MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 MAY 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544988

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

L-ewwel stħarriġ tal-gazzetta oħt MaltaToday matul il- kampanja elettorali juri lill-Partit Laburista (PL) b'vantaġġ ta' madwar 17,400 vot fuq il-Partit Nazzjonalista (PN), filwaqt li Robert Abela jgawdi vantaġġ ta' seba' punti fuq Alex Borg fil-livell ta' fiduċja fit-tmexxija. Madankollu, 16.6% tal-votan- ti għadhom ma ddeċidewx lil min se jivvutaw, ekwivalenti għal madwar 59,000 persuna. Dan jibqa' element ta' in- ċertezza sinifikanti, peress li dawn il-votanti jistgħu jbiddlu r-riżultat finali tal-elezzjoni. Statistikament, id-distakk bejn iż-żewġ partiti jista' jvarja bejn 15,456 u 23,735 vot. L-istħarriġ applika mudell statistiku ta' im- putazzjoni biex iqassam il-votan- ti indeċiżi fuq il-partit li x'aktarx jivvut- aw għalih. Qabel din l-imputazzjo- ni, il-PL digà kellu vantaġġ ta' 5.7 punti perċentwali fuq il-PN; wara l-applika- zzjoni tagħha, il-vantaġġ tela' għal 6.3 punti. Dan l-istħar- riġ inbeda jumejn wara li ssejħet l-elez- zjoni mill- Prim Ministru Robert Abela u tlesta nhar l-Erbgħa 13 ta' Mejju. Meta mqabbel ma' Marzu ta' din is-sena meta sar l-aħħar stħarriġ simili, id-distakk bejn iż-żewġ partiti kiber minn 2.6 għal 6.3 punti perċentwali. Il-vantaġġ ta' fiduċja bejn il-mexxejja qiegħed 7 punti. Ibbażat fuq parteċipazzjoni mistennija ta' madwar 77.3% — id-distakk fil-voti jissarraf f 'differenza ta' madwar 17,400 vot, meta mqabbel ma' 7,500 f 'Marzu. L-istħarriġ juri wkoll li l-PN qed jitlef aktar mill-votanti tiegħu tal-2022 lejn l-astensjo- ni (15%) milli l-PL (11.3%), li jindika li l-Labour qed jirnexx- ilu jimmobilizza aħjar il-bażi tiegħu. www.illum.com.mt NRU 1712 €1.50 IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 IKOMPLI F'PAĠNA 3 Intervisti mal-kandidati tal-partit Laburista u l-partit Nazzjonalista IL-LABOUR B'VANTAĠĠ TA' 17,400 VOT FUQ IL-PN 59,000 GĦADHOM INDEĊIŻI imma

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 MAY 2026