MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 MAY 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544988

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

13 illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 Nitkellmu ma' Ivan Castillo Ivan Castillo, Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista li se jkun qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali fuq it-8 u t-12-il distrett tkellem ma' din il-gazzetta Għal min ma jafekx, min hu Ivan Castillo? Jien Ivan Castillo, miżżewweġ lil Corinne, u bħalissa nservi bħala membru parlamentari għat-12-il distrett mal-Par- tit Nazzjonalista, li jinkludi l-Mellieħa, San Pawl il-Baħar, Buġibba, il-Qawra, ix-Xemxija, u n-Naxxar, flimkien ma' żoni oħra fit-Tramuntana ta' Malta li ngħaqdu mad-distrett, bħall-Imġarr u Burmarrad. Jien ġej minn din il-komunità u nemmen fil-politika li tkun viċin in-nies u bbażata fuq ir-realtajiet ta' kuljum tagħhom. Kelli wkoll esperjenza fil-Kunsill Lokali tal-Mellieħa, fejn kont Minority Leader. Hemm tgħallimt aktar kemm hu importanti li tisma' u taġixxi fuq dak li verament qed jaffettwa lir-residenti. Fil-Parlament niffoka fuq temi li jolqtu direttament il-ħajja tan-nies fid-distrett tiegħi, bħat-traffiku, l-infrastruttura, l-iżvilupp u l-kwalità tal-ħajja. Nemmen f'politika prattika, viċin in-nies, u li tfittex soluzzjonijiet reali għall-problemi ta' kuljum. Però wkoll bħala Shadow Minister tax-Xogħol, settur Marittimu u Avjazzjo- ni nagħmel ħilti kollha biex niltaqa' ma' stakeholders u Social Partners sabiex nirrappreżentahom kollha bl-aħjar mod. Inti kandidat għall-elezzjoni ġener- ali. Fuq liema distretti se tikkontesta? Se nikkontesta fuq it-12 u t-8 distrett. Xi tħoss li huma l-ikbar sfidi li qed jaffaċċjaw in-nies f'dawn id-distretti, u xi tħoss li tista' tagħmel int biex ittaffi t-tħassib tan-nies? Nemmen li waħda mill-akbar sfidi li qed jaffaċċjaw in-nies fit-12 u t-8 distrett hija l-għoli tal-ħajja, partikolarment il-prezziji- et tal-kera u tal-proprjetà, kif ukoll it-traffi- ku u l-pressjoni fuq is-servizzi fil-lokalita- jiet tagħna. Ħafna familji u żgħażagħ qed isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-ispejjeż ta' kuljum u biex ikollhom kwalità ta' ħajja aħjar. Naħseb ukoll li hemm tħassib dwar l-indafa, is-sigurtà, u aktar spazji miftuħa u attivitajiet għaż-żgħażagħ u l-familji. Fuq it-12-il distrett hemm diversi sfidi serji li ilhom jiġu injorati. Fil-Mellieħa għad m'hemmx għassa tal-pulizija adegwata, minkejja ż-żieda qawwija fil-popolazzjoni u t-turiżmu. Fl-istess ħin, in-nuqqas ta' triq alternattiva qed iwassal għal problema kbira ta' traffiku li qed taffettwa l-kwalità tal-ħajja tar-residenti kuljum. Fix-Xemxija qed naraw żvilupp bla kontroll li qed jifga lill-komunità u jbiddel il-karattru tal-lokalità mingħajr biżżejjed ippjanar u rispett lejn ir-residenti. Min- naħa l-oħra, f'San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra, is-sigurtà u l-infurzar għandhom bżonn ikunu msaħħa b'investiment aktar serju fil-komunità u bi preżenza aktar viżibbli tal-awtoritajiet. L-Imġarr kiber ħafna u llum l-iskola mhix kbira biżżejjed biex tilqa' t-tfal kollha tal-Imġarr. Nixtieq naħdem favur investiment aktar b'saħħtu fil-komunitajiet tagħna, aktar in- frastruttura moderna, toroq aħjar, trasport aktar effiċjenti u inizjattivi li jgħinu lill-familji u lin-negozji lokali. Fuq kollox, irrid inkun persuna aċċessibbli li verament tirrappreżenta lin-nies u taħdem fl-inter- ess tagħhom. In-nies għandhom dritt għal lokalitajiet aktar siguri, aktar organizzati u bi kwalità ta' ħajja aħjar, u huwa dan li rrid inkompli naħdem għalih. Huwa appuntu għal- hekk li bħala kandidat, irrid inkun viċin in-nies, nisma' aktar il-problemi tagħhom u naħdem biex dawn il-vuċijiet jaslu fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet. X'inhu dak li jiddistingwik minn kan- didati oħrajn? Nahseb kull persuna għandha t-tajjeb tagħha u tista' toffri progress lil pajjiżna. Dak li jiddistingwini minn kandidati oħra huwa li jien persuna viċin in-nies u nifhem ir-realtajiet ta' kuljum tagħhom. Nemmen