MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 MAY 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544988

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

17 Nitkellmu ma' Lorna Borg Vassallo Lorna Borg Vassallo, kandidat tal-Partit Laburista fuq id-9 u l-10 distrett, tkellmet ma' din il-gazzetta Semmi tliet prijoritajiet person- ali għal Malta għall-ħames snin li gejjin? - Turiżmu sostenibbli, żvilupp kontrollat, rikonoxximent tal-interessi tar-residenti - Iktar leave għal nies li jgħixu waħedhom inklużi bit-tfal - Drittijiet tan-nisa, irġiel u sħab indaqs ta' vera fiż-żwieġ Kif se tindirizza l-isfidi ewlenin li qed jaffaċċja d-distrett tiegħek illum? - iktar rinfurzar, ippjanar u disinn mill-ġdid ta' ċerti żoni turistiċi skont l-esiġenzi tal-lum - residenti jiġu kkumpensati b'mod minimu imma raġonevoli għal inkon- venjent ikkawżat minn żvilupp kbir wara li l-iżviluppatur jingħata period of grace raġonevoli u ġenereruż - residenti tal-madwar ikkumpen- sati wara li jsir żvilupp kbir b'użu ta' parkeġġ b'xejn privileġġjat għalkemm mhux riservat fil-lukanda/blokka li t/jinbena sabiex residenti jqisu l-iżvilupp bħala opportunità ġdida ta' parkeġġ sikur minflok teħid ta' parkeġġ. Jiġi stabbilit ċirku ta' ġirien li jibbenefikaw u l-parkeġġ privileġġjat ma jkunx garantit biss f 'każ li l-lukan- da/blokk t/ikun mimli/ja. Mhux 365/6 kull sena iżda b'xejn u meta disponib- bli. - inkoraġġiment u inċentivi finan- zjarji/fiskali attraenti ħafna li jek- wiparaw dħul minn kera għal żmien twil lil sidien privati li jipprovdu bini/ żoni għall-parkeġġi flok residenzi/ lukandi. X'ispirak biex tidħol fil-politika? Missieri li kien ukoll kandidat u dejj- em ħeġġiġni nkun attiva. U l-korsijiet tal-liġi u l-istudji Ewropej li tista' tgħid huma l-bażi tal-politika. Għalfejn il-kostitwenti għandhom jivvutawlek? Għax nagħti prijorità l-kuntatt man- nies u nibda nsegwi l-każ sal-aħħar, kemm jista' jkun sakemm jiġi solvut. Għaliex nista' noffri esperjenza twila fil-politika u diplomazija, studju teore- tiku fil-qasam tal-liġi u l-istess politika u l-Istudji Ewropej/Internazzjonali, u nsegwi mudelli politiċi u ekonomiċi ta' pajjiżi differenti Ewropej bħal Fran- za u l-Ġermanja apparti l-Ingilterra. Naħseb ukoll li l-kostitwenti għand- hom jivvutawli għax naħseb ukoll f 'min hu waħdu u nemmen li huwa ferm diffiċli tgħix waħdek. Bħala kandidata, x'ideat ġodda se ġġib fis-sistema politika Maltija? Jiena persuna midħla tal-qasam legali b'esperjenza fit-turiżmu u l-edukazzjoni. Barra minn hekk ilni iktar minn 23 sena attiva politikament u bħala ġurnalista. Dawn il-kwalitajiet nemmen li jgħinuni nara l-isfidi li Mal- ta qiegħda jew tista' taffaċċja b'lenti aktar ħolistika. Bis-saħħa tal-lingwi li nifhem u nitkellem, mill-banda l-oħra m'iniex kostretta dejjem inħares lejn pajjiżi li jitkellmu bl-Ingliż iżda nista' nsegwi mudelli/ideat ta' pajjiżi li jitkellmu b'ilsna oħra, fosthom