Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544988
15 illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 Nitkellmu ma' Glenn Bedingfield Glenn Bedingfield, kandidat tal-Partit Laburista fuq l-1 u t-2 distrett tkellem ma' din il-gazzetta hekk kif qed jerġa' jikkontesta l-elezzjoni ġenerali mal-Partit Laburista Meta tħares lura lejn il-man- dat tiegħek, x'tikkunsidra bħala l-aktar kisba sinifikanti fil-minis- teru tiegħek, u x'impatt kellha fuq il-ħajja tan-nies? Ħadna deċiżjonijiet b'għan wieħed ċar: li nagħmlu l-ħajja tan-nies eħfef u aħjar. Fil-każ tal-BCRS, ħsibna b'mod speċjali fl-anzjani tagħna. Neħħejnielhom l-inkonvenjent u ġibna s-servizz għandhom, diretta- ment quddiem bieb darhom. Kum- dità, rispett u serħan il-moħħ – hekk għandha tkun is-soċjetà li nemmnu fiha. Imma ma waqafniex hemm. Ħdimna bla waqfien fil-komunitajiet kollha tagħna biex noħolqu amb- jent aktar nadif u aktar sabiħ. Għax l-indafa mhix biss dwar dehra, imma hija fuq kollox dwar saħħet in-nies, dwar il-kwalità tal-ħajja ta' kuljum u dwar il-benesseri soċjali. Dan hu l-impenn tagħna: li nisi- mgħu, nifhmu u naġixxu. Politika li tibda min-nies u tispiċċa fin-nies. Meta tħares lura, hemm xi deċiż- joni li kont tieħu b'mod differenti? U kieku kellek l-opportunità terġa' tieħu dik id-deċiżjoni, x'kont tbiddel? Fix-xogħol ikun hemm diversi mu- menti fejn tgħid stajt għamilt hekk jew hekk. Però kull deċiżjoni li nieħu nipprova neħodha fl-aħjar interess tan-nies. Jien qiegħed fil-politika u allura ġieli nkunu goffi fil-mod kif nitkellmu. Ġieli kien hemm okkaż- jonijiet meta kont goff u stajt ma kontx daqshekk goff. X'inhuma l-aktar tliet sfidi urġenti li se jaffaċċja l-pajjiż fil- ħames snin li ġejjin? L-effetti tal-instabbiltà ġeopoli- tika għandhom impatt dirett fuq pajjiżna, u huwa biss Gvern Laburista li jista' jagħti garanzi- ja li jkun ta' tarka għall-familji, u l-ħaddiema quddiem dan kollu. It-trackrecord tagħna jitkellem waħdu: Għand- na fost l-irħas prezzijiet tal-enerġija fl-UE, u dan għax bis-saħħa ta' ekonomija b'saħħitha tajna, u se nkomplu nagħtu s-sussidji. Sfida oħra hi l-avvanz tal-in- telliġenza artifiċjali u l-impatt li din qed ikollha, u se jkollha aktar fil-mod kif ngħixu, u naħdmu. Iżda jekk inkomplu nħejju ruħna sew għal dawn il-bidliet teknoloġiċi, din l-isfida kapaċi ndawruha f 'opportu- nità, kif Malta, u l-Maltin, magħrufin li nagħmlu. L-isfida globali tat-tibdil fil-klima sintendi tolqot ukoll lil pajjiżna, u al- lura l-ħtieġa li nkomplu ninvestu, kif għamel u se jkompli jagħmel, Gvern Laburista ġdid, fl-enerġija mix-xemx u r-riħ. Ħaddieħor irid jagħmel pom- pa tal-petrol 14-il mil 'il barra minn Marsaskala, bir-riskji kollha, inkluż ambjentali, li din iġġib magħha – Gvern Laburista ġdid ikompli jinves- ti, b'aktar saħħa, f 'enerġija ħadra, u nadifa. X'wasslek biex tikkontesta l-elezzjoni? It-twemmin li s-suċċess ta' pajjiżna jitkejjel bil-ħajja tan-nies tiegħu. Dak li jimmotivani hu li nemmen f 'Malta aktar ġusta, aktar b'saħħitha u aktar ugwali. Bħala Laburist, nemmen fil-progress u fit-tqassim ġust tal-ġid li noħolqu flimkien bħala poplu. Din hija ġlieda kontinwa għall-ġustizzja soċjali. U proprju għal- hekk qiegħed fil-politika: biex inwasslu bidla vera u nagħtu vuċi lil min m'għandux. Għalhekk qed nikkontesta l-elezzjoni u mal-Partit Laburista. Semmi kwistjoni li int partikolar- ment appassjonat dwarha, u għaliex? Jiena Laburista u soċjalista għax nemmen li kull bniedem li jitwieled għandu l-jedd li jgħix ta' bniedem. Għandu l-jedd ta' għejxien diċenti, għall-edukazzjoni u għal xogħol diċenti. Xogħol diċenti li jagħti dinjità u sodisfazzjon. Nem- men fil-ġustizzja soċjali. Li ħadd ma għandu jirkeb fuq ħadd u f 'soċjetà fejn il-ġid li jinħoloq imur fuq il-pop- lu u jitqassam b'ġustizzja. Nemmen fl-opportunitajiet li jinfetħu għal kulħadd. Int min int. Twelidt għand min twelidt. Nem- men f 'soċjetà li tkejjel is-suċċess tagħha bil-qagħda ta' dawk fost l-iċken membri tagħha. Nemmen f 'soċjetà inklużiva għax soċjetà esklużiva ma tista' qatt timxi 'l quddiem. Barra mill-politika, kif tħobb tqatta' l-ħin liberu tiegħek? Inħobb noqgħod id-dar jew xi mkien għall-kwiet. Mal-familja, ikun l-isbaħ ħin id-dar jew meta nil- taqgħu għand ommi jew xi okkażjoni oħra fejn niltaqgħu. Inħobb naqra fuq il-ġrajjiet kurrenti jew nara t-televiżjoni.

