MediaToday Newspapers Latest Editions

ILLUM 17 MAY 2026

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1544988

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 35

L-Awtorità tat-Turiżmu ta' Malta, b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Maltija tal-Ikel u Heritage Malta, ħabbret uffiċjalment li s-simpożju prestiġjuż Food on the Edge se jsir f 'Malta fid-19 u l-20 ta' Ottubru 2026, l-ewwel darba fl- istorja tal-avveniment li qed isir barra minn pajjiżu. Oriġinarjament imwaqqaf f 'Galway, l-Irlanda, fl-2015 minn Chef JP McMahon, Food on the Edge kiber biex sar wieħed mill-aktar laqgħat influwenti fid-dinja għall-imħuħ kulinar- ji. Is-simpożju jiġbor flimkien koki internazzjonali, produtturi tal-ikel u mexxejja tal-industrija biex jiddiskutu l-futur tal-ikel, is-sostenibbiltà u l-impatt kul- turali tal-gastronomija. Biex jiġi mfakkar dan il-pass importanti fix-xena kulinarja dejjem tikber ta' Malta, nhar is-Sibt 2 ta' Mejju saret tnedija esklużiva għall-midja u konfer- enza stampa fil-ME Hotel, Malta. L-avveniment offra tagħrif dwar is-simpożju li ġej u enfasiz- za r-rwol ta' Malta bħala ċentru Mediterranju għall-innovazzjoni gastronomika. Wara l-konferen- za stampa formali, dawk preżenti gawdew minn ikla kollaborattiva unika. Din l-ikla ġiet ippreparata mill-koki internazzjonali mist- iedna JP McMahon, Oli Marlow, Jeffrey Vella u Matthew Orlando, flimkien ma' Chef Andre Spiteri tal-ME Hotel, u wriet taħlita ta' stili kulinarji globali u ingred- jenti lokali Maltin. Chef JP McMahon, Fundatur u Direttur tas-Simpożju Food on the Edge, esprima l-en- tużjażmu tiegħu għall-ewwel edizzjoni barra l-pajjiż tas-sim- pożju: "Ninsab tassew eċitat li nġib Food on the Edge Malta. Din timmarka l-ewwel darba li s-simpożju vvjaġġa barra mill-Irlanda, u huwa tassew xieraq li l-ewwel destinazzjoni internazzjonali tagħna tkun gżira Ewropea oħra. Nemmen li hemm ħafna xebh bejn l-Irlanda u Malta fir-rigward tal-kul- turi tal-ikel tagħna, u nħares 'il quddiem biex niżviluppaw djalogu sinifikanti bejn iż-żewġ nazzjonijiet tagħna. L-għan tagħna huwa li niġbru flimkien koki u intraprendituri tal-ikel minn madwar id-dinja lejn Malta, billi nipprovdu pjatta- forma unika biex nuru lid-dinja l-pajsaġġ kulinarju eċċezzjonali tal-gżira." Il-Kap Eżekuttiv tal-MTA, Carlo Micallef, enfasizza l-valur strateġiku tas-sħubija: "Il-wasla ta' Food on the Edge f 'Mal- ta timmarka pass importanti fl-impenn kontinwu tagħna biex nistabbilixxu lill-Gżejjer Maltin bħala destinazzjoni ewleni- ja għall-eċċellenza kulinarja. Permezz tal-kollaborazzjoni mal-Aġenzija Maltija tal-Ikel u Heritage Malta, qed niżguraw li l-istorja gastronomika ta' Malta tingħad b'awtentiċità, filwaqt li niħu opportunitajiet globali għall-produtturi tal-ikel u l-koki Maltin, u nattiraw viżitaturi li japprezzaw esperjenzi ta' ikel ta' kwalità għolja u sinjuri fil-kultu- ra li joffru l-gżejjer tagħna." Din il-kollaborazzjoni tistab- bilixxi l-pedamenti għal kapitlu ġdid fin-narrattiva gastronomika ta' Malta, filwaqt li trawwem konnessjonijiet fit-tul bejn l-artiġjani lokali u l-mexxejja kulinarji globali. opinjoni 32 ana- arti u kultura IL-ĦADD 17 TA' MEJJU 2026 • illum Il-gazzetta ILLUM hija megħjuna mill-Kunsill Malti għall-Arti Is-Simpożju kulinarju ta' fama dinjija "Food on the Edge" jasal f 'Malta Malta se tospita għall-ewwel darba barra l-Irlanda s-simpożju internazzjonali Food on the Edge, b'parteċipazzjoni ta' mexxejja gastronomiċi minn madwar id-dinja f'Ottubru 2026 Food on the Edge se jsir f 'Malta fid-19 u l-20 ta' Ottubru 2026

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of MediaToday Newspapers Latest Editions - ILLUM 17 MAY 2026