MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 MAY 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544988

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 35

31 editorjal IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 • illum ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt K ull sondaġġ li hawn juri li l-La- bour għandu vantaġġ numeriku. Imma m'hemmx dubju li fil-it ħin li kellu Alex Borg irnexxie- lu jagħmel avvanzi kbar. Hemm is- sondaġġi tal-MaltaToday u ta' Marmara u ta' Esprimi. It-tlieta qed juru distakk ta' 17,900, 19,000 u 29,000 rispettiva- ment. Fl-aħħar elezzjoni tal-Parlament Ew- ropew, Marmara qal li l-Labour għandu vantaġġ ta' 27,000, Esprimi ta vantaġġ għal-Labour ta' 30,000 u l-MaltaToday ta vantaġġ għal-Labour ta' 24,000. Ir-riżul- tat finali kien ta' 8,500. Kulħadd mar żmerċ, inkluż Marma- ra li jagħti l-impressjoni li dejjem iġib kollox preċiż. Jekk nużaw l-istess kejl, bejn dak li qed jgħidu s-sondaġġi u f 'dak li jiġri fil-kaxxa tal-vot, ir-riżultat jista' jkun ferm differenti minn dak li qed naraw fis-sondaġġi. Il-vera raġuni għal dawn is-sondaġġi, apparti l-metodoloġija, huma l-votanti indeċiżi. U safrattant dan il-punt jidher qed jintesa. Mhux possibbli nkunu nafu kollox dwar l-indeċiżi imma hemm sinjali li huma indikattivi. 1. Għall-ewwel darba hemm aktar votanti Laburisti li qed iduru għall-Partit Nazzjonalista. Mhux ħafna imma note- voli. 2. Fl-aħħar elezzjoni inqas La- buristi vvutaw għall-partit tagħhom. Fl-2017 kienu 170,976 u fl-2022 in-num- ru kien ta' 162,707. Tnaqqis ta' 7,300 vot minkejja d-distakk finali ta' 39,000. 3. In-numri ta' nies li qed jgħidu li se jivvutaw huwa aktar baxx min-nor- mal: 77%. 4. Hemm ħafna żgħażagħ li se jivvutaw għall-ewwel darba. 5. M'hemmx kriżi politika jew ekonomika biex tħajjar lin-nies jivvutaw. F'dan ix-xenarju, l-iktar li għandu x'jirbaħ huwa Alex Borg, u mhux il-La- bour. Madanakollu Borg xorta jidher li qiegħed għat-telgħa. Il-Labour jibqa' bl-aħjar politiċi b'espe- rjenza, u bl-ikbar kredibilità. Imma qed jaffaċċja problema li ħafna nies għejew mill-politika. U naħsbu ukoll imdejqa li ċerti problemi jidher li m'hemmx soluzzjoni għalihom. Apparti li l-istorja ta' korruzzjoni u abbuż ta' poter minkejja li mhux ċentrali f 'din il-kampanja tibqa' b'mod sottili fl-imħuħ ta' ċerti nies. U hemm ukoll is-sentiment kontra ż-żewġ partiti li dawn esaġeraw bil-kbir meta ġew biex jipproponu. Ħafna nies ma jistgħux jimu kif fil-kuntest ta' kriżi internazzjonali taż-żejt il-partiti qed joffru bonanza ta' proposti marbutin ma' flejjes kbar. Ma nistgħux ngħidu li l-partiti m'għamlux proposti tajbin. Anzi. It-tn- edija tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista wriet li kien hemm ħsieb fit- tfassil tiegħu. Hemm elementi pożittivi ħafna u oħrajn dibattibbli. Fadal issa 13 il-ġurnata għall-elezzjoni. Dawn il-ġranet għandhom iservu biex in-nies jiddeċiedu fejn sejjer il-vot tagħhom. Il-futur ta' dan il-pajjiż qiegħed f 'ide- jhom. Irid ikun wieħed meqjus … li jieħu inkunsiderazzjoni kull aspett. Mhux dik personali biss. Il-votanti indeċiżi se jħollu u jorbtu d-destin tal-partiti

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 MAY 2026