MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 MAY 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544988

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

18 IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 • illum Nitkellmu ma' Roderick Zerafa Bħala kandidat, x'ideat ġodda se ġġib fis-sistema politika Maltija? Minkejja l-età żgħira li għandi, nem- men bis-sħiħ li nista' nġib miegħi snin ta' esperjenza li ksibt matul il-ħidma tiegħi fis-Servizz Pubbliku għal dawn l-aħħar tnax-il sena. Din l-esperjenza tagħtni opportunità nifhem aħjar kemm il-bżonnijiet tan-nies u wkoll il-mod li jitmexxew is-servizzi pubbliċi sabiex verament jagħmlu differenza fil-ħajja taċ-ċittadini. Nemmen li fil-Parlament Malti għandna bżonn aktar taħlita ta' nies li ġejjin minn setturi differenti tal-ħajja, persuni li ġabu magħhom esperjenzi differenti, ideat ġodda u enerġija ġdi- da. Fost dawn hemm ukoll iż-żgħażagħ, li għandhom ħafna x'joffru f 'termini ta' viżjoni, dinamika u ħeġġa sabiex ikom- plu jmexxu lil pajjiżna 'l quddiem. Apparti minn hekk, nemmen li l-kandidatura tiegħi tista' sservi ta' vuċi importanti għan-nies tat-Tieni Distrett, b'mod partikolari għaż-Żab- barin u dawk tal-Kottonera. Jiena kbirt magħhom, għext magħhom u naf sew x'inhuma l-isfidi li jaffaċċjaw fil-ħajja ta' kuljum. Naf kemm dawn il-lokalitajiet għandhom potenzjal kbir, iżda fl-ist- ess waqt naf ukoll li hemm realtajiet li jeħtieġu attenzjoni kontinwa sabiex inkomplu nte- jbu l-kwalità tal-ħajja tan- nies. Fuq kollox, nemmen li l-istil ta' poli- tika li addottajt matul din l-aħħar sena u nofs ta' kampanja huwa dak li llum qed ifittxu n-nies. Politika mibnija fuq is-smigħ, fuq il-preżenza kostanti fil-ko- munità u fuq l-onestà. Dejjem emmint li għandna nkunu qrib in-nies mhux biss fi żmien elezzjoni, iżda f 'kull pass tal-ħajja tagħhom. Nipprova ngħin fejn nista', mingħajr ma nwiegħed dak li ma jistax jitwettaq. In-nies illum iridu sempliċità, serjetà u politiċi li jkunu aċċessibbli u ġenwini. Dan huwa wkoll il-mod kif il-Partit Laburista mexxa lill-pajjiż matul dawn l-aħħar tlettax-il sena, politika ffukata fuq in-nies, fuq il-ġid komuni u fuq il-progress soċjali u ekonomiku. U jiena nemmen li dan huwa l-mod kif irridu nibqgħu mexjin anke fis-snin li ġejjin. X'inhuma l-aktar tliet sfidi urġenti li se jaffaċċja l-pajjiż fil-ħames snin li ġejjin? Nemmen li waħda mill-aktar sfidi im- portanti hija li nibqgħu niggarantixxu l-istabbiltà f 'pajjiżna. F'dawn l-aħħar snin rajna kemm id-dinja nbidlet b'rit- mu mgħaġġel, kemm minħabba kun- flitti internazzjonali kif ukoll minħabba sfidi ekonomiċi globali. Minkejja dan kollu, Malta rnexxielha tibqa' reżiljenti u stabbli, u dan grazzi għall-kredibilità fit-tmexxija tal-Gvern. It-tieni sfida hija li nkomplu nsaħħu l-ekonomija tagħna. Ekonomija b'saħħi- tha tfisser aktar opportunitajiet għaż- żgħażagħ, aktar investiment, aktar im- pjiegi ta' kwalità u kwalità ta' ħajja aħjar għall-familji Maltin u Għawdxin. Ma nistgħux nitkellmu dwar progress soċ- jali jekk ma jkollniex pedament ekono- miku sod li jippermettilna ninvestu fis- saħħa, fl-edukazzjoni, fil-pensjonijiet u fis-servizzi li n-nies jiddependu fuqhom kuljum. Nemmen ukoll li wasal iż- żmien li nagħtu spinta ġdida lis-settur tat-trasport. Wara investiment bla preċedent fl-infrastruttura tal-pajjiż, issa rridu nagħmlu l-qabża li jmiss: sistema moderna, integrata u effiċjenti li torbot flimkien mezzi dif- ferenti ta' trasport. Inizjattivi bħal Mal- ta in Motion jistgħu jwasslu għall-bidla pożittiva jekk inkom- plu ninvestu fi trasport aktar sostenibbli, fuq l-art u fuq il-baħar, b'aktar konnettività u in- qas dipendenza fuq il-karozza privata. Fl-istess waqt irridu nżommu bilanċ bejn l-iżvilupp u l-kwalità tal-ħajja. In- nies qed jistennew aktar spazji miftuħa, aktar indafa, aktar sigurtà u ambjent aħjar għal uliedna. Dawn huma temi li se jkunu dejjem aktar importanti fis-snin li ġejjin. X'ġiegħlek tikkontesta l-elezzjoni? Kien hemm żewġ fatturi prinċipali li wassluni nieħu din id-deċiżjoni impor- tanti. L-ewwel nett kienet it-turija ta' fiduċja mill-Prim Ministru Robert Abela u t-talba