Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544988
33 arti u kultura IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Fetħet uffiċjalment l-esebizzjoni l-ġdida tal- Ispazju Internazzjonali tal- Arti Kontemporanja ta' Malta, bl-ewwel wirja solo Ewropea li qatt tella' l-artist rinomat Reggie Burrows Hodges (t. 1965, Compton, California). Reggie Burrows Hodges: Mela, li se ddum għaddejja mid-9 ta' Mejju sat-30 ta' Awwissu, hija l-aktar kollezzjoni ambizzjuża ta' xogħol mill-karriera ta' Reg- gie Burrows Hodges, u tinkludi l-akbar tili tal-karriera tiegħu li jokkupaw il-ħitan u l-art kollha tal-gallerija tal-MICAS. Il-wirja tinkludi l-pittura ta' Hodges Mamajamma, produzz- joni enormi għolja aktar minn erba' metri u nofs u aktar minn tmien metri wiesgħa, li tiddomi- na l-ħitan storiċi tal-MICAS u li hija biċċa xogħol kolossali bi tweġiba għal Il-Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann Battista ta' Caravag- gio. Din il-wirja timmarka kapitlu ġdid fl-istorja tal-MICAS, fejn Hodges seddaq relazzjoni importanti mal-istituzzjoni billi ġab l-istudio Malta għal din l-ewwel wirja solo tiegħu. Bi 30 xogħol maħluq speċi- fikament għal din il-wirja f 'Mal- ta, Reggie Burrows Hodges: Mela timmarka l-immersjoni tal-artist fis-soċjetà u l-kultura Maltija, bil-preokuppazzjoni- jiet tipiċi tiegħu li jservu biex joħolqu narrattiva ġdida li tisfida l-idea ta' Malta kartolina. Il-wirja tal-qofol hija, kif jgħidu hu stess, "poeżija għal Malta". "Il-MICAS issa huwa post li jiġġenera l-kundizzjonijiet biex isseħħ l-arti," qalet Phyllis Muscat, iċ-chairperson eżekut- tiv tal-MICAS, waqt id-diskors tagħha lill-bosta mistednin preżenti għal uħ il-wirja. "Nis- tiednu l-artisti mhux biss biex indendlu xogħolhom mal-ħitan tagħna, imma biex ikunu hawn – jgħixu l-gżejjer, jiltaqgħu mal-istorja, il-klima, is-soċjetà tagħna, jaraw il-partikularitajiet tagħna … sabiex inħallu li Malta tidħol f 'xogħolhom." Muscat iċċelebrat it-tkom- plija tal-programm artistiku kuraġġuż tal-istituzzjoni, b'sen- siela sfiqa ta' artisti interazzjon- ali u Maltin li kienu tnebbħu f 'Malta u saħħew ir-relazzjoni tagħhom mal-mużew. "B'dan l-impenn nazzjonali lejn il-pro- mozzjoni tal-arti kontemporan- ja, il-MICAS ġabet Malta arti li għaddiet mill-aktar istituzz- jonijiet rispettati fid-dinja. Dan għamilnieh mhux bis-self ta' prestiġju, iżda bis-saħħa ta' in- volviment artistiku ġenwin." Edith Devaney, id-Direttur Artistiku tal-MICAS, qalet li Hodges ġie Malta l-ewwel darba fl-2024 meta qatagħha li jġorr l-istudio tiegħu bl-intenzjoni li jipproduċu sensiela ġdida għalkollox ta' xogħlijiet imneb- bħa mill-gżejjer. "Din il-wirja għandha għadd ta' gruppi u sensiliet. Is-sensiela ta' Hodges li ilha għaddejja ġmielha, Labor, u li tesplora u tiċċelebra l-attiv- ità tax-xogħol produttiv spiss minn dawk li fl-aħħar mill- aħħar l-inqas li jgawdu minnu, tgħaddi minn perspettiva Malt- ija. Il-figuri tipiċi tiegħu jidhru bħala dell, imsawra mill-ispazju negattiv maħluq mill-ambjent tiegħu, u dan jiżgura l-konness- joni profonda mas-sitwazzjoni li fih qed jiġi ppreżentat." L-involviment profond ta' Hodges fit-tiswir tax-xbihat, f 'kuntrast qawwi bejn iċ-ċar u l-iskur, jagħmilha mill-ew- wel evidenti li xogħlu huwa wkoll omaġġ lill-imgħallem tal-Barokk u l-mod kif jista' jitwassal artistikament id-dawl. "Jaf l-aktar laqgħa importanti ta' Hodges seħħet it jiem wara li wasal Malta meta żar il-Kon-Ka- tridral ta' San Ġwann biex jara l-Qtugħ ir-Ras ta' San Ġwann il-Battista ta' Caravaggio." Fil-każ tal-kelma "mela", tant użata fil-Malti f 'okkażjonijiet diversi ta' diskors, Hodges joss- erva li spiss tiġi qabel ma' jitlis- sen ħsieb. F'din il-wirja, Hodges iġib il-prattika artistika tiegħu fi djalogu frisk mal-kuntest Malti, b'suġġetti li jinkludi l-aħrax tax-xtut u l-Mediterran biswith- om, l-ambjent mibni, u l-forom tax-xogħol li jsostnuha. Il-qawwa tal-komunità tidher qawwija fl-investigazzjoni usa' ta' Hodges tad-dinjità u r-reżil- jenza umana. "Kulma jien im- penjat u involut fih, qiegħed b'xi mod jipprova jirrifletti spirtu ta' post, żmien, u n-nies li tant kont ixxurtjat li ġejt f 'kuntatt magħhom … Fhimt ċarament li kelli responabbiltà li nidħol għal dil-biċċa xogħol b'ruħi u ġismi u nagħti lura l-aħjar li nista'." Tiftaħ il-wirja ġdida Reggie Burrows Hodges: Mela L-ewwel wirja solo Ewropea tal-artist rinomat Reggie Burrows Hodges, bi 30 xogħol u l-akbar tili tiegħu maħluqa f'Malta, fetħet fl-Ispazju Internazzjonali tal-Arti Kontemporanja ta' Malta Ritratti: Roberto Goodman courtesy of MICAS

