min-naħa tiegħu, Mario Mallia ta' ADPD qal li l-fokus tal-kampanja tagħhom huwa "ilkoll". Huwa sostna li Malta ma tistax tibqa' taħdem b'sistema fejn "winner takes it all" u qal li ħafna żgħażagħ iridu jaraw politiċi li jieħdu deċiżjonijiet diffiċli għall-ġid komuni. Mallia semma wkoll li t-tielet vuċi fil-politika tista' tagħmel differenza. Bħala eżempju, qal li ADPD, anke permezz tal-ħidma ta' Sandra Gauci, influwenzat lill-gvern biex parti mill-ekokon- tribuzzjoni tat-turisti tibda tmur għand il-Kunsilli Lokali. Mario Mallia enfasizza li t-traffiku huwa wkoll problema ambjentali u ta' saħħa pubblika. Huwa sostna li qabel proposti kbar u għaljin bħall-metrò biex jimpressjonaw lin-nies, il-pajjiż jista' jinvesti aktar f 'sistemi ef- fettivi ta' bus lanes dedikati biex it-trasport pubbliku jsir alternat- tiva vera effiċjenti. Fi tmiem il-programm, Jona- than Attard appella lin-nies biex jafdaw lill-Partit Laburista, fil- waqt li qal li l-PL dejjem mexxa lill-pajjiż b'serjetà u konsisten- za. Min-naħa l-oħra, Darren Carabott insista li l-PN huwa lest biex joffri direzzjoni ġdida lill-pajjiż b'viżjoni ekonomika u soċjali differenti. Mix-xellug: Jonathan Attard, Darren Carabott, Mark Camilleri Gambin u Mario Mallia

