Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544988
M eta Alex Borg ħab- bar il-wegħda ta' roħs medju ta' 30% fil-kontijiet tad-dawl, bilfors ġibed xi it attenzjoni. Nafu biżżejjed li f 'Malta, il-kon- tijiet tal-enerġija jqajmu interess kbir fost il-familji u n-negozji, u wegħda bħal din żgur li mhux b'inqas. Hija t-tip ta' proposta li jistħoqqilha tiġi eżaminata bir- reqqa fuq il-merti tagħha. Madankollu, malli tibda tifliha mill-qrib, in-numri mill-ewwel jibdew ifallu. Ir-roħs propost huwa bbażat fuq żewġ miżuri ewlenin: it-tneħħija tal-kera tal-arloġġ tad-dawl, li tiswa' €65 fis-sena u magħha sa massimu ta' €100 f 'roħs fit-tariffa għal dawk il-familji li jużaw il-units kollha fit-tieni tariffa. B'kollox, dan jammonta għal €165 fis-sena. Għal biċċa l-kbira tal-familji, dan isarraf fi tnaqqis żgħir, li għalkemm jista' jintlaqa' tajjeb, hu ferm 'il bogħod mit-30% li qed jiġi mwiegħed. Fil-prattika, kull ma jsarraf hu f 'roħs zgħir: inqas minn siegħa paga medja kull xahar. Tajjeb nispjega kif it-traħħis medju ta' 30% jinħadem. Bla dubju, din il-figura tinkludi djar vojta u bla konsum tal-elettriku. Ċifri tal-NSO mill-aħħar ċen- siment tal-2021 juru li f 'Malta hawn iktar minn 81,000 residen- za, jiġifieri iktar minn kwart tad- djar, li jitqiesu bħala sekondarji, staġjonali jew battala. Fil-każ ta' dawn il-propjetajiet, it-tneħħija tal-kera tal-arloġġ twassal għal roħs perċentwali għoli ħafna, sempliċement għax il-konsum huwa baxx ħafna. Meta tinklu- di dawn il-każijiet, bilfors se tgħolli l-medja artifiċjalment u toħloq illużjoni ta' roħs sostan- zjali medju fuq id-djar kollha. Dan hu logħob bl-istatistika li jxaqleb lejn id-diżonestà politika billi jindika ċifra ta' roħs li ma tirriflettix l-esperjenza ta' familja tipika. Il-mod li bih se tkun iffi- nanzjata din il-wegħda wkoll iqajjem mistoqsijiet kbar. Il-pjan hu bbażat fuq instal- lazzjoni ta' 110MW ta' pannelli fotovoltajiċi fuq bjut ta' binjiet tal-gvern, li mistenni jipproduċu sa 5% tad-domanda tal-pajjiż. Fil-prinċipju, iż-żieda tal-en- erġija mix-xemx hija direzzjoni tajba u meħtieġa għal Malta. Il-mistoqsija tqum dwar jekk din tistax tkun implimentata kif imwiegħda. Biex tlaħħaq dan l-ammont ta' enerġija, il-pannelli jridu jkun tal-ogħla kwalità, jinżammu nodfa tazza, jitqiegħdu f 'ink- linazzjoni eżatta u jħarsu perfet- tament lejn in-Nofsinhar. Lanqas jistgħu jinqalgħu ħsarat. Nafu li l-binjiet f 'Malta huma varjati u kollha għandhom il-partikolaritajiet tagħhom. Hemm minnhom li mhum- iex ċatti għalkollox, uħud b'xi tromba tat-taraġ jew b'opramorta madwar il-bejt. Pannelli fid-dell ma jaħdmux. Trid tħalli spazju għall-aċċess u bejn ir-ringieli biex ma jixħtux dell fuq xulxin. Ma tagħmel sens xejn li tassumi li kull bejt tal-gvern huwa addat- tat. Hemm diversi binjiet li diġà għandhom pannelli fuqhom. Għaldaqstant, bilfors wieħed jistaqsi jekk jeżistix biżżejjed spazju għal mija u ħamsin elf pannella oħra fuq il-bjut tal-bin- jiet tal-gvern. Punt ieħor ta' tħassib huwa l-mod kif inħadmet l-ispiża tal-proġett. Huwa minnu li meta tixtri ħafna pannelli f 'daqqa hemm ċans li ġġib prezz aħjar. Imma hawnhekk, fejn qed nit- kellmu fuq mijiet ta' installazz- jonijet iżgħar fuq bjut eżistenti, l-economies of scale ma tantx se jgħinu. Barra minn hekk, trid iżżid ukoll l-ispejjeż tal-invert- ers, il-cables, l-istrutturi biex jintramaw il-pannelli fuqhom u l-pagi tal-ħaddiema li se jinstal- lawhom. Jekk se jintużaw car parks, se jkun hemm bżonn ta' strutturi tal-ħadid b'saħħithom biex jgħollu l-pannelli biżżejjed biex il-karozzi