MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 MAY 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544988

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

25 illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 Nitkellmu ma' Chris Bonnet Il-Ministru għat-Trasport Chris Bonett, li qed jikkontesta fuq it-3 u r-4 distrett f 'isem il-Partit Laburista, tkellem ma' din il-gazzetta Meta tħares lura, x'tikkunsidra li kien l-iktar tragward sinifikanti fil-ministeru tiegħek, u x'impatt ħalla fuq il-ħajja tan nies? Qasam li jien partikolarment kburi bih huwa x-xogħol li bdejna fuq il-ferries u fuq il-ħolqien ta' network serju ta' trasport pubbliku bil-baħar. Malta hija gżira, iżda għal ħafna snin ma użajniex il-baħar biżżejjed bħala parti mis-sistema ta' mobilità ta' kuljum tagħna. Il-viżjoni tiegħi kienet li nagħtu lin-nies alternatti- vi realistiċi, mhux biss billi ntejbu dak li diġà jeżisti, iżda billi noħolqu konnessjonijiet ġodda li joffru għażla prattika. Bis-servizz tal-ferry bejn Għaw- dex, Buġibba u Tas-Sliema, ħadna pass ieħor biex din il-viżjoni ssir realtà. Diġà, fl-ewwel ġimgħa tiegħu, is-servizz intuża minn aktar minn 12,000 persuna fl-ewwel ftit jiem ta' operat. Dan ifisser eluf ta' vjaġġi inqas stressanti u eluf ta' vjaġġi li naqsu l-pressjoni mit-toroq tagħna. Jekk irridu pajjiż fejn il-mobilità tkun aktar nadifa, aktar effiċjenti u ppjanata aħjar, irridu nibqgħu nibnu fuq din id-direzzjoni. Din hija t-triq li bdejna, u din hija t-triq li rrid inkom- pli nimbotta 'l quddiem. Meta tħares lura, hemm xi deċiż- joni li kont tieħu b'mod differenti? U kieku kellek l-opportunità terġa' tieħu dik id-deċiżjoni, x'kont tbid- del? Naħseb li tjibna ħafna fil-mod kif nikkomunikaw mal-pubbliku. Eżemp- ju tajjeb huwa l-proġett tal-Imsida Creek, fejn in-nies kienu infurmati b'mod regolari dwar dak li kien qed iseħħ. Din hija d-direzzjoni li nem- men fiha. Iżda jekk hemm ħaġa waħda li kont nagħmel b'mod differenti, hija li naħseb aktar fuq kif nilħqu n-nies li joqogħdu lura milli jitkellmu. B'mod partikolari, nixtieq nikkomunika aktar direttament maż-żgħażagħ u nagħtihom aktar spazju biex jiżvilup- paw l-ideat tagħhom. Iż-żgħażagħ huma konxji ħafna tal-isfidi li qed jaffaċċja l-pajjiż. Għandhom mod aktar modern kif iħarsu lejn it-traffiku, it-trasport pub- bliku, l-ispazji urbani u l-kwalità tal- ħajja. Iżda ħafna drabi ma jattendux laqgħat u konsultazzjonijiet bl-istess mod bħal udjenzi oħra, u għalhekk leħinhom ma jinstemax biżżejjed. Din hija xi ħaġa li nixtieq intejjeb aktar. X'inhuma l-aktar tliet sfidi urġenti li se jaffaċċja l-pajjiż fil- ħames snin li ġejjin? L-ewwel sfida hija l-modernizzazz- joni tal-ekonomija. Malta nbidlet malajr, u n-niċeċ ekonomiċi tagħna jridu jibqgħu jadattaw. Għandna bżonn ekonomija kompetittiva, li tattira investiment ta' kwalità, toħloq karrieri aħjar, u tkun sostnuta minn infrastruttura moderna u aktar aw- tomazzjoni. It-tieni sfida hija trasport pubbliku aħjar. Ma nistgħux nitkellmu bis-ser- jetà dwar il-kwalità tal-ħajja, il-pro- duttività jew is-sostenibbiltà jekk ma nindirizzawx il-mobilità. In-nies għandhom bżonn trasport pubbliku affidabbli, frekwenti u prattiku. It-tielet sfida hija infrastruttura aktar ekoloġika. Is-sostenibbiltà trid issir parti mill-mod kif nibnu, nimxu u ninvestu. Dan ma jfissirx li nnaqqsu tal-ekonomija, iżda li nippreparawh aħjar għall-futur. X'wasslek biex tikkontesta l-elezzjoni? Iddeċidejt li nikkontesta l-elezzjoni għaliex dejjem kont interessat intejj- eb is-soċjetà. Għalija, il-politika ma kinitx deċiżjoni li ġiet f 'daqqa. Kienet kontinwazzjo- ni naturali ta' dak li dejjem emmint fih minn età żgħira. Kont involut fl-attiviżmu, dejjem segwejt il-ħajja pubbli- ka mill-qrib, u anke d-deċiż- jonijiet professjonali li ħadt kienu marbuta mas-servizz lejn il- pajjiż. Il-poli- tika hija l-ambjent fejn tista' ddawwar l-ideat f 'deċiżjoni- jiet, u d-deċiżjonijiet f 'bidla konk- reta. Semmi kwistjoni li int partikolar- ment appassjonat dwarha, u għaliex? Il-kwistjoni li jien l-aktar appass- jonat dwarha hija l-ġustizzja soċjali, speċjalment l-ugwaljanza fl-oppor- tunitajiet. Nemmen li kull persuna għandu jkollha ċans ġust biex timxi 'l quddi- em fil-ħajja, tkun xi tkun il-familja li ġejja minnha, l-iskola li attendiet, jew iċ-ċirkostanzi li twieldet fihom. Il-Gvern għandu r-responsabbiltà li jiftaħ il-bibien, ineħħi l-ostakli u jiżgura li t-talent u l-impenn tan-nies ma jinħlewx. Huwa għalhekk li nemmen tant fil-ħidma ta' Gvernijiet Laburisti. Matul dawn l-aħħar snin, Malta rat id-deprivazzjoni materjali u l-faqar jinżlu għal livelli baxxi, filwaqt li d-dħul reali tal-familji kompla jitjieb. Għalija, dan huwa sinjal ta' pajjiż li jemmen fil-prinċipji soċjali u jwet- taqhom fil-prattika. Barra mill-politika, kif tħobb tqatta' l-ħin liberu tiegħek? Barra mill-politika, inħobb insegwi l-futbol u nqatta' l-ħin mal-familja. Il-ħajja pubblika hija impenjattiva ħafna, għalhekk napprezza dawk il-mumenti fejn inkun nista' nnaqqas ftit mir-ritmu u nkun ma' marti Maxilene u t-tfal tiegħi, Luca u Matteo. Li nara lil uliedi jikbru u jisko- pru d-dinja huwa wieħed mill-akbar ferħiet għalija. Dan iżommni wkoll b'saqajja mal-art. Fl-aħħar mill-aħħar, ir-raġuni għalfejn naħdmu biex intejbu l-pajjiż hija biex nagħtu ġejjieni aħjar lill-ġenerazzjoni li jmiss.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 MAY 2026