Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544988
06 IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 • illum • Leave tal-maternità jiżdied għal 26 ġimgħa, leave tal-paternità għal xahar, sitt xhur parental leave maqsum bejn il-ġenituri, u 28 jum leave addizzjonali meta t-tarbija jkoll- ha bejn sena u sentejn. Il-PL qed iwiegħed ukoll birth bonus ta' €5,000 għal kull tarbija. • Żgħażagħ li jibdew jaħdmu jew jiħu startup ikollhom l-ewwel €30,000 tax-free għal tliet snin. Start- ups taż-żgħażagħ jiġu eżentati mill-MBR fees għal ħames snin, jingħataw assistenza legali b'xe- jn, mentoring minn imprenditu- ri Maltin u appoġġ taħt l-iskema Intrapriża 16. • First-time buyers jingħataw self mingħajr imgħax sa 25% tal-valur tal-propjetà taħt "My First Home". Jiżdied ukoll il-limitu tal-eżenzjoni tal-bolla għal €300,000, tis- saħħaħ l-iskema tad-depożitu ta' 10%, u tingħata rifużjoni notari- li ta' €1,200. Persuni b'diżabilità severa jieħdu grant ta' €20,000. Persuni separati, divorzjati u pensjonanti li jnaqqsu d-daqs tad-dar jiġu trattati bħala first- time buyers. Familji b'aktar minn wild wieħed li jixtru dar akbar jingħataw ukoll benefiċċji relatati mal-first-time buyers. • Il-PL qed iwiegħed żieda oħra ta' 15% fl-istipendji, grant ta' €1,000 għall-Erasmus u esperjenzi edukattivi barra minn Malta, u study leave imħallas għall-ħaddiema. Jiġu estiżi wkoll il-free gym schemes, sports leave għall-atleti u lezzjonijiet tal-għawm b'xejn għat-tfal. • Terapiji għal tfal u adulti b'diżabilità jew kundiz- zjonijiet newrodiverġenti jitħallsu mill-gvern, inkluż fis-settur privat. Il-partit qed Minn tax cuts u housing schemes sa sptarijiet ġodda, kontijiet tad-dawl, AI, esports u trasport, il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista diġà ħabbru għadd kbir ta' proposti elettorali. Hawn ġabra organizzata tal-wegħdiet ewlenin imħabbra sa nhar il-Ġimgħa filgħaxija tal-kampanja Il-Wegħdiet tal-Elezzjoni 2026: X'qed Robert Abela u Alex Borg JAELLE BORG Sa nhar il-Ġimgħa filgħaxija, kemm il-Partit Laburista, kif ukoll il-Partit Nazzjonalista kienu diġà ħabbru għadd kbir ta' proposti elettorali — tant li f 'ċerti mumenti kien diffiċli tlaħħaq ma' x'ġie mwiegħed minn ġurnata għall-oħra. Minn tax cuts u housing schemes sa sptarijiet ġodda, konti- jiet tad-dawl, AI, esports u proġetti infrastrutturali, iż-żewġ partiti ppruvaw juru li għandhom viżjoni differenti għall-futur tal-pajjiż. Naturalment, bħal kull kampanja elettorali, hemm proposti li jidhru aktar konkreti minn oħrajn, u oħrajn li forsi jinstemgħu sbieħ ħafna fuq il-palk imma jqajmu mistoqsijiet fuq kemm huma fattibbli fil-prattika. Din il-lista tiġbor il-proposti ewlenin imħabbra sa nhar il- Ħamis filgħodu organizzati skont is-suġġett u spjegati b'mod sem- pliċi, sabiex ikun aktar faċli wieħed jiem x'qed iwiegħed kull partit qabel l-elezzjoni tat-30 ta' Mejju. Proposti tal-Partit Laburista

