Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544988
26 IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 • illum Nitkellmu ma' Franco Mercieca Franco Mercieca, kirurgu tal-għajnejn u eks Segretarju Parlamentari Laburista, tkellem ma' din il-gazzetta dwar ir-ritorn tiegħu fix-xena politika hekk kif se jkun qed jikkontesta fuq it-12-il distrett fl-elezzjoni ġenerali li jmiss Ismek u f 'liema distretti se tikkon- testa? Franco Mercieca, u din id-darba se nkun qed nikkontesta fuq it-12-il distrett biss. Semmi tliet prijoritajiet personali għal Malta għall-ħames snin li ġejjin? Iżjed kwalità, iżjed kwalità kif ngħixu, iżjed kwalità f 'dak li nagħmlu. Iżjed protezzjoni. Iżjed protezzjoni ta' dak li jagħmilna Maltin, iżjed protezzjoni tas-sbuħija tal-gżejjer tagħ- na. Iżjed protezzjoni għal dawk minna li huma vulnerabbli. Iżjed edukazzjoni. Nemmen li edu- kazzjoni robusta twassal għal health outcomes aħjar, fuq livelli personali, saħħa fiżika u anke mentali, imma anke professjonali. Kif se tindirizza l-isfidi ewlenin li qed jaffaċċja d-distrett tiegħek illum? Naħseb l-akbar sfida li smajt fuqha hija l-aċċessibbiltà u kif se ntejbu l-ambjent fejn wieħed jgħix u jirrikrea ruħu. Allura żgur li l-ġlieda prinċipali tiegħi se tkun għal investiment robust li jixraq lil din il-parti tal-pajjiż li tikkontribwixxi ħafna għall-prodott Malti li noffru lil miljuni ta' viżitaturi tagħna. In-nies ta' din il-parti ta' gżira jħos- suhom ftit maqtugħa miċ-ċentru u għalhekk ċerti servizzi, speċjalment tas-saħħa, għandna dmir li ntejbuh- omlhom. X'ispirak biex tidħol fil-politika? Inħossni obbligat li nagħti lura. Jispi- rani missieri għax dejjem ġab il-ġid komuni qabel dak personali. Għalfejn il-kostitwenti għandhom jivvutawlek? Mistoqsija diffiċli. Imma naħseb għax min jafni, jaf li se jsibni meta jkollu bżonn. Bħala kandidat, x'ideat ġodda se ġġib fis-sistema politika Maltija? Iżjed milli idea, prinċipju. Qabel il-personali, ejja naħsbu fil-kollettiv. Fl-opinjoni tiegħi sirna wisq egoistiċi u ta' dan qed iħallas prezz il-bene komuni. In-nostalġija li għandna għal pajjiżna ta' snin mgħoddija żgur mhux għaliex kellna iżjed affarijiet materjali, imma għaliex kellna komunitajiet iżjed b'saħħithom u ħadd ma kien numru. X'inhuma l-aktar tliet sfidi urġenti li se jaffaċċja l-pajjiż fil- ħames snin li ġejjin? Attività elevata li qed toħloq pressjoni fuq kif ngħixu, kif ukoll fuq l-infrastruttura tagħna. Irridu nik- konċentraw fuq kwalità u mhux kwan- tità f 'dak kollu li nippjanaw. Xenarju internazzjonali instabbli li bilfors joħloq turbolenza li twassal għal pajjiż gżira bħal tagħna biex jaffaċċja sfidi doppji. Nemmen li l-UE għandha tieħu rwol iżjed ċentrali u titkellem b'vuċi iżjed soda. Inkomplu ntejbu s-sisien tal-ekonomija tagħna filwaqt li nsibu dak il-bilanċ kritiku bejn il-progress u l-protezzjoni ta' artna. Żgur li kulħadd minna jixtieq iħalli pajjiż aħjar lil uliedna. X'ġiegħlek tikkontesta l-elezzjoni? Ħafna telefonati u sens ta' re- sponsabbiltà u lealtà. Semmi kwistjoni li int partikolar- ment appassjonat dwarha, u għal- iex? Il-karattru lokali. Għandna nagħmlu minn kollox biex nippreservaw dak li jagħmilna Maltin u Għawdxin, dak li jagħmilna distinti, mil-lingwa, sal-kul- tura u anke t-tradizzjonijiet. Jekk ma nħarsux dawn, insiru biss parti minn dinja wisq globalizzata. Barra mill-politika, kif tħobb tqat- ta' l-ħin liberu tiegħek? Nimxi fil-kampanja, daqsxejn inbid tajjeb, nargumenta ma' ħbieb u nsegwi ħafna l-isports, speċjalment il-futbol. Il-Juventus huma l-first love tiegħi. Robert Abela u Alex Borg FUQ TVM • IL-ĦAMIS 21 TA' MEJJU • 9.15PM

