Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544988
03 illum • IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 Turnout baxx ta' 77% Turnout baxx ta' 77% Fl-istess ħin, hemm xejra żgħira iżda konsistenti ta' votanti li qed jitbiegħdu mill- PL lejn il-PN, kif ukoll irkup- ru ta' voti minn fost dawk li astjenew fl-2022. 6% tal-votanti tal-PL fl-2022 (aktar minn 9,700 vot) issa qed jgħidu li se jivvutaw lill-PN, filwaqt li 3.3% tal-votanti tal-PN (aktar minn 4,000 vot) beħsiebhom jivvutaw lill-PL. Dan ifisser bidla netta ta' madwar 5,700 vot li qed jimxu direttament mill-PL lejn il-PN. Madankollu, dawk li bħalissa ma jiv- vutawx jidhru li għandhom aktar fiduċja f 'Robert Abela milli f 'Alex Borg biex imexxi l-pajjiż. L-istħarriġ juri wkoll li l-PL huwa meq- jus aktar kompetenti mill-PN fit-tmexxija tal-ekonomija, fit-titjib tad-dħul tan-nies u fil-kontroll tal-inflazzjoni. Iż-żewġ par- titi, iżda, huma kważi ndaqs f 'dak li għan- du x'jaqsam mal-immaniġġjar tat-tkabbir tal-popolazzjoni u t-traffiku. L-istħarriġ sar matul l-ewwel ġimagħtejn u nofs tal-kampanja elettorali: l-ewwel ġimgħa kienet ikkaratterizzata minn kampanja in- tensa tal-PL bi proposti u messaġġi li x'aktarx ħasdu lill-votanti tal-PN, filwaqt li t-tieni ġimgħa rat lill-PN jieħu l-inizjattiva u joħroġ kampanja qalila bi proposti mmirati biex iżidu d-dħul disponibbli tan-nies. 77.3% TURNOUT 7 PUNTI FIDUĊJA AKTAR GĦAL ABELA 5,700 VOT MILL-PL GĦAL PN 16.6% tal-votanti għadhom ma ddeċidewx lil min se jivvutaw, ekwivalenti għal madwar 59,000 persuna. Dan jibqa' element ta' inċertezza sinifikanti, peress li dawn il-votanti jistgħu jbiddlu r-riżultat finali tal- elezzjoni IKOMPLI MINN PAĠNA 1 EMAN FARRUGIA Id-dibattitu nazzjonali dwar l-introduzzjoni tal-ewtanasja f 'Malta daħal f 'fażi ġdida u wara li l-Partit Laburista, wiegħed li se jorganizza referendum nazzjonali dwar l-ewtanasja volontarja assistita waqt il-kampanja elettorali għall-elezzjoni ġenerali li ġejja. Din il-mossa ma ġietx mill-arja, hekk kif id-diskussjoni dwar dan is-suġġett sensittiv ilha għaddejja. Din id-diskussjoni bdiet, għall-inqas formalment, minn meta ġie ppreżentat il-man- ifest elettorali tal-Partit Laburista tal-2022. Ta' min ifakkar ukoll li dan is-suġġett kien is-suġġett ta' konsultazzjoni pubblika li saret is-sena l-oħra. Fil-manifest elettorali tiegħu tal-2022, il-Par- tit Laburista wiegħed li titnieda diskussjoni nazzjonali dwar l-ewtanasja volontarja għal persuni b'mard terminali. Il-kliem tal-partit kien tpoġġa b'kawtela, hekk kif ġie enfasizzat li d-dibattitu għandu jwassal sabiex tittieħed deċiżjoni. Dik il-kawtela baqgħet għaddejja fl-2025, meta l-gvern fetaħ konsultazzjoni pubblika ta' tmien ġimgħat dwar "l-ewtanasja volontarja assistita." Il-proposta kif ġiet ippreżentata kienet tapplika biss għal adulti li għandhom aktar minn 18-il sena b'marda terminali inkurabbli, pronjosi ta' mhux aktar minn sitt xhur ħajja, u li għandhom kapaċità sħiħa li jieħdu d-deċiżjoni- jiet. Intqal ukoll li t-talba kellha tiġi mill-paz- jent, u kwalunkwe suġġeriment ta' ewtanasja lill-pazjent kien ikun reat kriminali. Il-konsultazzjoni kkoinċidiet ukoll ma' kritika mill-Knisja Kattolika, korpi mediċi, gruppi li jirrappreżentaw lil persuni b'diżabilità u attivisti favur il-ħajja, li argumentaw li Malta għandha ttejjeb l-appoġġ fi tmiem il-ħajja per- mezz tal-kura paljattiva minflok ma tintroduċi mewta assistita. Il-konsultazzjoni pubblika ġibdet involvi- ment mhux tas-soltu. Sa Novembru 2025, il-gvern qal li kien irċieva aktar minn 15,000 sottomissjoni, ċifra li s-Segretarju Parlamentari Rebecca Buttigieg ippreżentat bħala evidenza ta' interess nazzjonali qawwi. Madankollu l-kon- sultazzjoni ma pproduċietx kunsens faċli. Il-kampanja appoġġjata mill-Knisja "Oqtol l-Uġigħ, Mhux Lili" u l-Assoċjazzjoni Malti- ja tal-Mediċina tas-Saħħa Pubblika, it-tnejn argumentaw li Malta ma kinitx lesta għal-le- galizzazzjoni u wissew dwar riskji għal per- suni vulnerabbli u r-relazzjoni bejn it-tabib u l-pazjent. Madankollu, huwa evidenti li appoġġ popo- lari għall-ewtanasja f 'Malta huwa reali. Grupp ta' 58 akkademiku tal-Università ta' Malta appoġġja r-riforma, u esponenti Laburisti argu- mentaw li l-konsultazzjoni wriet li l-pajjiż kellu bżonn jimxi mid-diskussjoni għad-deċiżjoni. Il-Prim Ministru Robert Abela jwiegħed referendum nazzjonali dwar l-ewtanasja