bil-Franċiż u bil-Ġermaniż. Meta dan l-għarfien jitwaħħad mal-esperjenza tiegħi fil-Ministeru tal-Affarijiet Bar- ranin allura jagħtini wkoll perspettiva usa' ta' ċerti sitwazzjonijiet. Min-naħa l-oħra bħala persuna li ngħix waħdi naħseb ukoll f 'persuni bħali u fl-isfidi li għandhom fil-ħajja. Għax naħseb li dawn in-nies għandhom bżonn aktar attenzjoni fis-soċjetà tagħna. Apparti dan kollu, minkejja l-esperjenza twila, xorta nemmen li għandi l-entużjażmu meħtieġ li jagħtini saħħa ġdida bħala Membru Parlamentari mara ġdida. X'inhuma l-aktar tliet sfidi urġenti li se jaffaċċja l-pajjiż fil-ħames snin li ġejjin? - Żieda fil-popolazzjoni speċjal- ment b'influss dejjem jikber ta' barra- nin li joqogħdu Malta u iktar turiżmu - Infrastruttura u ambjent li jlaħħqu maż-żieda fil-popolazzjoni u t-turiżmu mhux biss fejn jidħlu toroq imma wkoll ilma u provista tad-dawl - Rikonċiljazzjoni tal-interessi tan-negozjant u dak taċ-ċittadini u residenti X'ġiegħlek tikkontesta l-elez- zjoni? Missieri kien ħareġ għall-elez- zjoni f 'diversi żminijiet. Bdejt ninvolvi ruħi fil-politika minn 18-il sena jew qabel. Ħriġt għal erba' elezzjonijiet qabel din (tliet elezzjonijiet ġenerali (2003, 2008 u 2013) u elezzjoni tal-Parlament Ewropew (2019)). F'mill-inqas żewġ elezzjonijiet kelli ċans nitla' bil-by-election. Fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ġibt it-tielet l-ogħla numru ta' voti min-nisa li kkon- testaw. Dak iż-żmien il-mekka- niżmu korrettiv tal-ġeneru ma kienx jeżisti. Ovvjament, din id-darba għandi ħafna iktar possibbiltajiet minn qabel li niġi eletta u ddeċidejt li nerġa' nipprova. Semmi kwistjoni li int partikolar- ment appassjonata dwarha, u għaliex? Leave speċjali u drittijiet ta' nies li jgħixu waħedhom jew waħedhom bit-tfal u li jinkludu nies separati, divorzjati u romol. Bla dubju, dawn huma l-ewwel nett mill-iktar vulner- abbli u li qegħdin f 'riskju li jesperjen- zaw il-faqar. Fl-Ingilterra għandhom diġà Ministeru tas-Solitudni u ġewwa l-Ġermanja l-gvern għamel 'Strateġija Nazzjonali kontra s-Solitudni'. Kuntrarju għal dak li jaħsbu ħafna, is-solitudni fl-Ewropa mhix biss predominanti fl-anzjani imma wkoll fiż-żgħażagħ u hija relatata ma' nuqqas ta' inter- ess fil-politika, twemmin f 'teor- iji ta' komplott, l-estremiżmu politiku, kif ukoll ir-radikaliżmu u t-terroriżmu. Jie- na appassjo- nata wkoll dwar suġġett ieħor ferm relatat illi huma l-kuntratti taż-żwieġ, għax nemmen li għandu jsir tibdil kbir fi- hom. Kull min huwa miżżewweġ jista' jispiċċa waħdu u l-leġiżlaturi għand- hom jassikuraw waqt iż-żwieġ innif- su li d-divorzju, eċċ. ma jispiċċawx ikunu huma stess li jgħinu lill-koppji jispiċċaw f 'dinja ta' diffikultajiet finan- zjarji u iżolazzjoni. Barra mill-politika, kif tħobb tqat- ta' l-ħin liberu tiegħek? Bl-ivvjaġġar, bil-qari, bl-istudju tal-lingwi, bir-rikostruzzjonijiet storiċi, u bil-kant.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 MAY 2026