jkunu jistgħu jibqgħu jidħlu. Dawn mhumiex irħas. Jekk wieħed jikkonsidra wkoll l-ispejjeż li jridu jintefqu fuq il-grid tal-elettriku biex jak- komodaw 110MW oħra, bħal cables u substations ġodda, in- nefqa malajr titla'. Meta tgħodd l-ispejjeż kollha, hija mill-ewwel ċara li b'60 miljun ewro, ma jirnexxilekx tinstalla daqstant pannelli. Ikollok xorti jekk tlaħħaq is-60MW. U mbagħad wieħed mingħajr ma jrid jistaqsi fuq id-dħul minn dan il-proġett li suppost għandu jkopri r-roħs imwiegħed kollu. Skont il-proposta, investiment ta' €60 miljun se jrendi €30 miljun lura kull sena. Taraha kif taraha, mill-ewwel tinxtamm tinten. Kieku dan kien imqar possib- bli, investimenti bħal dawn diġà ksew kull rokna tal-pajjiż bil-pannelli. Fil-qalba ta' din il-biċċa hemm il-mod kif inħadem l-ammont li suppost se jiġi ffrankat mill-pro- duzzjoni jew l-importazzjoni tal-elettriku. Huwa minnu li jekk tiġġenera bix-xemx, tiffranka l-gass u ma tħallasx għall-krediti tal-karbonju fuq dak l-ammont li ma użajtx. Imma hemm spejjeż oħra li ma tistax taħrabhom jew tinjorahom. Wieħed jiem li b'5% biss tal-produzzjoni miżjuda, l-impjanti tal-gass u l-inter- connector se jinżammu. Dawn iġorru magħhom spejjeż fissi ta' manutenzjoni, pagi, kirjiet u mgħaxijiet li jridu jibqgħu jitħallsu. Ifisser li, filwaqt li l-enerġija rinovabbli tista' telimina ċerti spejjeż, ma tistax twarrab l-ispiża totali tas-sis- tema. Jirriżulta li l-ammont iffrankat ikun ferm inqas minn dak li nħadem u mhux se jkun imqar qrib it-€30 miljun roħs imwiegħed. Ma tistax tinjora lanqas il-fatt li s-sistemi fotovoltajiċi fihom l-ispejjeż tagħhom, żgħar kemm huma żgħar. Iridu jitnaddfu kultant u ħsarat jinqalgħu wkoll. Bħal kull investiment kbir, wieħed irid iħallas l-assigurazz- joni fuq il-valur tagħhom. Dawn l-ispejjeż iridu jitqiesu meta jinħadem l-iffrankar nett. Jiġifieri, minn banda għandek proposta li tinkludi proġett li l-ispiża tiegħu nħadmet ħażin u min-naħa l-oħra l-ammont li se jiffranka huwa żbaljat ukoll. Mhux ta' b'xejn li waslu għal figura ta' ritorn fuq l-investiment ta' 50% fis-sena! Dan kollu ma jfissirx li l-in- vestiment fl-enerġija rinovabbli għandna naqtgħu qalbna minnu. Bil-maqlub, għandna nkomplu ninċentivawh. Iż-żieda fil-ġen- erazzjoni mix-xemx hija parti essenzjali mill-istrateġija fit-tul tal-enerġija f 'Malta. Iżda dawn l-investimenti għandhom ikun bbażati fuq numri realistiċi fejn jidħlu spejjeż, produzzjoni u r-ritorni. Huwa tajjeb li d-dibattitu poli- tiku tidħol fih l-ambizzjoni. Iżda mhux sew li titwarrab l-eżatezza. Meta proposti jitressqu quddi- em il-votanti, iċ-ċifri li fuqhom ikunu mibnija għandhom jirri- flettu r-realtà kemm jista' jkun. F'dan il-każ, id-differenza bejn il-wegħda u n-numri warajha tqajjem tħassib serju fuq l-onestà politika. Matul is-snin tgħallimna li l-politika tal-enerġija hija importanti wisq biex tkun mibnija fuq kalkoli artifiċjal- ment ottimisti. Jekk Malta trid tkompli tindirizza b'mod effettiv l-affordabiltà u s-sostennibbiltà, jeħtieġ pjan ta' soluzzjonijiet li mhux biss jidhru tajbin fuq il-powerpoint, iżda jkunu wkoll sodi fil-prattika. Numri li ma jgħaqqdux it-30% Inġinier u professjonist fis-settur tal-enerġija JONATHAN SCERRI 30 aħbarijiet IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 • illum opinjoni Ir-roħs propost huwa bbażat fuq żewġ miżuri ewlenin: it-tneħħija tal-kera tal-arloġġ tad-dawl, li tiswa' €65 fis-sena u magħha sa massimu ta' €100 f 'roħs fit-tariffa għal dawk il-familji li jużaw il-units kollha fit-tieni tariffa. B'kollox, dan jammonta għal €165 fis-sena