fil-politika bbażata fuq is-smigħ, il-preżen- za fil-komunità u l-ħidma konkreta, mhux biss bil-kliem waqt kampanja elettorali. Jiena nemmen li r-rappreżentanza tfiss- er li tkun aċċessibbli, li tkun disponibbli biex tisma' lill-familji, liż-żgħażagħ, lill-an- zjani u lin-negozji, u li tassew tiġġieled għall-interessi tagħhom. Ma rridx inkun politiku li jidher biss qabel elezzjoni, iżda persuna li tibqa' preżenti u taħdem kontinwament għan-nies. U fil-fatt hekk għamilt, u kburi b'dan. Fl-istess ħin, ma nibżax nitkellem dwar il-problemi reali li qed jolqtu lill-lokalita- jiet tagħna, bħat-traffiku, l-iżvilupp bla kontroll, l-ambjent, is-sigurtà u l-kwalità tal-ħajja, u naħdem biex dawn jiġu indiriz- zati b'serjetà u b'viżjoni fit-tul. Malta, gżira fil-Mediterran, spiss tkun id-destinazzjoni għall-immigrazzjoni irregolari. Taħseb li għandna nagħlqu l-fruntieri jew nilqgħu lil kull min jiġi? Malta hija pajjiż żgħir b'riżorsi limitati, u għalhekk l-immigrazzjoni irregolari trid tiġi indirizzata b'serjetà, b'responsabbiltà, u b'sens ta' bilanċ. Jeħtieġ li Malta tibqa' umana u tirris- petta l-obbligi internazzjonali tagħha, speċjalment fejn jidħol salvataġġ tal- ħajja umana. Iżda fl-istess ħin hemm bżonn politika soda li tipproteġi s-sig- urtà, l-istabbiltà u l-kwalità tal-ħajja tan-nies tagħna. Taħseb li l-Amerka u Iżrael kell- hom dritt u raġun jattakkaw lill-Iran? U Iżrael għandu dritt ikompli jattakka lil-Libanu u l-Palestina? Din hija kwistjoni sensittiva u serja ħaf- na. Nemmen li kull pajjiż għandu d-dritt jiddefendi s-sigurtà tiegħu, speċjalment jekk iħoss li hemm theddida diretta. Fl-istess ħin, kull azzjoni militari trid tkun proporzjonata u skont il-liġi internazzjon- ali. Ma naħsibx li l-gwerra għandha tkun l-ewwel soluzzjoni, għax fl-aħħar mill- aħħar huma ċ-ċivili li jbatu l-aktar. Għal- hekk nemmen li d-diplomazija, id-djalogu u l-pressjoni internazzjonali għandhom dejjem jiġu pprijoritizzati biex jiġu evitati aktar eskalazzjonijiet fil-Lvant Nofsani. Bħala pajjiż żgħir, Malta għandha tibqa' tinsisti favur il-paċi, l-istabbiltà u s-soluzz- jonijiet diplomatiċi, filwaqt li tikkundanna kull attakk fuq ċivili minn kwalunkwe naħa. X'inhi l-pożizzjoni tiegħek fuq dawn: * Kostruzzjoni vs spazji ħodor Il-kostruzzjoni jew l-iżvi- lupp ekonomiku bħala prinċipju jrid jintlaaq, però hemm bzonn aktar ippjanar strett u infurzar tal-liġijiet tal-ippjanar. L-iżvi- lupp irid ikun aktar sostenibbli, fi kliem iktar sem- pliċi ma jmurx kontra l-kwalità tal-ħajja jew il-karattru tal-lokali- tajiet. Bħalissa hemm pressjoni eċċessiva fuq l-infrastruttura. Fuq l-ispazji ħodor u l-ambjent, il-PN jappoġġja aktar pro- tezzjoni ta' ODZ (Outside Development Zone) u art agrikola. Nipproponu aktar parks, ġonna u spazji pubbliċi ħodor fil-bliet u l-irħula. Ninsistu fuq il-ħtieġa li jitkabbru l-proġetti ta' riġenerazzjoni urbana li jinkludu żoni ħodor, mhux biss binjiet. Irid jkun hemm bilanċ bejn żvilupp u ambjent, speċjalment minħabba d-den- sità għolja tal-bini f'Malta. * Immigrazzjoni u overpopulation Attwalment il-mudell ekonomiku preżenti tal-Gvern huwa l-kawża ewlenija tal-overpopulation f'Malta, u dan qed inaqqas il-kwalità tal-ħajja u l-indipenden- za tal-poplu. Il-PN isejjaħ għall-kontroll fuq il-permessi ta' residenza u bidla lejn mudell ekonomiku bbażat fuq il-kwal- ità u l-investiment. Li jsir labour market research serju u realistiku biex nagħtu dak li għandna bżonn. Li mmorru minn labour intensive għall-valur miżjud. Bħalissa għandna kriżi tal-kwalità tal-ħajja. Il-popolazzjoni eċċessiva qed toħloq inġustizzja soċjali u thedded id-dinjità tal-għejxien tal-Mal- tin, u b'hekk irid ikun hemm bidla fil-mudell ekonomiku. Bħala PN qed nipproponu li l-ekonomija ma tiddependix biss fuq iż-żieda fin-numru ta' ħaddiema barranin, iżda fuq setturi ġodda li jġibu investiment u valur miżjud. Il-ħaddiema barranin li jiġu Malta għandhom ikollhom il-ħiliet meħtieġa biex jagħtu valur miżjud lill-ekonomija u b'hekk titnaqqas il-pressjoni fuq l-infrastruttura u s-servizzi.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 MAY 2026