tiegħu sabiex nagħmel dan il-pass 'il quddiem u nkun parti mit-tim tiegħu fil-Parlament Malti fil-leġiżlatura li jmiss. Il-fiduċja li wera fija tatni kuraġġ u motivazzjoni sabiex nemmen aktar fil-potenzjal tiegħi li nista' nagħti kon- tribut akbar lill-pajjiż. Min-naħa l-oħra, nemmen ukoll li dan kien pass naturali fil-karriera tiegħi u fil-mixja tiegħi fil-ħajja pubblika. Bdejt l-attiviżmu tiegħi fil-Partit Laburista fi żmien il-Forum Żgħażagħ Laburisti flimkien mal-President ta' dak iż-żmien Alex Agius Saliba. Dik kienet esperjenza li ffurmatni ħafna u għallmitni l-im- portanza tal-ħidma qrib iż-żgħażagħ u l-komunitajiet. Aktar tard servejt għal diversi snin bħala ġurnalist ma' ONE NEWS, espe- rjenza li tatni kuntatt dirett mar-real- tajiet tan-nies u għallmitni kemm hu importanti li tisma', tifhem u twassal il-messaġġ b'mod ċar u responsabbli. Sussegwentement servejt bħala Kelliem Uffiċjali u Kap tal-Komunikazzjoni tad-Deputat Prim Ministru Ian Borg, rwol li kompla kabbar l-esperjenza tiegħi fil-qasam tat-tmexxija u l-komu- nikazzjoni. Fl-aħħar sentejn kelli wkoll l-oppor- tunità mmexxi waħda mill-aġenziji ewlenin tal-Gvern fis-settur tal-Fondi Ewropej bħala Kap Eżekuttiv. Din l-esperjenza għenitni nifhem aktar kif il-fondi Ewropej jistgħu jintużaw biex jinħolqu opportunitajiet ġodda, jitjiebu l-komunitajiet u jsir investiment fit-tul għall-ġid tal-pajjiż. Dawn l-esperjenzi kollha flimkien komplew jixprunawni sabiex nagħżel din it-triq. Nemmen li l-politika għand- ha tkun mezz biex timbotta 'l quddiem il-kawżi ġusti tan-nies u biex tagħmel differenza pożittiva fil-ħajja tagħhom. Semmi kwistjoni li int partikolar- ment appassjonat dwarha, u għal- iex? Żgur mhux forsi għandi aktar minn kawża waħda għal qalbi. Primarjament l-ekonomija, għaliex nemmen li hija l-bażi ta' kollox. Pajjiż b'ekonomija b'saħħitha jista' joffri aktar opportuni- tajiet lin-nies tiegħu u jkompli jinvesti fis-servizzi li jagħmlu differenza fil-ħajja taċ-ċittadini. Għandi wkoll interess qawwi fis-set- tur Ewropew u dak tal-Affarijiet Bar- ranin, speċjalment minħabba li huma oqsma li studjajt u li llum naħdem fihom. Nemmen li Malta għandha tibqa' pajjiż li jħares 'il barra, li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet internazzjonali tiegħu u li jieħu l-aħjar opportunitajiet li joffri s-sħubija tagħna fl-Unjoni Ewropea. Madankollu, jekk hemm qasam li nixtieq nimbotta aktar 'il quddiem huwa dak tal-isport, mhux biss fil-livell professjonali iżda b'mod speċjali fost it-tfal u ż-żgħażagħ tagħna. Nemmen li kultura sportiva aktar b'saħħitha twassal għal soċjetà aktar b'saħħitha, kemm fiżikament kif ukoll mentalment. L-isport jgħallem dixxiplina, rispett, ħidma f 'tim u sens ta' komunità. Valuri li huma importanti ħafna għall-ġenerazz- jonijiet futuri. Barra mill-politika, kif tħobb tqat- ta' l-ħin liberu tiegħek? L-isport huwa bla dubju l-akbar passjoni tiegħi. Inħobb insegwi l-futbol u apparti minn hekk inkun involut b'mod attiv fih. Bħalissa għadni nagħti s-sehem tiegħi fil-kumitat ta' Żabbar St. Patrick F.C., filwaqt li sa ftit tas-snin ilu kont nokkupa l-kariga ta' Assistent Kowċ ta' tim tal-kbar fl-Amateur League 2. L-isport għallimni ħafna dwar il-ħajja, dwar il-ħidma f 'tim, is-sagrifiċċju, id-dixxiplina u kemm huwa importan- ti li tibqa' taħdem biex tilħaq il-miri tiegħek. Huma valuri li llum napplika- hom ukoll fil-ħajja professjonali u politika tiegħi. Barra minn hekk, inħobb ħafna nsiefer u nesplora kulturi differenti. Nemmen li meta tivvjaġġa titgħallem aktar dwar in-nies, dwar il-mod kif jaħsbu u dwar ideat ġodda li jistgħu jgħinuk tikber kemm personalment kif ukoll professjonalment. Għandi wkoll passjoni kbira għall-esperjenzi kulinarji u nieħu gost niskopri ikel u tradizzjoni- jiet ġodda kull fejn immur. Fl-aħħar mill-aħħar, nemmen li dawn l-esperjenzi kollha jgħinuni nibqa' per- suna bilanċjata, qrib in-nies u dejjem miftuħ għal ideat u perspettivi ġodda. Il-kandidat tal-Partit Laburista Rodrick Zerafa, li qed jikkontesta fuq it-tieni u l-ħames distrett mal-partit Laburista, tkellem ma' din il-gazzetta

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 MAY 2026